Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #12632 Sitting 259 2000-03-08 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Dipartiment tal-Konsumatur — Trasferimenti

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw trasferimenti mis-16 ta' Settembru, 1999 sal-4 ta' Jannar, 2000 lill-ħaddiema tad-Dipartiment tal-Konsumatur? Jista' jagħti r-raġuni għaliex saru dawn it-trasferimenti każ b'każ? Jista' jgħid huwiex il-ħsieb li jsiru aktar trasferimenti fil-futur qarib fil-post tax-xogħol imsemmi?

Response (BONNICI, JOSEF)

It-twegiba hija fin-negattiv. Jekk fil-futur il-htigijiet tad-Dipartiment jitolbu dan, allura jsiru trasferimenti.
Leg 9 PQ #12635 Sitting 259 2000-03-08 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Dipartiment tal-Konsumatur — Ħaddiema ġodda

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew impjegati ħaddiema ġodda mad-Dipartiment tal-Konsumatur mis-16 ta' Settembru, 1999 sal-4 ta' Jannar, 2000? Jista' jgħid ukoll jekk ġewx impjegati ħaddiema ġodda meta ħarġu l-applikazzjonijiet għal dawn l-impjiegi? Jekk jirriżulta li ġew impjegati ħaddiema ġodda mingħajr applikazzjonijiet, jista' jgħid kemm dawk l-impjegati kien ilhom applikati għall-imsemmi mpjieg? U jekk jirriżulta li lanqas kienu applikati għall-imsemmi mpjieg, jista' jgħid xi kriterji ntużaw biex dawn ingħataw l-impjieg in kwestjoni?

Response (BONNICI, JOSEF)

Jiena nfurmat li matul il-perjodu li ghalih qed issir riferenza ma` gew imjegati ebda haddiema godda mad-Dipartiment ghall-Affarijiet tal-Konsumatur.
Leg 9 PQ #14375 Sitting 259 2000-03-08 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

WSC — Bormla - Meter ta'l-ilma

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta se tintlaqa' t-talba tal-persuna - dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament - sabiex jitneħħilu l-meter ta' l-ilma, wara li ilu li għamel din it-talba għal ħafna xhur?

Response (BONNICI, JOSEF)

Jiena nfurmat li l-Korporazzjoni ghas-Servizzi ta` l-Ilma qed tiehu l-passi mehtiega biex il-meter ta` l-ilma tal-persuna kkoncernata jitnehha mill-aktar fis.
Leg 9 PQ #14525 Sitting 259 2000-03-08 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Assoċjazzjoni ta' min iħaddem

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'passi qed jittieħdu biex ma jibqax jiġri dak li qal il-President ta' l-Assoċjazzjoni ta' min iħaddemn dan l-aħħar li hemm investiment li qed jitlaq minn Malta u jmur fl-Ewropa ta' Lvant għax huwa post aktar favorit u kompetittiv għall-industrija?

Response (BONNICI, JOSEF)

Din il-mistoqsija fiha żewġ aspetti ewlenin. Teżisti attivita industrijali, prinċipalment fil-qasam ta` ċertu tipi ta` tessuti, fejn ix-xogħol ta` l-idejn huwa kbir u l-opportunita għal żieda fil-produttivita` hija limitata ħafna. Din it-tip ta` attivita għandha t-tendenza li tiċċaqlaq lejn pajjiżi fejn il-pagi għadhom baxxi. Wieħed jista` jagħmel ftit li xejn biex iwaqqaf dan iċ-ċaqlieq. F`din l-eventwalita`, l-politika tal-Gvern għandha tkun waħda li tiffavorixxi l-ħolqien ta` impjiegi alternattivi f`oqsma oħra ta` l-ekonomija. Huwa ħafna aktar preokkupanti r-riskju li tip ieħor ta` investiment, din id-darba f`oqsma oħra tal-manifattura fejn il-valur miżjud huwa ħafna iktar għoli, jista` ukoll jitbiegħed minn Malta u jaqbad it-triq tal-pajjiżi tal-lvant bħar-Repubblika Ċeka u l-Ungerija. Dawn il-pajjiżi llum għandhom attrazzjoni partikolari għaliex bħala kandidati għal sħubija fl-Unjoni Ewropea, mhux biss joffru lill-investitur aċċess għas-swieq tagħhom, iżda wkoll għal dak ta` l-Unjoni Ewropea. F`dan ir-rigward, il-politika tal-Gvern hija waħda ċara ħafna marbuta ma` l-objettiv tas-sħubija ta` pajjiżna fl-Unjoni Ewropea fl-iqsar żmien possibbli. Malta ma għandha ebda alternattiva oħra jekk trid tibqa` ta` attrazzjoni għall-investiment barrani.
Leg 9 PQ #14541 Sitting 259 2000-03-08 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Bormla — Triq id-Dejqa - Dawl

