Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #10145 Sitting 152 1999-10-11 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija — Vetturi

Question

Jista' l-Ministru jgħid matul din is-sena finanzjarja kemm intnefaq fuq manutenzjoni tal-vetturi tal-pulizija? Jista' jgħid għaliex il-vettura GVP079 qed tinsaq mingħajr bozza tal-brejkijiet u anke ta' l-indicator fuq in-naħa tal-lemin ta' wara? Ta' liema taqsima hi din il-vettura? Jaqbel il-Ministru li mhux sewwa li vettura tal-pulizija ma tkunx konformi mal-liġijiet tal-vetturi?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li sa Awissu ta' din is-sena, in-nefqa fuq manutenzjoni ta' vetturi tal-Pulizija, kienet tammonta għall-Lm42,275. Dwar il-vettura GVP 079, ninsab infurmat li din tintuża mill-pulizija ta' B'Kara, u li din il-vettura kienet involuta f'inċident tat-traffiku fejn il-fanal ġarrab ħsarat u issa ġie rranġat. Għalkemm il-cover tal-fanal kien tkisser, il-bozoz xorta kienu jiffunzjonaw. 11.10.99
Leg 9 PQ #10162 Sitting 152 1999-10-11 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru ta' l-Intern

Persuni b'Diżabilita'

Question

B'riferenza għall-mistoqsijiet parlamentari numru 1521 u 5045, konnessi mat-talba mit-Torball Blind Association sabiex dan il-post jibda jintuża mill-għomja fejn iż-żewġ mistoqsijiet ġew riferuti biex id-Diviżjoni ta' l-Artijiet ma kellhiex tweġiba għat-talba biex tgħaddi l-post f'idejn l-Awtorita' tad-Djar, jista'l-Ministru jara li dan il-post jaqa' f'idejn l-Awtorita'tad-Djar għall-użu ta' l-għomja anke peress li dan il-post qed issirlu ħsara strutturali għax jinsab abbandunat?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li r-rapport dwar il-bini li qed jirreferi għalih l-Onor. Interpellant intbagħat mit-Taqsima Proprjeta` tal-Gvern lill-Awtorita` tad-Djar sabiex l-istess Awtorita` tkun tista` toħroġ l-Avviż Legali meħtieġ. 11.07.99
Leg 9 PQ #10181 Sitting 152 1999-10-11 Oral · Final From: CHARLES MANGION To: Ministeru ta' l-Intern

Ħabs Ċivili — Skorti mal-priġunieri

Question

Jista' l-Ministru jgħid fil-każi ta'skorti mal-priġunieri barra l-ħabs, min hija l-persuna responsabbli li tiddetermina n-numru ta' gwardjani/security/pulizija li jakkumpanja lill-priġunieri? Kull priġunieri, hi x'inhi n-natura tar-reat li bih jinsab akkużat ikkundanat, jirċievi l-istess trattament? Min kienet il-persuna li approvat l-iskorta lill-priġunier Azzabi meta kien sejjer għal kura Sptar Boffa, dakinhar tal-ħarba tiegħu?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li hija l-prattika li meta priġunier ikun meħtieġ jittieħed f'kustodja x'imkien barra mill-ħabs, dan jinżamm fil-kustodja ta' uffiċjal wieħed, sakemm ma jkunx hemm ordni jew talba ulterjuri mill-Qrati, l-Uffiċjal Prosekutur jew d-difiża. 11.10.99
Leg 9 PQ #10188 Sitting 152 1999-10-11 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru ta' l-Intern

PA — Gallarijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk l-Awtorita' ta' l-Ippjanar għandhiex il-ħsieb li terġa' toħroġ l-iskema ta' rranġar ta' gallarijiet ta' l-injam fil-Kottonera?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li t-tweġiba hija fl-affermattiv. Fil-fatt din l-iskema diġa` ġiet estiża għall-Kottonera kif imħabbar nhar il-Ġimgħa 8 t'Ottubru f'konferenza għall-istampa. 11.10.99
Leg 9 PQ #10213 Sitting 152 1999-10-11 Oral · Final From: FRANCIS AGIUS To: Ministeru ta' l-Intern

PA — Areas industrijali

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'se jkunu l-linji gwida rigward areas li jistgħu jintużaw minn industriji żgħar (mechanics, sprayers, mastrudaxxi, eċċ) fil-lokalitajiet ta' Malta u Għawdex biex jitnaqqas l-inkonvenjent għal ġirien f'areas residenzjali?

