Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra u jgħid jekk is-servizz tal-ECG, fl-Isptar Ġenerali ta' Għawdex, issa se jibda jingħata sas-2.00pm biss kuljum? Jekk fl-affermattiv jista' jgħid x'kienu r-raġunijiet li wasslu biex ikun hemm dan it-tnaqqis? X'arranġamenti se jkun hemm biex min ikollu bżonn dan is-servizz wara is-2.00pm ikun jista' jingħatalu f'waqtu ?
Response (FARRUGIA, GODFREY)
Ninsab infurmat li s-servizz tal-ECG, fl-Isptar Ġenerali ta' Għawdex, qiegħed jingħata sas-2.00 pm. Ir-raġuni ta’ dan hi li ma hemmx biżżejjed ECG technicians biex ikopru iżjed mis-2:00pm.
L-arranġamenti biex min jkollu bżonn dan is-servizz wara is-2.00pm ikun jista' jingħatalu f'waqtu, ser jibqgħu kif kienu f’dawn l-aħħar snin, billi l-
ECG
jieħdu it-tabib li ikun hemm fid-Dipartiment tal-Emerġenza. Meta ntalbu aktar
ECG
technicians
mit-tmexxija tal-isptar, l-isptar ġie nfurmat li anki Malta hemm nuqqas ta’ dawn it-
technicians
u allura għalissa ma jistgħux jiġu trasferiti.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hawn smoking cessation clinics fil-gżejjer Maltin? Jista’ jgħid jekk din l-għajnuna tiġix offruta lin-nisa tqal? Kemm-il mara tqila attendiet dawn il-kliniċi minn kemm ilhom jeżistu? Jista’ jgħid jekk hemmx ippjanati kampanji edukattivi kontra t-tipjip għan-nisa tqal li jpejpu?
Response (FARRUGIA, GODFREY)
Ninsab infurmat li d-Direttorat għall-Promozzjoni tas-Saħħa u Prevenzzjoni tal-Mard fi ħdan is-Sovintrendenza tas-Saħħa Pubblika, jagħmel diversi kampanji edukattivi kontra it-tipjip, fosthom f’numru ta’ lokalitajiet u klassijiet għall-dawk il-persuni li jixtiequ jieqfu jpejpu. Il-klassijiet ta’ kontra titjieb isiru fiċ-ċentri tas-saħħa, li huma bla ħlas.
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella li turi kemm saru klassijiet din is-sena, u li qed issiru bħal isssa.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm tobba u infermiera jaħdmu mal-iSchool Medical Services? Hemm xi ħsieb li kull skola jkollha infermiera? Jista’ jgħid jekk jeżistux protocols ta' kif jiġu trattati ċertu kundizzjonijiet mediċi f’każ ta' bżonn bħal mhuma l-ażma, l-epilessija, head injury, eċċ?
Response (FARRUGIA, GODFREY)
Ninsab infurmat li bħalissa hemm erba` tobba u disa` nfermiera jaħdmu mal-iSchool Health Service. Ix-xogħol li jagħmlu dawn il-professjonisti fl-iskejjel jikkonsisti primarjament f’eżamijiet kliniċi biex jiġu identifikati problemi ta’ saħħa jew ta’ żvilupp fiżiku u mentali, li tinkludi l-problema tal-ħxuna. Dawn l-eżamijiet isiru f’etajiet speċifiċi jiġifieri: qabel ma t-tfal jidħlu fil-Kindergarten, fl-ewwel sena tal-iskola, fit-tielet sena u fis-sitt sena. Fis-Sekondarja isiru eżamijiet kliniċi biex tiġi identifikata l-iskoljożi fid-dahar qabel ma jkun hemm konsegwenzi tagħha.
Fis-sena ta’ skola li jmiss ser tibda tingħata it-tilqima
booster
kontra
d-difterite
, tetnu u poljo lil tfal fil-
Form
4
. It-tobba u l-infermiera tal-i
School Health Service
jaraw madwar ħamsa u għoxrin elf tifel u tifla kull sena.
L-iSchool Health Service joffri servizz ta’ prevenzjoni u kura ta’ saħħa primarja. Il-mod ta’ kif jiġu trattati kundizzjonijiet mediċi akuti ġewwa l-iskola jew jekk hemmx il-ħsieb li kull skola jkollha infermiera, jaqgħu taħt ir-risponsabbilta tad-Diviżjoni tal-Edukazzjoni.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm pazjenti bħalissa li qed jistennew trapjant ta' organu? Jista’ jagħti din l-informazzjoni rigward għal liema organi hemm stennija u kemm hemm pazjenti jistennew kull organu? Hemm xi informazzjoni relatata mad-donazzjoni tal-organi li turi kemm idum jistenna pazjent?
Response (FARRUGIA, GODFREY)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Jista' l-Ministru jgħid kemm saru testijiet tad-demm fl-Isptar Mater Dei matul is-sena li għaddiet u fl-ewwel tmien xhur ta’ din is-sena, u jagħti d-dettalji test b’test u xahar b’xahar?
