Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #4151 Sitting 64 1999-02-16 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru tas-Saħħa

Sptar Ġdid — Tkomplija ta' xogħol

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta se jitkompla x-xogħol fuq il-lant ta' l-isptar il-ġdid peress li jinsab wieqaf kif ukoll igħid jekk hux se jkun hemm talbiet min-naħa tal-kuntrattur Skanska għal żidiet fir-rati attwali ppubblikati mal-Letter of Acceptance peress li għaddew aktar minn tliet snin mid-data ta' l-istess Letter of Acceptance?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Ix-xogħol fuq il-lant ta' l-isptar il-ġdid ma jinsabx wieqaf; xogħol ta' kostruzzjoni għadu għaddej fuq il-'Carpark' u 'l-'Fourth Wing'. It-talbiet minn naħa tal-kuntrattur Skanska jkunu magħrufa meta jsiru.
Leg 9 PQ #4152 Sitting 64 1999-02-16 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru tas-Saħħa

Fondazzjoni għas-Servizzi Mediċi — Memorandum

Question

B'riferenza għall-Memorandum of Understanding iffirmat bejn il-Fondazzjoni għas-Servizzi Mediċi u l-Konsorzju Skanska jista' l-Ministru jgħid x'servizzi se tkopri l-figura ta' 7.5% management fee? Jista' l-Ministru jippreċiża jekk ix-xogħlijiet kollha ta' disinji flimkien ma' l-ispeċifikazzjonijiet meħtieġa kollha hux se jitħallsu bħala parti ta' dan il-perċentaġġ ta' 7.5% jew hemm il-ħsieb li l-Fondazzjoni għas-Servizzi Mediċi tħallas lump sum jew perċentaġġ ieħor bħala design fees u din il-figura ta' 7.5% għall-ġestjoni tal-proġett komplet? Jista' l-Ministru jgħid ukoll min f'isem il-Fondazzjoni għas-Servizzi Mediċi se jagħmel il-verifiki meħtieġa fl-ispejjeż tal-kuntrattur li abbażi tiegħu skond kif mistqarr fl-istess Memorandum of Understanding se titħallas il-Management fee? Fid-dawl ta' dan kollu ma jidhirlux il-Ministru li l-pakkett ta' remunerazzjoni li Skanska qiegħed jistenna li jieħu mingħand il-Fondazzjoni għas-Servizzi Mediċi mhux ċar u li jista' jkun li tħalla appożitament kif inhu sabiex meta jiġi biex isir il-ftehim finali li l-Ministru hu mitlub jgħid meta se jsir Skanska tkun tista' titlob żieda fil-fee bbażata fuq il-fażi tal-pre-design?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Il-figura ta' 7.5% tkopri l-ispejjeż ta' ġestizzjoni tal-proġett u tax-xogħol kollu mill-istadju tad-disinn sal-'commissioning'. Din il-figura tkopri wkoll spejjeż indiretti bħal xi riżorsi fil-'Head Office' ta' Skanska. Ix-xogħol ta'disinji u speċifikazzjonijiet jiġu kkalkolati bħala 'cost' u ma huwiex kopert fil-'Management Fee'. Il-verifika ta' l-ispejjeż issir minn 'Awdituri' u 'Rappreżentanti tal-Klijent' li jiġu nkarigati apposta għal dan il-għan. Rigward l-aħħar parti tal-mistoqsija, wieħed irid jikkonsidra li 'Memorandum of Understanding' għad irid iwassal għal-kuntratt finali bejn l-F.M.S. u Skanska Malta J.V., biss il-figura ta' 7.5% hija miftiehma.
Leg 9 PQ #4153 Sitting 64 1999-02-16 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru tas-Saħħa

MUS Ltd — Impjegati

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk impjegati tal-Malta University Services Ltd u li huma responsabbli mill-ġestjoni tal-proġett ta' l-isptar il-ġdid hemmx il-ħsieb li jsiru mpjegati tal-Fondazzjoni għas-Servizzi Mediċi? Jekk fl-affermattiv, jista' l-Ministru jgħid taħt liema kundizzjonijiet se jkunu mpjegati u x'pakketti ta' remunerazzjoni se jiġu offruti?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant biex jagħmel il-mistoqsija lil Ministru kkoncernat.
Leg 9 PQ #4161 Sitting 64 1999-02-16 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru tas-Saħħa