Question

Jista' l-Minstru jara x'inhi r-raġuni għaliex il-bozza li hemm fuq 59 Triq id-Dejqa, Bormla, ilha ż-żmien tiġi rrapportata li toqgħod titfi u tixgħel meta trid hi? Meta se tkun irranġata?

Response (BONNICI, JOSEF)

Ninsab infurmat li l-manutenzjoni meħtieġa fuq il-bozza li għaliha qed issir riferenza saret fil-25ta` Frar li għadda.
Leg 9 PQ #14542 Sitting 259 2000-03-08 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Bormla — Dawl

Question

Jista' l-Ministru jara li ssir it-tiswija neċessarja lill-bozza li hemm mas-sur fi triq li minn Triq l-Immakulata tagħti għal San Ġwann t'Għuxa, Bormla, peress li tqaċċtet minn mal-ħajt u tista' taqa' għal ġot-triq?

Response (BONNICI, JOSEF)

Ninsab infurmat li l-bozza li għaliha qed issir riferenza issewwiet fis-6 ta` dan ix-xahar.
Leg 9 PQ #12625 Sitting 258 2000-03-07 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Maltacom — Ħaddiema ġodda

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew impjegati ħaddiema ġodda mal-Maltcom mis-16 ta' Settembru, 1999 sal-4 ta' Jannar, 2000? Jista' l-Ministru jgħid ukoll jekk ġewx impjegati ħaddiema ġodda meta ħarġu l-applikazzjonijiet għal dawn l-impjiegi? Jekk jirriżulta li ġew impjegati ħaddiema ġodda mingħajr applikazzjonijiet, jista' jgħid kemm dawk impjegati kien ilhom applikati għall-imsemmi mpjieg? U jekk jirriżulta li lanqas kienu applikati għall-imsemmi mpjieg, jista' l-Ministru jgħid xi kriterji ntużaw biex dawn ingħataw l-impjieg in kwestjoni?

Response (BONNICI, JOSEF)

Jiena nfurmat li matul il-perjodu li ghalih qed issir riferenza giet impjegata persuna wahda wara sejha ghall-applikazzjonijiet li nharget bil-permess tal-Korporazzjoni tax-Xoghol u Tahrig. Barra minn dan, matul l-istess perjodu, persuna li kienet impjegata mal-Kumpanija fuq bazi `part-time` giet impjegata fuq bazi permanenti.
Leg 9 PQ #12627 Sitting 258 2000-03-07 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Airmalta — Ħaddiema ġodda

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew impjegati ħaddiema ġodda ma' l-Airmalta mis-16 ta' Settembru, 1999 sal-4 ta' Jannar, 2000? Jista' l-Ministru jgħid ukoll jekk ġewx impjegati ħaddiema ġodda meta ħarġu l-applikazzjonijiet għal dawn l-impjiegi? Jekk jirriżulta li ġew impjegati ħaddiema ġodda mingħajr applikazzjonijet, jista' jgħid kemm dawk impjegati kien ilhom applikati għall-imsemmi mpjieg? U jekk jirriżulta li lanqas kienu applikati għall-imsemmi mpjieg,jista' jgħid xi kriterji ntużaw biex dawn ingħataw l-impjieg in kwestjoni?