Response (FARRUGIA, GODFREY)
Qed inpoġġi fuq il- mejda tal-kamra tabella li turi t-testijiet li ġew proċessati matul is-sena 2012 u fl-ewwel ħames (5) xhur ta’ din is-sena fl-Isptar Mater Dei. L-informazzjoni ta’Ġunju, Lulju u Awwissu għada qed tiġi miġbura.
Jista' l-Ministru jgħid kemm saru testijiet tad-demm f’kull ċentru tas-Saħħa matul is-sena li għaddiet u fl-ewwel tmien xhur ta’ din is-sena, u jagħti d-dettalji test b’test u xahar b’xahar?
Response (FARRUGIA, GODFREY)
Nirreferi l-Onorevoli Membru għat-tabelli annessi. Ma tinżammx statistika ta’ x’tipi ta’ testijiet ittieħdu separatament ħlief dawk ta’ L-INR.
Wieħed għandu jkun informat li kull numru li jidher fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra,‘Testijiet ta’ Demm oħra’, jindika n-numru ta’ persuni li tteħdielhom id-demm li fil-maġġoranza jkun ittieħdilhom aktar minn
test
wieħed.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm nies jistennew għal CT-Scan, MRI jew testijiet simili, kategorija b`kategorija, u meta hu l-aktar appuntament fil-bogħod?
Response (FARRUGIA, GODFREY)
Ninsab infurmat li t-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tindika n-numru ta’ persuni li qegħdin fuq lista ta’stennija għall-MRI, CT Scan, u PET Scan. It-tabella tindika wkoll iż-żmien ta’ stennija għal dawn it-testijiet rispettivi.
Public Private Partnerships ma’ sptarijiet privati mwaqqfa
Question
Jista’ l-Ministru jgħid għaliex waqqaf il-public private partnerships mal-isptarijiet privati fl-interventi tal-kataretti u tal-artroskopija? Jista’ jgħid kemm saru interventi f’kull sptar privat matul il-perijodu li fih kienu qed jingħataw dawn is-servizzi u kemm swew?
Response (FARRUGIA, GODFREY)
Ninsab infurmat li l-kuntratt mal-isptarijiet privati għall-interventi tal-artroskopija ma ġiex imwaqqaf imma skada l-kuntratt wara li l-perjodu tat-terminu wasal fit-tmien tiegħu, waqt li l-kuntratt għall-kataretti ukoll ma ġiex imwaqqaf, imma wara li ġie maħdum in-numru stipulat fil-kuntratt ta’ nterventi, dan ġie meqjuż bħalha magħluq.
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 377 u jinforma f'liema stadju wasal il-proċess għall-bini taċ-ċentru reġjonali ġdid tal-kura primarja f'Raħal Ġdid?
Response (FARRUGIA, GODFREY)
Ninsab infurmat li l-proġett taċ-Ċentru Reġjonali tas-Saħħa ta’ Raħal Ġdid huwa wieħed mill-proġetti ta’ priorita’ f’dak li jirrigwardja l-iżvilupp ta’ ċentri reġjonali.
Infurmat ukoll li qed isir ix-xogħol kollu neċessarju biex jinkisbu fondi mill-Unjoni Ewropea għal dan il-proġett.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 376 u jinforma f'liema stadju wasal il-proċess għall-bini taċ-ċentru reġjonali ġdid tal-kura primarja f'San Ġiljan?
Response (FARRUGIA, GODFREY)
Ninsab infurmat li l-proġett taċ-Ċentru Reġjonali tas-Saħħa ta’ San Ġiljan huwa wkoll wieħed mill-proġetti ta’ priorita’ f’dak li jirrigwardja l-iżvilupp ta’ ċentri reġjonali.
Infurmat ukoll li qed isir ix-xogħol kollu neċessarju biex jinkisbu fondi mill-Unjoni Ewropea għal dan il-proġett.
Jista’ l-Ministru jgħid mill-10 ta’ Marzu 2013 sal-lum, xahar b’xahar, kemm ġew organizzati PR u media events mill-ufficju tieghu? Kemm kienet l-ispiża ta’ kull attività u kemm kienet in-nefqa totali ta’ dawn l-attivitajiet? Min kienu l-kuntratturi li ħadmu fuq dawn l-attivitajiet u jekk dawn intgħażlux wara sejħa pubblika?
Response (FARRUGIA, GODFREY)
Ninforma lill-Onorevoli Membru li t-tweġiba għal din il-mistoqsija għadha qed tinġabar u tingħata f’xi seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk kienx hemm tibdil fis-sistema ta' kif jingħataw l-appuntamenti fl-orthopedic outpatients, u fiex jikkonsisti dan it-tibdil?