Ċimiterji — Xiri ta' oqbra

Question

Peress li hija x-xewqa ta' numru ta' familji Rabtin li għandhom talba pendenti sabiex jixtru qabar, li jżommu l-fdalijiet wara l-proċess ta' sentejn mill-mewt f'qabar apposta li jkun aċċessibbli fiċ-Ċimiterju tar-Rabat stess, jista' d-dipartiment konċernat jagħmel l-arranġamenti meħtieġa ħalli t-talba ta' dawn il-familji Rabtin tiġi milqugħa? Jekk fl-affermattiv, meta?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Presentement ma jidhirx li hu possibbli li t-talba ta' l-Onor. Interpellant tista tiġi milqugħa. Madankollu tlabt lid-Dipartiment biex jistudja aktar fid-dettal dan is-suġġeriment.
Leg 9 PQ #4165 Sitting 64 1999-02-16 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru tas-Saħħa

Sptar Karen Grech

Question

Peress li n-numru kbir ta' ġenituri li jkunu qed jassistu matul il-jum u matul il-lejl lit-tfal tagħhom fl-Isptar Karen Grech partikolarment f'Ward Disney jilmentaw li m'hemmx pultruni diċenti, jista' l-Ministru jinvestiga u jara li jingħataw pultruni diċenti ħalli l-istess ġenituri li wara lejl jassistu lit-tfal tagħhom, ikunu jridu jirritornaw lura għal jum ta'ħidma ma jkomplux ikunu fi żvantaġġ? Jekk fl-affermattiv, meta?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Nixtieq ninforma lill-Onorevoli Interpellent li fis-sala Disneyland hemm 33 sodda. Għall-akkomodazzjoni tal-ġenituri hemm 38 pultruna. Nifhem li dan in-numru hu biżżejjed. Wieħed irid jgħid, li bil-lejl, l-omm biss hi permessa li toqgħod mat-tfal. F'każi tat-tul, (per eżempju - oncology cases, breastfeeding mothers u pregnant mothers) is-sala tipprovdi sodda għall-omm, dejjem jekk ikun possibbli.
Leg 9 PQ #4273 Sitting 64 1999-02-16 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru tas-Saħħa

Sptarijiet privati — Operazzjonijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hux qed isiru xi diskussjonijiet ma' sptarijiet privati f'Malta biex xi operazzjonijiet jibdew isiru f'dawn l-isptarijiet flok fl-Isptar San Luqa? Fiex waslu dawn id-diskussjonijiet u liema operazzjonijiet se jsiru fl-isptarijiet privati? Jista' l-Ministru jagħti dettalji dwar finanzi nvoluti jekk dan isseħħ?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Id-Dipartiment għadu qed jagħmel l-evalwazzjoni tal-proposti mressqa mill-isptarijiet privati lill-Ministeru.
Leg 9 PQ #4073 Sitting 63 1999-02-15 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru tas-Saħħa

Saħħa — Pazjenti mibgħuta barra għal kura

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa fil-mument in-numru ta' pazjenti Maltin u Għawdxin li jinsabu jistennew appuntament sabiex jassistu għal kura fl-isptarijiet barranin? Kemm ilhom pendenti dawn it-talbiet u x'qed isir sabiex jiġu rikoverati bl-inqas dewmin ta' żmien?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Fil-31 ta' Jannar 1999 kien hemm 26 pazjent jistennew appuntament biex imorru għal kura fi sptarijiet l-Ingilterra. Iż-żmien li pazjent idum jistenna jiddependi mill-urġenza tal-każ u mill-'waiting list' li hemm fl-isptar fejn il-pazjent jeħtieġ il-kura. L-iżjed li jdumu jistennew huma pazjenti ta' l-ortopedija fejn il-'waiting list' hi twila. Hemm 3 pazjenti li ilhom jistennew 'l fuq minn għaxar xhur. Id-Dipartiment tas-Saħħa qiegħed f'kuntatt kuljum ma' l-isptarijiet l-Ingilterra u mal-Kummissjoni Għolja ta' Malta f'Londra biex il-pazjenti jingħataw appuntament mill-aktar fis possibbli.
Leg 9 PQ #4126 Sitting 63 1999-02-15 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru tas-Saħħa