Response (BORG, TONIO)

II-linja gwida rigward 'areas' li jistgħu jintużaw minn l-industriji żgħar (mechanics, sprayers, mastrudaxxi, eċċ) fil-lokalitajiet ta' Malta u Għawdex, iridu jieħdu ħsieb li : 1. jiġi stabbilit il-kobor tal-problema fiż-żoni urbani; 2. jiġi identifikat kemm hemm art fiż-żoni ndustrijali presenti jew maġenbhom li tista` tintuża għal dan l-iskop; 3. jiġu identifikati liema ndustriji eżistenti jibqgħu fejn huma u fl-istess ħin jitnaqqas l-impatt ambjentali b'mezzi ġodda ta' teknoloija; 4. jiġu identifikati barrieri li jistgħu jintużaw għal dan l-iskop; 5. jiġu identifikati żoni ġewwa ż-żona ta' l-iżvilupp li ma jkollhomx impatt negattiv fuq żoni residenzjali tal-viċin; 6. jiġu identifikati żoni barra miż-żona ta' l-iżvilupp li jkunu viċin il-lokal u li ma jkollhomx impatt negattiv. 11.10.99
Leg 9 PQ #10217 Sitting 152 1999-10-11 Oral · Final From: FRANCIS AGIUS To: Ministeru ta' l-Intern

Pjanijiet lokali

Question

Peress li s-Segretarju Parlamentari qal li l-pjanijiet lokali se jsiru qabel iż-żmien stipulat, jista' l-Ministru jagħti iktar dettalji ta' l-iskeda meta hu maħsub li jitlestew dawn il-pjanijiet, li żgur huma ta' interess għal poplu kollu?

Response (BORG, TONIO)

Il-Pjani Lokali tat-Tramuntana u dak tal-Majjistral huma l-iktar avvanzati u hu maħsub li jitħabbru għall-konsultazzjoni pubblika kmieni s-sena d-dieħla. L-ewwel abbozz tal-pjan lokali għal Għawdex u Kemmuna huwa maħsub li jitressaq quddiem l-Awtorita` ta' l-Ippjanar għal nofs is-sena d-dieħla. Huwa stmat ukoll li l-ewwel abbozz tal-Pjan Lokali għan-Nofsinhar ta' Malta ikun mhejji sa l-aħħar tas-sena d-dieħla u dak taż-Żona Ċentrali ta' Malta ikunu mħejjija sa l-bidu tas-sena 2001. 11.10.99
Leg 9 PQ #9688 Sitting 151 1999-10-07 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija — Persuni maqbuda bid-drogi

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk inqabdux persuni ddaħħlu droga ġo pajjiżna fl-aħħar xahrejn? Kemm kienu barranin, kemm Maltin u kemm kien l-ammont u tip ta' droga li nqabdet?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li matul dawn l-aħħar xahrejn inqabdet persuna waħda iddaħħal droga ġo pajjiżna. Din kienet ta' nazzjonalita` Maltija, u nqabdet b'nofs gramma tar-raża tal-Cannabis. 07.10.99
Leg 9 PQ #9811 Sitting 151 1999-10-07 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Intern

CCF — Priġunieri

Question

Jista' l-Ministru jgħid bħalissa kemm hemm priġunieri fit-taqsima taż-żgħażagħ fil-Faċilita' Korrettiva ta' Kordin? X'inhuma l-etajiet tagħhom? Hemm barranin miżmuma? Minn fejn? X'inhu jiġi mgħallem lil dawn iż-żgħażagħ biex ikunu jistgħu jippreparaw għall-futur meta joħorġu mill-ħabs?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li t-tagħrif mitlub hu kif jidher fit-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra. 07.10.99
Leg 9 PQ #9897 Sitting 151 1999-10-07 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija — Towing ta' karozzi