Response (FARRUGIA, GODFREY)
Ninsab infurmat li s-sistema ta’ kif jingħataw l-appuntamenti fl- orthopaedic outpatients baqgħet kif kienet għalkemm qed tiġi annalizata s-sistema biex nistħarġu l-aħjar mod kif se issir ammelorjament. L-unika tibdil li kien hemm kien jikkonċerna l-format tat-Ticket of Referral.
Jista’ l-ministru jgħid jekk id-Dipartiment tas-Saħħa jikkunsidrax għoti ta’ vouchers għall-ikel gluten free minflok li l-ikel jitqassam mid-dipartiment direttament?
Response (FARRUGIA, GODFREY)
Ninsab infurmat li l-Gvern ser jesplora l-possibiltà li tiġi ntrodotta skema permezz ta’ ‘Vouchers’ għall-prodotti mhux mediċinali. Ġie ffurmat grupp ta’ ħidma sabiex jipprovdi l-isfond neċessarju nkluż l-amministrazzjoni meħtieġa sabiex tiġi mplimentata din l-iskema aktar ‘il quddiem.
Bħalissa qed issir reviżjoni tal-
policy
tal-ikel mingħajr gluten pprovdut mill-gvern għall-marda ta’
Coeliac
skont l-Att tas-Sigurtà Soċjali Kap 318 Att 23.
Jista’ l-ministru jgħid x'inhu l-ikel gluten free li qiegħed jitqassam bħalissa u jelenka wkoll dak li huwa out-of-stock?
Response (FARRUGIA, GODFREY)
Ninsab infurmat li l-ikel gluten free disponibbli fuq il-Formularju tal-Gvern huwa:
· Ħobż
· Crackerbread
· Gallettini bil-fibra
· Gallettini plain
· Gallettini b’togħmiet differenti
· Dqiq
· Għaġin
· Baking powder
Infurmat ukoll li mill-lista li semmejt, Gallettini b’togħmiet differenti huma
out of stock
u kif ukoll tip wieħed mill-għagin li huwa il-
Penne.
Id-Dipartiment qiegħed jagħmel li jista biex iwassal l-
istock
fl-iqsar żmien possibli.
Jista’ l-Ministru jgħid x’inhi r-raġuni li Letrozole tablets li huwa trattament għall-kanċer, jinsab out-of-stock peress li l-pazjenti qegħdin jingħataw pilloli għal ġimgħatejn minflok għal xahar?
Response (FARRUGIA, GODFREY)
Ninsab infurmat li bħalissa din il-mediċina tinsab in stock, u qed jingħta stock għal xaharejn.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm każijiet ta’ tuberkolożi notifikati kull sena mis-sena 2008 sas-sena 2012? Dawn kienu ċittadini Maltin jew immigranti?
Response (FARRUGIA, GODFREY)
Ninforma lill-Onorevoli Membru li t-tweġiba għal din il-mistoqsija għadha qed tinġabar u tingħata f’xi seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm każijiet ta’ lebbra (leprosy) notifikati kull sena bejn is-snin 2008 u l-2012? Dawn kienu ċittadini Maltin jew immigranti?
Response (FARRUGIA, GODFREY)
Ninforma lill-Onorevoli Membru li t-tweġiba għal din il-mistoqsija għadha qed tinġabar u tingħata f’xi seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm ingħata xogħol ta’ konsulenzi lill-kumpanija li l-isem tagħha qed jintbagħat separatament, mill-1998 sa Marzu 2013, mill-Ministeru tiegħu jew dipartimenti, entitajiet, aġenziji u awtoritajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu? Jista’ jgħid jekk dan ix-xogħol ingħatax b’direct order jew b’tender u kemm kienet l-ispiża f’kull każ u għal liema raġuni ngħata x-xogħol?
Response (FARRUGIA, GODFREY)
Ninsab infurmat li ma ngħatat l-ebda konsulenza mill-kumpanija imsemmija fil-mistoqsija.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk hux se jsir jew jekk hemmx il-ħsieb li jsir tibdil fil-kriterji rigward id-donazzjoni tad-demm? Jista’ jgħid jekk persuni omosseswali maskili humiex se jkunu kkunsidrati biex ikunu donaturi tad-demm?
Response (FARRUGIA, GODFREY)
Ninsab informat li ċerti kriterji jinbidlu regolarment, per eżempju rigward vjaġġar, oħrajn jistgħu eventwalment jinbidlu skond l-iżviluppi fix-xjenza u l-epidemjoloġija.
Infurmat ukoll li s- issa ma hemm l-ebda ħsieb li omosesswali maskili ikunu eliġibbli li jagħtu d-demm. Dan anke skond il-kriterji mfassla u rrakkomandati mill-Kunsill ta’ l-Ewropa rigward l-għoti tad-demm minn ‘
high risk groups’
. Donaturi huma diferiti mill jagħtu d-demm mhux skond l-orjentazzjoni sesswali imma skond prattiċi sesswali ta’ riskju kemm jekk huma omosesswali irġiel jew heterosesswali.