Legislature:
Category:
Reset
Active:

Traffic Control Board — Parkeġġ

Question

Jista' l-Ministru jara li t-traffic control board jieħu passi biex karozzi ma jibqgħux jipparkjaw quddiem residenzi privati maġenb is-City of London fi Triq il-Kbira f'San Ġiljan għax b'ħafna karozzi ffullati fuq xulxin qed issir insapportabbli għal min jgħix fl-inħawi?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li l-Bord għall-Kontroll tat-Traffiku qiegħed f'kuntatt mall-Pulizija u mall-Kunsill Lokali ta' San Ġiljan biex flimkien jaraw xi tkun l-aħjar soluzzjoni għall-problema li qajjem l-Onor. Interpellant.

Regional Road — Xogħlijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhu l-kalkolu ta' l-ispiża tax-xogħlijiet, inkluża l-konsulenza li saret fuq ir-roundabout ta' fejn it-tank tal-gass f'Regional Road? Lil min huma dovuti dawn il-flus?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li x-xogħolijiet, inkluża l-konsulenza li saru fuq ir-'roundabout' ta' ħdejn it-tank tal-gas f'Regional Road huma stmati li jiswew Lm 120700. Dawn huma dovuti hekk: Disinn tat-traffic junction - TRL Lm5,420 Modifikar rat-roundabout - Roads Group Ltd Lm15,000 Asfaltar tat-triq u rounabout - Roads Group Lm90,000 Xogħol ta'armar tat-Traffic Light - MSD Lm1,000 Xogħol ta' tabelli - MSD Lm300 Lanterni u Controllers - SCAE Lm2,780 Structure for overhead signs - Steel structures Lm3,000 Commissioning Signals - TRL Lm2,000 Commissioning controllers - SCAE Lm1,200 TOTAL Lm120,700

Toroq — Xogħlijiet - Ħlas lill-kuntratturi

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhu l-valur ta' xogħlijiet li jrid jitħallas lill-kuntratturi tat-toroq, kull kuntrattur separatament?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li l-informazzjoni mitluba teħtieġ li jiġu spezzjonati u ċċertifikati diversi xogħolijiet li twettqu jew qed iwettqu d-diversi kuntratti. Għalhekk risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Toroq — Xogħlijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid liema tenders ta' xogħlijiet f'toroq ġew maħruġa matul dawn l-aħħar 12-il xahar? Kemm kien il-valur ta' kull tender, lil min ġie awarded u kemm-il kuntratt ġie mibdi sal-lum?

Response (GALEA, ĊENSU)

L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

VRT — Vetturi tal-gvern

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ittellgħu vetturi tal-gvern u tal-kumpanniji parastatali għal VRT test sal-lum? Kemm minn dawn il-vetturi nstabu f'kondizzjoni sodisfaċenti?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li d-Dipartiment tal-Liċenzji u Testijiet għad m'għandiex l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant.

VRT — Garaxxijiet

Question

Jista' l-Ministru jelenka l-affarijiet li l-garaxxijiet liċenzjati għall-VRT suppost jaraw fil-karozzi li jitilgħu għat-test?

Response (GALEA, ĊENSU)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għar-risposta li jiena tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. W78.

VRT — Testijiet fuq karozzi tal-gvern

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm saru testijiet tal-VRT fuq karozzi tal-Gvern? Kemm minnhom għaddew u kemm weħlu minn dan it-test?

Response (GALEA, ĊENSU)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għal risposta mogħtija għad-domanda Nru 10020.

Toroq — Regional Rd/Sliema Rd - Xogħlijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien stmat li jiġi jiswa ix-xogħol fuq Triq Reġjonali u Sliema Road? Kemm irriżulta li ġie jiswa?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li l-informazzjoni mitluba għada qed tinġabar u risposta tingħata f'seduta oħra.

Sptar Monte Carmeli — Xogħol

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni għaliex ix-xogħol fuq l-upgrading tal-junction fejn l-Isptar Monte Carmeli flimkien ma' diversi toroq f'Ħ'Attard waqa' tant lura u donnu ġie sospiż?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li x-xogħol imsemmi mill-Onor Interpellant huwa kopert minn kuntratti mogħtija lill-kumpaniji RiteMix Ltd u Roads Group Ltd rispettivament. Xogħol ta' twittija tat-toroq residenzjali diġa nbeda u bħalissa qed isiru l-preparamenti biex jibdew jitqiegħdu l-'mains' ta' l-ilma. Kien hemm diffikultajiet fil-proġett oriġinali tal-'junction' peress li kif kien il-proġett originali kienet ser titkisser ġibja f'Wied Inċita u l-pjanti tat-triq ġew modifikati biex dan jiġi evitat. Ix-xogħol fil-'main road' issa jista' jiġi mplimentat u għalhekk qed isiru l-arranġamenti biex dan jinbeda wkoll. Minbarra hekk kien hemm ukoll diffikultajiet fl-għoti ta' servizzi ta' l-ilma.