Question

Jista' l-Ministru jinvestiga u jgħid x'inhi r-raġuni li sar u qiegħed issir ittowjar ta' karozzi fil-lokalitajiet ta' Tas-Sliema u San Ġiljan minn toroq u postijiet li skond il-liġi il-kontravenzjoni mwettqa fihom tillimita biss għal ċitazzjoni lil dawn is-sidien? Jista' l-Ministru jinvestiga x'inhi r-raġuni wara dan kollu? Bħala eżempju wieħed biss, jista' l-Ministru jgħid għaliex dan imsemmi aktar 'il fuq twettaq u qiegħed jitwettaq fi Triq Wilġa, San Ġiljan?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li rmunkar u kklampjar ta' vetturi ma jsirx biss minn żoni indikati bħala tali. Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta' stqarrija għall-istampa maħruġa mid-Dipartiment ta' l-Informazzjoni f'Lulju 1997, li tispjega f'liema ċirkostanzi vettura tista` tkun irmunkata jew kklampjata. 07.10.99
Leg 9 PQ #9940 Sitting 151 1999-10-07 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija — Logħob klandestin

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il persuna nqabdet torganizza lottu klandestin matul din is-sena? F'liema lokalitajiet? Dawn kollha tressqu l-qorti? F'kull każ b'kemm-il somma flus inqabdu, minbarra dokumenti oħra?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li matul din is-sena, sa l-aħħar ta' Settembru, il-Pulizija qabdet 27 persuna jorganizzaw lottu klandestin. Dawn inqabdu B'Bugia, B'Kara, Naxxar, Valletta, Żejtun, San Ġiljan, Floriana, Mosta, Ħamrun, l-Isla, Żabbar, Żebbuġ, Qormi, Gżira u Raħal Ġdid. Proċeduri kriminali jinbdew kontra 13 minnhom filwaqt li kontra l-oħrajn għad iridu jinbdew. Kien hemm 12-il każ fejn inqabdu l-flus, u l-ammonti maqbuda kienu kif ġej: Lm14; Lm100; Lm725; Lm405; Lm2; Lm431; Lm170; Lm148; Lm7.50; Lm8.90; Lm51 u Lm72. 07.10.99
Leg 9 PQ #10048 Sitting 151 1999-10-07 Oral · Final From: JEAN PIERRE FARRUGIA To: Ministeru ta' l-Intern

PA — Permessi għal ftuħ ta' uffiċini

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'tibdil hu propost mill-Awtorita' ta' l-Ippjanar rigward permessi għall-ftuħ ta' uffiċini fil-Belt u fil-Furjana?

Response (BORG, TONIO)

Kif jaf l-Onor. Membru l-Awtorita` tal-Ippjanar bagħtet il-Pjan Lokali għall-Area tal-Port il-Kbir lill-Gvern għall-konsiderazzjoni tiegħu. Il-Gvern studja l-pjan u qiegħed jipproponi numru ta' tibdiliet għal dan il-Pjan. Fost it-tibdiliet proposti hemm dik li tiġi ntrodotta flessibilita` fl-għoti ta' permessi għal użu ta' proprjeta` għall-uffiċini sakemm l-applikant jagħti kontribuzzjoni bbażata fuq l-area proposti ta' uffiċini. Din il-kontribuzzjoni tmur f'fond li jgħin fir-riabilitazzjoni ta' postijiet residenzjali. Dan il-fond ikun amministrat flimkien bejn l-Awtorita` ta' l-Ippjanar u l-Kunsill Lokali. Il-proposta tipprovdi ukoll biex fejn ikun hemm re-development mill-privat, l-ispazju għall-uffiċini ma jiddominax fuq dak residenzjali. 07.10.99
Leg 9 PQ #10051 Sitting 151 1999-10-07 Oral · Final From: JEAN PIERRE FARRUGIA To: Ministeru ta' l-Intern

Pieta' — Għassa tal-pulizija

Question

Jista' l-Ministru jgħid fiex waslu t-taħdidiet mal-Kunsill Lokali tal-Pieta' dwar il-ftuħ ta' għassa tal-pulizija f'din il-lokalita'?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li t-taħdidiet dwar is-suġġett tal-Mistoqsija għadhom għaddejjin. 07.10.99
Leg 9 PQ #10075 Sitting 151 1999-10-07 Oral · Final From: MICHAEL ASCIAK To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija — Parkeġġ