Response (BONNICI, JOSEF)

Jiena nfurmat li matul il-perjodu msemmi l-Air Malta impjegat persuna wahda fil-kariga ta` Group Financial Controller wara li saret sejha pubblika ghall-applikazzjonijiet.
Leg 9 PQ #12628 Sitting 258 2000-03-07 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

MDC — Ħaddiema ġodda

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew impjegati ħaddiema ġodda ma' l-MDC mis-16 ta' Settembru, 1999 sal-4 ta' Jannar, 2000? Jista' jgħid ukoll jekk ġewx impjegati ħaddiema ġodda meta ħarġu l-applikazzjonijiet għal dawn l-impjiegi? Jekk jirriżulta li ġew impjegati ħaddiema ġodda mingħajr applikazzjonijiet,jista' jgħid kemm dawk impjegati kien ilhom applikati għall-imsemmi mpjieg? U jekk jirriżulta li lanqas kienu applikati għall-imsemmi mpjieg,jista' jgħid xi kriterji ntużaw biex dawn ingħataw l-impjieg in kwestjoni?

Response (BONNICI, JOSEF)

Ninsab infurmat li matul il-perjodu msemmi ma gewx impjegati haddiema godda mal-Korporazzjoni ghall-Izvilupp ta` Malta.
Leg 9 PQ #14373 Sitting 258 2000-03-07 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Żabbar — St Peter's - dwal

Question

Jista' l-Ministru jara x'inhi r-raġuni għaliex id-dwal tal-bandli li hemm fl-area ta' St Peter's limiti ta' Ħaż-Żabbar, ilhom għal ħafna ġimgħat ma' jixgħelu? Jista' jara li dawn jissewwew?

Response (BONNICI, JOSEF)

Jiena nfurmat li l-Playing Fields fl-inhawi ta` Saint Peter`s fil-limiti ta` Haz-Zabbar huma responsabbilta` tal-Kunsill Lokali u ghalhekk il-manutenzjoni tad-dawl f`dan il-post ghandu jiehu hsiebha l-imsemmi Kunsill Lokali.
Leg 9 PQ #14488 Sitting 258 2000-03-07 Oral · Final From: JOSEPH M. SAMMUT To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Kalaxlokk — Ħaddiema

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhi u x'se tkun il-pożizzjoni tal-ħaddiema tal-Kalaxlokk u kemm se jdumu f'din is-sitwazzjoni? Jista' l-Ministru jgħid x'se jsir minn dawn il-ħaddiema?

Response (BONNICI, JOSEF)

Bhalissa ghaddejjin tahdidiet bejn il-Kumpanija Kalaxlokk u l-General Workers` Union dwar revizjoni tal-`Collective Agreement`. Huwa ittamat li jintlahaq ftehim li jwassal lill-Kumpanija li tkun f`qaghda li tikkompeti ghax-xoghol kif jirrikjedi s-suq. B`hekk biss jista` b`xi mod jigi garantit il-futur tal-haddiema.
Leg 9 PQ #12619 Sitting 257 2000-03-07 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Dipartiment tal-Kummerċ — Ħaddiema ġodda

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew impjegati ħaddiema ġodda mad-Dipartiment tal-Kummerċ mis-16 ta' Settembru, 1999 sal-4 ta' Jannar, 2000? Jista' l-Ministru jgħid ukoll jekk ġewx impjegati ħaddiema ġodda meta ħarġu l-applikazzjonijiet għal dawn l-impjiegi? Jekk jirriżulta li ġew impjegati ħaddiema ġodda mingħajr applikazzjonijiet, jista' jgħid kemm dawk impjegati kien ilhom applikati għall-imsemmi mpjieg? U jekk jirriżulta li lanqas kienu applikati għall-imsemmi mpjieg, jista' jgħid xi kriterji ntużaw biex dawn ingħataw l-impjieg in kwestjoni?