Ministeru għat-Trasport u Kommunikazzjoni — Ħlasijiet speċjali

Question

Jista' l-Ministru jagħti lista tal-ħlasijiet speċjali u/jew allowances oħra mogħtija wara s-6 ta' Settembru, 1998 lil uffiċjali fil-Ministeru/dekasteru tiegħu għal servizzi mogħtija qabel dik id-data u dan b'deċiżjoni speċifika tal-gvern preżenti, skond kull każ? Jista' jekk jogħġbu f'kull każ, jagħti r-raġunijiet għall-ħlasijiet li jsiru/jew saru?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li ma ġew mogħtija l-ebda ħlasijiet jew 'allowances' lil l-ebda uffiċjal fil-Ministeru/dekasteru li tagħhom jien responsabbli, għal xi xogħol li sar qabel is-6 ta' Settembru, 1998.

Qormi — Triq Kardinal Sciberras

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'kienet id-deċiżjoni tad-Dipartiment tat-Toroq rigward deterrent fi Triq il-Kardinal Sciberras, Qormi kontra s-sewqan eċċessiv?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li l-Bord għall-Kontroll tat-Traffiku qiegħed f'kuntatt mall-Kunsill Lokali ta' Ħal-Qormi biex flimkien jiddeċiedu x'inhi 'l aktar soluzzjoni addattata kontra s-sewqan eċċessiv fit-triq inkwestjoni.

VRT — Vetturi

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li mhux is-sidien kollha li l-vettura tagħhom hija suġġetta għal VRT ġew informati li jrid isir it-test qabel titħallas il-liċenzja? Jista' l-Ministru jispjega kif u x'sistema ntużat biex jiġi deċiż lil min għandu jiġi nformat li jrid jagħmel it-test fuq il-vettura tiegħu u lil min ma jiġix informat? Il-Ministru jħoss li hu ġust li s-sidien tal-vettura li s-sena tal-manifattura tagħha hi wara vettura li ġiet manifatturata qabel jiġi informat li jrid jagħmel VRT qabel iħallas il-liċenzja filwaqt li s-sid l-ieħor ma jinformawhx u jħallas il-liċenzja qisu l-VRT għadu ma daħalx fis-seħħ?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li d-dħul fis-seħħ tal-V.R.T. sar b'mod li dan it-test ikun jista' jitkompla b'mod sostenut matul is-snin li ġejjin. Jiġifieri li kull sena, bejn wieħed u ieħor ikun qed isir l-istess numru ta' testijiet. Biex dan ikun jista' jsir ġie deċiz li l-ewwel test għal vetturi kollha jinqasam fi tnejn billi l-ewwel qed jiġu ttestjati dawk il-vetturi li kellhom l-ewwel reġistrazzjoni taghħom fis-snin 'zewġ', fil-waqt li mbagħad isir it-test ta' dawk il-vetturi li huma bil-'fart'. Billi t-test tal-V.R.T. huwa ntenzjonat jiġġudika is-'safety' tal-vetturi w mhux l-eta' taghħom, inħoss li ma kienx hawn mod ieħor kif dan it-test jista' jibda, b'mod li jiġi sostnut matul is-snin.

Inġenji tax-xogħol kbar — Testijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid kif vetturi kbar li ħafna drabi jkunu inġenji tax-xogħol, jiġu mitluba li jagħmlu t-test, wara li tkun għalqitilhom il-liċenzja, bil-konsegwenza li jew jitilfu x-xogħol jew jirriskjaw li jiksru l-liġi?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jiena nfurmat li vetturi li jmisshom jitilgħu ghat-test qed jiġu avżati b'dan minn qabel ma' tiskadilhom il-liċenzja. Dawk is-sidien li ma jiġux avżati b'dan mid-Dipartiment, m'għandhomx għalfejn jitilgħu għat-test, f'dan l-istadju.

Kalkara — Triq il-Missjoni - Toroq

Question

Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra jekk kemm-il darba huwiex possibbli li tiġi nvestigata f'ċertu dettall il-problema tat-triq li tibda minn Triq il-Missjoni Taljana u li tgħaddi quddiem l-Kunvent tal-Kapuċċċini sa l-aħħar ta' Triq Santa Liberata, il-Kalkara billi din qiegħda tmur lura minkejja li sarulu diversi attentati ta'patching?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li t-triq ġiet assessjata waqt ix-xogħol li kien qiegħed jitmexxa mill-Konsulenti Ġermaniżi u ngħatat prijorita' skond kif l-istat u l-uzu taghħa jikkompara ma toroq oħra arterjali fil-pajjiż. Għalhekk peress li hemm toroq oħra li għandhom bzonn isir xogħol fihom b'aktar urġenza mhux possibbli li din it-triq tinqala' għalissa. Madankollu, id-Dipartiment tat-Toroq ser jara jistax isiru xogħolijiet ta' manutenzjoni biex ħsara ma' tkompliex issir.