Question

Jista' l-Ministru jara li l-pulizija tieħu l-passi meħtieġa biex karozza f'Wignacourt Street, Birkirkara li mhux suppost ikunu pparkjati hemm, jinġabru?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li l-Pulizija tinforza r-regolamenti tat-traffiku, inkluż dak dwar l-ipparkjar ta' karozzi fejn mhux permess u dan jgħodd ukoll għal post speċifikat fil-Mistoqsija mill-Onor. Interpellant. Ninsab infurmat ukoll li matul Settembru ngħataw 14-il Traffic Offence Ticket u vettura ġiet ittowjata mill-post indikat. 07.10.99
Leg 9 PQ #10106 Sitting 151 1999-10-07 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija — Ta' Qali Centenary Stadium - Ċitazzjonijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm saru ċitazzjonijiet mill-pulizija fit-triq quddiem is-Centenary Stadium, Ta' Qali fi tmiem il-ġimgħa 18/19 ta' Settembru? Min awtorizza li ma jsirx parking fuq iż-żewġ naħat ta'din it-triq li hija one-way? Jista'l-Ministru jara li almenu ma jsirx parking fuq naħa waħda biss tat-triq?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li fi tmiem il-ġimgħa 18/19 ta' Settembru, 1999, fil-post indikat mill-Onor. Interpellant, fejn mhux permess ipparkjar, saru 28 ċitazzjoni fuq ipparkjar ta' vetturi. Il-projbizzjoni ta' pparkjar fil-post indikat ġiet awtorizzata mill-Bord tal-Kontroll tat-Traffiku, għalhekk nitlob lill-Onorevoli Interpellant biex jirreferi l-aħħar parti tal-Mistoqsija lill-Ministru konċernat. 07.10.99
Leg 9 PQ #8727 Sitting 150 1999-10-06 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru ta' l-Intern

PA — Esproprjazzjoni ta' art

Question

Jista' l-Ministru jagħti spjegazzjoni ta' kif art esproprjata li qed tintbagħat separatament ma' din il-mistoqsija mmarkata bl-Ittra V, u li dikjarazzjoni datata 21 ta' Lulju, 1998, tal-President tar-Repubblika segwita mid-deskrizzjoni ta' l-art imsemmija koppja qed tintbagħat separatament immarkata W, tirriferi għal proprjeta' li tmiss mit-Tramuntana ma' art pubblika, minn Nofsinhar ma' proprjeta' ta' C. Attard u mill-Lvant ma' proprjeta' residwa werrieta ta' Angelo Attard Montalto u li tmiss ukoll mit-Tramuntana ma' proprjeta' ta' werrieta ta' Angelo Attard Montalto, mill-Punent ma' MS & Developments Ltd u mill-Lvant ma' proprjeta' residwa ta' Costantino Attard u ma tirriferix għal art murija bil-kulur blue kopja qed tintbagħat separatament diġa' mmarkata bl-Ittra V proprjeta', ta' Stella Agius u Gulliana Drew nee' Parnis, kif jidher ukoll mal-kuntratt anness ma' din il-mistoqsija, u għal art murija bil-kuluru aħmar, kopja qed tintbagħat separatament ma' din il-mistoqsija diġa' mmarkata bl-Ittra V proprjeta' ta' Pawlu Farrugia kif muri f'kuntratt tax-xiri u kuntratt tal-fidi li qiegħed jintbagħat separatament ukoll ma' din il-mistoqsija?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li d-dikjarazzjoni tal-President datata 21 ta' Settembru 1998, isservi biex tiddeskrivi, bis-saħħa ta' tlett irjieħat, il-biċċtejn art f'San Ġiljan li l-Gvern qiegħed jiddikjara li huma meħtieġa għal skop pubbliku. L-irjieħat imsemmija huma bażati fuq informazzjoni li kellu f'idejh id-Dipartiment tal-Estate Management. Biex żgur ma jkunx hemm dubji dwar liema hi l-proprjeta` meħtieġa mill-Gvern, id-dikjarazzjoni tal-President tirreferi ukoll għall-pjanta LD 40/98. L-artijiet murija bl-aħmar u bil-blu mill-Onor. Interpellant ser jintlaqtu fit-tarf tagħhom mill-Plot immarkata bin-numru wieħed, min-naħa tal-Punent, liema riħ ma kienx hemm il-ħtieġa li jingħata fid-deskrizzjoni. 06.10.99
Leg 9 PQ #9682 Sitting 150 1999-10-06 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija — Xogħol f'Paceville