Response (BONNICI, JOSEF)

Jiena nfurmat li matul il-perjodu msemmi ma gewx impjegati haddiema godda mad-Dipartiment tal-Kummerc.
Leg 9 PQ #12621 Sitting 257 2000-03-07 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Enemalta — Ħaddiema ġodda

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew impjegati ħaddiema ġodda ma' l-Enemalta mis-16 ta' Settembru, 1999 sal-4 ta' Jannar, 2000? Jista' jgħid ukoll jekk ġewx impjegati ħaddiema ġodda meta ħarġu l-applikazzjonijiet għal dawn l-impjiegi? Jekk jirriżulta li ġew impjegati ħaddiema ġodda mingħajr applikazzjonijiet, jista' jgħid kemm dawk impjegati kien ilhom applikati għall-imsemmi mpjieg? U jekk jirriżulta li lanqas kienu applikati għall-imsemmi mpjieg, jista' jgħid xi kriterji ntużaw biex dawn ingħataw l-impjieg in kwestjoni?

Response (BONNICI, JOSEF)

Jiena nfurmat li bejn is-16 ta` Settembru 1999 u l-4 ta` dan ix-xahar ma gewx impjegati haddiema godda mal-Korporazzjoni Enemalta.
Leg 9 PQ #12622 Sitting 257 2000-03-07 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

MIA — Ħaddiema ġodda

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew impjegati ħaddiema ġodda ma' l-MIA mis-16 ta' Settembru, 1999 sal-4 ta' Jannar, 2000? Jista' jgħid ukoll jekk ġewx impjegati ħaddiema ġodda meta ħarġu l-applikazzjonijiet għal dawn l-impjiegi? Jekk jirriżulta li ġew impjegati ħaddiema ġodda mingħajr applikazzjonijiet, jista' jgħid kemm dawk impjegati kien ilhom applikati għall-imsemmi mpjieg? U jekk jirriżulta li lanqas kienu applikati għall-imsemmi mpjieg, jista' l-Ministru jgħid xi kriterji ntużaw biex dawn ingħataw l-impjieg in kwestjoni?

Response (BONNICI, JOSEF)

Jiena nfurmat li matul il-perjodu li ghalih qed issir riferenza gew impjegati 21 haddiem gdid mal-Kumpanija Malta International Airport. Ghoxrin minnhom intghazlu wara intervista minn listi mibghuta lill-Kumpanija mill-Korporazzjoni tax-Xoghol u Tahrig, waqt li wiehed gie impjegat wara li saret sejha pubblika skond il-provvedimenti tal-ligi.
Leg 9 PQ #14365 Sitting 257 2000-03-07 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Enemalta — Meters tad-dawl

Question

Jista' l-Ministru jgħid kif jiġi stabbilit jekk garage/boathouse għandux ikollu kera tal-meter tad-dawl bi prezz kummerċjali jew domestiku? Kemm hi l-kera fis-sena tal-meter tad-dawl kemm dak kummerċjali kif ukoll domestiku?

Response (BONNICI, JOSEF)

Artiklu 33 tar-Regolamenti dwar il-Provvista ta` l-Elettriku, kif emendat permezz ta` l-Avviz Legali numru 212 tat-28 ta` Awissu 1998 u retroattiv mill-5 ta` Novembru 1997, jistipula li fejn garaxx jintuza ghal ghanijiet domestici jew biex jitqieghdu vetturi mhux kummercjali, ir-rata mhallsa ghandha tkun wahda domestika. Ghaldaqstant, skond dawn ir-regolamenti, garaxx jew boathouse li jissodisfa dawn ir-rikwesiti ghandu jhallas rata domestika. Il-kera fis-sena ghal meter tad-dawl b`rata kummercjali hija Lm24 fis-sena li maghha llum hemm 200 unit ta` elettriku minghajr hlas, waqt li dik ta` meter domestiku hija ta` Lm12 fis-sena li maghha hemm 600 unit minghajr hlas.
Leg 9 PQ #14366 Sitting 257 2000-03-07 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Żabbar — Triq Papa Alessandru VII

Question

Peress li jidher li m'hemmx il-ħsieb mill-gvern ċentrali li l-istat diżastruż ta' Triq il-Papa Alessandru VII, Żabbar jitjieb fil-futur qarib, jista' l-Ministru jara li titwaħħal bozza f'din it-triq?