Saħħa — Memorandum of understanding

Question

B'riferenza għal dak mistqarr fil-memorandum of understanding, iffirmata bejn il-Fondazzjoni għas-Servizzi Mediċi u l-Konsorzju Skanska partikolarment "The design is to include medical equipment but supply and installation of medical equipment is not to be included", jista' l-Ministru jgħid għaldaqstant min se jkun responsabbli biex iħejji d-dokumentazzjoni tat-tender għas-sejħa pubblika għall-offerti għall-provvista u l-installazjoni tat-tagħmir mediku kif ukoll jgħid min se jibda jiċċertifika li t-tagħmir provdut u nstallat kien dak speċifikat fid-disinji mħejjija minn Skanska li sejrin jakkumpanjaw it-tender documentation biex il-kuntrattur magħżul ikun jista' jitħallas mill-gvern?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Ir-risponsabilita għat-tħejjija tad-dokumentazzjoni tat-'Tender' ser tkun koordinata mil-F.M.S. b'konsultazzjoni mal-'end users'. Iċ-ċertifikazzjoni tat-tagħmir provdut tkun risponsabilita' ta' Skanska bis-sorveljanza tal-klijent.
Leg 9 PQ #4147 Sitting 63 1999-02-15 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru tas-Saħħa

Fondazzjoni għas-Servizzi Mediċi — Memorandum

Question

Jista' l-Ministru jagħti raġunijiet għaliex il-Gvern permess tal-Fondazzjoni għas-Servizzi Mediċi ftiehem mal-Konsorzju Skanska fil-Memorandum of Understanding dwar l-isptar il-ġdid biex dan il-kuntrattur iħejji works programme li jieħu f'konsiderazzjoni l-immigrazzjoni mill-Isptar San Luqa għall-isptar il-ġdid? Ma jidhirlux il-Ministru li din ir-responsabbilta' hija tad-Diviżjoni tas-Saħħa u m'għandhiex f'ebda ċirkostanza tkun trasferita lil xi entita' li ma tiffurmax parti mill-Gvern Malti li hu l-Health Service Provider?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Biex il-konsorzju Skanska jħejji 'Works Programme' għat-tkomplija tal-proġett, bilfors irid jieħu konsiderazzjoni tal-imigrazzjoni mill-Isptar San Luqa għall-Isptar il-Ġdid biex jikkordina ix-xogħol. M'huwiex prattiku li wieħed jagħmel 'Works Programme', speċjalment ta' l-aħħar fażi tal-proġett, u jinjora l-imigrazzjoni minn sptar għall-ieħor.
Leg 9 PQ #4148 Sitting 63 1999-02-15 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru tas-Saħħa

Fondazzjoni għas-Servizzi Mediċi — Memorandum

Question

B'riferenza għall-Memorandum of Understanding iffirmat bejn il-Fondazzjoni għas-Servizzi Mediċi u l-Konsorzju Skanska jista' l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-Brief li kellu jiġi ppreżentat lill-kuntrattur sat-18 ta' Diċembru, 1998 u li fih il-Gvern kellu jagħti dettalji tal-ħteġijiet tal-gvern fir-rigward tal-bini ta' l-isptar ġdid? Jista' l-Ministru jgħid min kiteb dan il-brief u fuq liema parametri kien ibbażat? Ma jidhirlux il-ministru li l-Gvern ma kellux jiftiehem ma' Skanska biex din tipprovdi rappreżentant/i with a view to assisting in the preparation of such brief, ladarba l-Gvern għandu s-servizzi ta' esperti barranin fil-health planning li kienu speċifikament appuntati biex iħejju Medical Brief għall-isptar il-ġdid?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Ma jidhirlix li hu xieraq f'dan il-mument li l-'Brief' mitlub mill-Onor. Interpellant jitqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra. Il-'Brief' inkiteb minn rappreżentanti tad-Dipartiment tas-Saħħa u minn 'Health Planners' barranin. Il-Gvern ħass li jkun importanti l-involviment ta' rappreżentant ta' Skanska biex ikun hemm kontribut aktar wiesgħa.
Leg 9 PQ #4149 Sitting 63 1999-02-15 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru tas-Saħħa