Attard — Triq A. Durer - Toroq

Question

Jista' l-Ministru jnforma lill-Kamra jekk huwiex minnu li jekk it-Triq A. Durer ġewwa r-raħal ta' Ħ'Attard tiġi asfaltata mingħajr prekawzjoni, tista'tkun kaġun ta' għargħar u ħsarat ta' ċertu natura lill-proprjetajiet fil-viċinanzi?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li d-Dipartiment tat-Toroq ħa nota tal-fatti msemmija mill-Onor. Interpellant u nforma lill-Kunsill Lokali ta' Ħ'Attard li jekk isir xi asfalt f'din it-triq ix-xogħol irid isir bir-reqqa sabiex ma jikkaġunax ħsarat fuq il-propjetajiet fil-viċinanzi.

Marfa Quay

Question

Jaf il-Ministru li fil-Marfa Quay hemm ħafna diżgwid u diżorganizzazzjoni sħiħa bejn il-proprjetarji tal-laneċ li jġorru n-nies lejn Kemmuna fuq shuttle service? Jaħseb il-Ministru li sar opportun li l-awtoritajiet konċernati jimponu roster idoneju biex in-nies li diġa' għandhom permess joperaw mill-Marfa bħala shuttle service?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li hemm tliet operaturi ta' laneċ (magħrufa bħala 'pleasure boats') li għandhom l-permessi meħtieġa biex joperaw u jġorru passiġġieri bi ħlas mill-moll tal-Marfa. Is-servizz li joperaw dawn il-laneċ hu wieħed liberaliżżat u għalhekk m'għandux il-kontroll ta' skeda.

Bormla — Knisja ta' Santa Tereża

Question

Jista' l-Ministru jikkonsidra li jsir xi tip ta' pedestrian crossing fl-area tal-Knisja ta' Santa Tereża, Bormla?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jiena nfurmat li t-talba ta' l-Onor. Interpellant qegħdha tiġi kkunsidrata.

Televisions — Satellite dishes

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hawn permessi biex jintużaw: (i) dishes tas-satellita; (ii) settijiet tat-television; u (iii) settijiet ta' citizen's band radios/transmitters?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li sa l-aħħar ta` Settembru; (i) in-numru ta` liċenzji għar-riċezzjoni ta` xandir bis-satellita (TVROs) huwa ta` 2,050. Hemm numru ieħor ta` applikazzjonijiet li qegħdin fil-proċess biex titħallas il-liċenzja; (ii) in-numru ta` liċenzji tat-televizjoni jammonta għal 122,486; (iii) in-numru ta` liċenzji li jikkonċernaw l-użu tas-settijiet ta` `citizen`s band radio` sa l-aħħar ta` Settembru huwa ta` 3,102.

Pembroke — Medjez Road

Question

Jista' l-Ministru jikkonsidra li d-daħla ta' Medjez Road fil-parti tat-triq il-ġdida f'Pembroke tinfetaħ kif wara kollox wera x-xewqa l-kunsill lokali l-ġdid li ġie elett f'Marzu li għadda u dan ukoll skond ix-xewqa u għall-benefiċċju u l-konvenjent tar-residenti ta' l-inħawi?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li dan ix-xogħol diġa sar.

San Ġilja — Triq Lapsi - Tarmak

Question

Jista' l-Ministru jgħid min ħallas l-ispejjeż biex sar it-tarmak fi Triq Lapsi, San Ġiljan? Jista' jgħid kemm ġiet tlaħħaq l-ispiża separatament ta' kull min kien involut biex sar dan ix-xogħol? Jista' jgħid x'kien is-sehem tad-Dipartiment tat-Toroq? X'kien is-sehem tal-Kunsill Lokali ta' San Ġiljan? Jista' jgħid jekk għal parti mħallsa mid-Dipartiment tat-Toroq ħarġitx tender u jekk le, x'inhi r-raġuni?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li x-xogħol ta' l-asfalt li sewa' Lm 12,621 sar mid-Dipartiment tat-Toroq wara d-diskussjonijiet li kien hemm mall-Kunsill Lokali w l-entitatjiet oħra li ħaffru t-trinek fit-triq. Ix-xogħol sar b'kuntratt li d-Dipartiment kellu ma kuntrattur privat.