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm pulizija fuq xogħol ġewwa Paceville matul Awissu u Settembru f'kull weekend u festa pubblika jew lejlieta?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li t-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant hu kif jidher fit-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra. 06.10.99
Leg 9 PQ #9683 Sitting 150 1999-10-06 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija — Rapporti ta' stupru

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm saru rapporti ta' stupru lill-pulizija xahar b'xahar din is-sena? Fejn saru l-allegatijiet każi?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi t-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant hu kif jidher fit-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra. 06.10.99
Leg 9 PQ #9684 Sitting 150 1999-10-06 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija — Reati

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm saru u/jew ġew irrapportati reati lill-pulizija fix-xahar ta' Lulju u Awissu ta' din is-sena u jagħti breakdown ta' x'tip ta' reati kienu?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi t-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant hu kif jidher fit-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra. 06.10.99
Leg 9 PQ #9930 Sitting 150 1999-10-06 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija — Breathalyser

Question

Jista' l-Ministru jgħid matul din is-sena kemm saru testijiet bil-breathalyser mill-pulizija? Kemm irriżultaw fil-pożittiv? Kemm kienu Maltin u kemm barranin li rriżultaw pożittivi għax-xorb eċċessiv? Dawk li rriżultaw pożittivi kollha ittellgħu l-qorti? Kien hemm min inqabad aktar minn darba jikser din il-liġi?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat, li din is-sena sa Settembru, in-numru ta' testijiet tan-nifs lill-sewwieqa ta' vetturi bil-mutur, li l-Pulizija għamlet wara li r-riżultat fl-ewwel test fit-triq kien pożittiv, kien ta' 126. Minn dan in-numru ta' testijiet, 91 irriżultaw posittivi. Il-persuni nvoluti kienu 73 Maltin u 18 barranin. F'dawn il-każijiet kollha qed jittieħdu proċeduri fil-Qorti. Dwar l-aħħar parti tal-Mistoqsija, ninsab infurmat li kien hemm persuna waħda. 06.10.99
Leg 9 PQ #9933 Sitting 150 1999-10-06 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija — Diesel/Petrol

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhi l-kwota ta' petrol/diesel li għandu kull distrett tal-pulizija? Meta l-kwota tkun eżawrita minħabba xogħol fid-distrett, għaliex din ma tiġġeddidx? X'inhi l-kwota tad-distretti? Peress li taqsimiet oħra tal-pulizija bħas-CID, mobile eċċ mhumiex marbuta bil-kwot,a jista' jgħid kemm intuża petrol/diesel mit-taqsimiet li jistgħu jużaw kemm iridu fl-ewwel tmien xhur tas-sena finanzjarja li qegħdin fiha? Jista' jagħti l-figuri xahar b'xahar?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li l-kwota tal-fuel għall-vetturi tal-pulizija ilha fis-seħħ u mhix xi ħaġa ġdida. Fil-preżent il-vetturi fid-Distretti tal-Pulizija għandhom kwota ta' 90 litru fil-ġimgħa. Għandi konferma mill-Assistenti Kummissarji nkarigati mid-Distretti tal-Pulizija, li kull meta kellhom talba għall-fuel addizzjonali għax il-kwota ta' xi vettura tkun ġiet eżawrita, din dejjem ġiet milqugħa. Dwar l-aħħar parti tal-Mistoqsija, ninsab infurmat li l-istatistika li tinżamm hija dwar in-nefqa għal-fuel fid-diversi taqsimiet tal-Korp. Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra Tabella li turi n-nefqa għal fuel bejn Jannar u Awissu ta' din is-sena. 06.10.99