Fondazzjoni għas-Servizzi Mediċi — Memorandum

Question

Jista' l-Ministru jiggarantixxi li r-rappreżentant/i ta' Skanska ma jiddisinjawx fuq standards li l-limitazzjonijiet finanzjarji ta' Malta ma jippermettux li jiġu mplimentati iżda li fil-verita'jagħtu marġini ta' profitt aqwa lill-kuntrattur li hu wkoll id-disinjatur? X'se tkun il-politika ta' l-iddisinjar; dik li wieħed imur għall-attrezzaturi bażiċi li għandhom ikunu suffiċjenti għal sptar ġenerali jew li wieħed jiddisinja sptar b'livell teknoloġiku għoli u li jkun jiswa ħafna biex tgħammru u biex tmantnih peress li jkun jenħtieġ li wieħed jaġġornalu l-infrastruttura teknoloġika tiegħu fuq bażi kontinwa?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Il-kuntrattur Skanska jiddisinja dak li jiġi approvat mill-Gvern malti. Kull disinn irid jiġi approvat mil-Klient. Barra minnhekk, il-'Memorandun of Understanding' jistipula li Skanska trid taħdem fuq 'open book', jiġifieri li l-Gvern ikollu aċċess kontinwu għall-aspetti finanzjarji tal-proġett. Hija l-politika tal-Gvern li jibni Sptar Akut, speċjalizzat u li jkun ċentru ta' eċċellenza u ta' riċerka u li jindirizza l-ħtigijiet mediċi tas-snin li ġejjin.
Leg 9 PQ #4150 Sitting 63 1999-02-15 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru tas-Saħħa

Fondazzjoni għas-Servizzi Mediċi — Memorandum

Question

Jista' l-Ministru jgħid xi progress qiegħed jiġi reġistrat fuq il-Pre-Design Brief imsemmi fil-Memorandum of Understanding iffirmat bejn il-Fondazzjoni għas-Servizzi Mediċi u l-Konsorzju Skanska liema Pre-Design Brief kellu jkun finalizzat minn Skanska sa l-aħħar ta' Jannar 1999? Jaħseb il-Ministru li din id-data kienet realistika?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Il-Pre-Design Brief imsemmi fil-Memorandum of Understanding tlesta hekk kif ippjanat u ġie ppreżentat lil F.M.S. fil-1 ta' Frar 1999.
Leg 9 PQ #4503 Sitting 63 1999-02-15 Oral · Final From: JASON AZZOPARDI To: Ministeru tas-Saħħa

Saħħa — Nursing officers

Question

Jista' l-Ministru jgħid fejn ġew allokati l-għaxar nursing officers li ħadu l-appointment dan l-aħħar?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant, illi mill-għaxar Nursing Officers li ħadu l-appointment dan l-aħħar, disa (9) minnhom kienu diġa qegħdin jokkupaw din il-kariga bħala Acting Nursing Officers. Fil każ tal-persuna l-oħra, qed tiġi studjata s-sitwazzjoni preżenti sabiex jinstab l-aħjar post fejn tiġi allokata.
Leg 9 PQ #4504 Sitting 63 1999-02-15 Oral · Final From: JASON AZZOPARDI To: Ministeru tas-Saħħa

Saħħa — Primary Health Care - Allowance

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm infermiera li jaħdmu fil-Primary Health Care li huma ntitolati għall-petrol allowance? Min huma? Kemm tħallsu f'allowance xahar b'xahar mill-1 ta' Jannar 1998 sal-lum?

Response (DEGUARA, LOUIS)

L-infermiera li jaħdmu fid-Dipartiment tal-Kura Primarja u li huma ntitolati għal 'Petrol Allowance' u l-ħlas li sar lilhom mill-1 ta' Jannar 1998 huwa dan: Jan May Jul Aug Oct Nov Dec Attard Maria Cassar 105.96 128.88 Bonnici Pauline 42.57 53.04 13.05 6.27 47.74 Borg Carmelo Briffa Rita Cesare Carrol 12.51 29.66 14.40 23.40 Grima Mary 17.26 28.08 28.98 Grixti Joseph 146.04 100.98 113.49 115.65 Hili Rita 24.77 24.55 13.23 Galea Joseph 9.07 Martinelli Sharon 84.33 173.65 Pace Alfred 7.34 Pule Elizabeth 51.99 92.68 17.25 28.10 16.24 Said Mary 17.45 36.17 17.64 29.82 Vella Anette 24.70 Meli M. Theresa 13.97 71.81 Mifsud Emily 10.78 Farrugia Lorraine 6.48
Leg 9 PQ #4507 Sitting 63 1999-02-15 Oral · Final From: GEORGE VELLA To: Ministeru tas-Saħħa

Saħħa — Hormone implants

Question

Jista' l-Ministru jagħti risposta għall-mistoqsija parlamentari numru 3945 li dakinhar wiegħed li jirrispondi?