Response (BONNICI, JOSEF)

It-talba biex jizdied id-dawl fit-triq imsemmija qed tigi ikkunsidrata flimkien ma` talbiet ohra.
Leg 9 PQ #14448 Sitting 257 2000-03-07 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Imtarfa — Ġibjuni

Question

Jista' l-Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari numru 14251?

Response (BONNICI, JOSEF)

Jiena nfurmat li l-Korporazzjoni ghas-Servizzi ta` l-Ilma ma ghandha ebda informazzjoni dwar gibjuni qodma ta` l-ilma tax-xita. Informazzjoni bhal din probabbilment tezisti fit-Taqsima tax-Xogholijiet jew fid-Dipartiment ta` l-Akkomodazzjoni Socjali. Bhalissa l-Korporazzjoni qed tirrevedi l-politika taghha dwar kif ser jitkompla x-xoghol li diga` sar fuq l-iStorm Water Master Plan.
Leg 9 PQ #14482 Sitting 257 2000-03-07 Oral · Final From: JOSEPH M. SAMMUT To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Banek — Rampa

Question

Jista' l-Ministru jara li l-banek f'Malta u Għawdex b'mod partikolari dawk taż-Żurrieq, ikunu aċċessibbli minn nies anqas ixxurtjati, persuni b'diżabilita'?

Response (BONNICI, JOSEF)

Is-suggeriment ta` l-Onorevoli Interpellant ser jigi mghoddi lill-bank kummercjali li fih il-Gvern ghandu ishma. Nissuggerixxi lill-Onorevoli Membru jaghmel l-istess suggeriment lill-banek kummercjali l-ohra.
Leg 9 PQ #14547 Sitting 257 2000-03-07 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Żejt — Xiri

Question

Jista' l-Ministru jgħid hemmx taħdidiet ma' l-awtoritajiet libjani dwar l-estensjoni u t-tiġdid tal-ftehim dwar xiri taż-żejt b'rati preferenzjali? Jekk iva, fiex waslu? Dawn se jkunu suġġetti għad-diskussjoni fiż-żjara li l-Prim Ministru mistenni jagħmel fil-Libja?

Response (BONNICI, JOSEF)

It-tahdidiet ma` l-awtoritajiet Libjani dwar l-estensjoni u tigdid ta` ftehim dwar xiri ta` zejt b`rati preferenzjali ghadhom ghaddejjin. Dwar l-istadju li fih waslu dawn it-tahdidiet ma nahsibx li jkun prudenti li fil-prezent jinghataw dettalji. Jista` jkun li dan is-suggett ikun fuq l-agenda tad-diskussjonijiet li l-Prim Ministru ser ikollu fil-Libja.
Leg 9 PQ #14548 Sitting 257 2000-03-07 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

MDC — Proġetti ġodda

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm għandha proġetti ġodda l-MDC għall-investiment ġdid f'pajjiżna mill-pajjiżi tal-UE, pajjiż, pajjiż?

Response (BONNICI, JOSEF)

Ninsab infurmat li bhalissa l-Korporazzjoni ghall-Izvilupp ta` Malta ghandha quddiemha ghall-approvazzjoni sitt applikazzjonijiet ghal progetti godda gejjin minn pajjizi li jiffurmaw parti mill-Unjoni Ewropea. L-applikazzjonijiet gejjin tnejn mill-Italja, wahda mill-Italja flimkien ma` l-Irlanda, wahda mir-Renju Unit flimkien mal-Kanada u wahda mill-Germanja.