Response (DEGUARA, LOUIS)

'Hormone Replacement' fl-isptarijiet tal-Gvern huwa pprovdut f'numru ta' mezzi. 'Implants'huma pprovduti għal min għandu l-karta r-roża Id-Dipartiment tal-Ginekoloġija għandu prijoritajiet oħra barra l-estensjoni ta' servizzi ta' 'Hormone Implants' anki għaliex jeżistu alternattivi oħrajn għal dan it-trattament.
Leg 9 PQ #4569 Sitting 63 1999-02-15 Oral · Final From: MICHAEL FARRUGIA To: Ministeru tas-Saħħa

Palazzo Castellana — Nefqa

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm intnefqu flus fl-upgrading ta' Palazzo Castellania mill-5 ta' Settembru sal-lum? Kemm hemm ħlasijiet pendenti? Kemm hi l-istima ta' ħlasijiet li invoice għalihom għadha ma ntbagħtitx?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Ma sar ebda 'upgrading' ta' Palazzo Castellania bejn il-5 ta' Settembru 1998 u d-9 ta' Frar 1999. Kull ma sar kien tibdil ta' twieqi fis-sezzjoni tad-dixxiplina li swew Lm616 u l-ammont dovut ser jitħallas fi żmien qasir.
Leg 9 PQ #4591 Sitting 63 1999-02-15 Oral · Final From: MICHAEL FARRUGIA To: Ministeru tas-Saħħa

Tal-Qroqq — Sptar ġdid

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk id-Dipartiment tas-Saħħa u/jew il-Fondazzjoni għas-Servizzi Mediċi għandhomx stima ta' kemm se jiġi jiswa l-proġett ta' l-isptar il-ġdid f'Tal-Qroqq? Jekk fl-affermattiv, kemm hi l-istima? Jekk fin-negattiv, meta mistenni li din l-istima tkun lesta?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Minħabba li l-istudju fuq dan il-proġett għadu sejjer l-istima għada ma' ġietx stabbilita.
Leg 9 PQ #4592 Sitting 63 1999-02-15 Oral · Final From: MICHAEL FARRUGIA To: Ministeru tas-Saħħa

Tal-Qroqq — Sptar ġdid

Question

Jista' l-Ministru jgħid min huma l-periti u l-inġiniera fi ħdan il-kuntrattur li qed jiddisinjaw l-isptar il-ġdid f'Tal-Qroqq?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Il-Periti u l-Inġiniera fi ħdan il-Kuntratturi li qed jiddisinjaw l-Isptar il-Ġdid f'tal-Qroqq, huma d-ditta lokali 'Cassar, Grech & Ebejer' u d-ditta Svediża 'White Arkitekter' b'koperazzjoni ma' Skanska.
Leg 9 PQ #4606 Sitting 63 1999-02-15 Oral · Final From: MICHAEL FARRUGIA To: Ministeru tas-Saħħa

Saħħa — Infermieta

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm infermiera li mhux qed jagħmlu xogħol ta' infermiera mad-Dipartiment tas-Saħħa jew dipartiment ieħor?

Response (DEGUARA, LOUIS)

In-numru ta' infermiera li mhux qed jagħmlu xogħol konness dirett mal-pazjenti huwa ta' għoxrin. Dawn huma mqassmin hekk: 18 Jaħdmu l-Institute of Health Care, iżda jridu jkunu nfermiera sabiex jagħtu t-tagħlim meħtieġ lill-istudenti. 1 Jaħdem l-ispiżerija ta' l-Out Patients, li kien intbagħat jaħdem hemm nhar il-15 ta' Jannar 1998. 1 Seconded mad-Dipartiment tax-Xogħolijiet. Dan ġie seconded ma' dan id-Dipartiment nhar il-11 ta' Marzu 1997. F'dan il-każ, id-Dipartiment tas-Saħħa talab formalment sabiex dan l-impjegat jerġa jintbagħat lura sabiex jagħmel ix-xogħol ta' infermier u mhux ta' skrivan.
Leg 9 PQ #3317 Sitting 62 1999-02-09 Oral · Interim From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru tas-Saħħa

Ministeru tas-Saħħa — Kartolini tal-Milied

Question

Jista' l-Ministru jagħti informazzjoni dettaljata ta' kemm laħqet l-ispiża għall-istampar jew xiri, ta' kartolini għall-Milied 1998 u kemm ġiet tiswa l-ispiża postali konnessa ma' dawn il-kartolini, kemm mill-Ministeru, kemm mid-dipartimenti li jaqgħu taħtu, dipartiment b'dipartiment, u kemm mill-uffiċċju tas-Segretarju Permanenti fi ħdan il-Ministeru? Jista' l-Ministru jgħid fejn ġew stampati l-imsemmija kartolini? Jista' jgħid lil min intbagħtu?

Response (DEGUARA, LOUIS)

L-informazzjoni għadha qed tinġabar. Tweġiba tingħata f'seduta oħra.