Awtorita' dwar it-trasport — Diretturi u assistenti diretturi
Question
Jista' il-Ministru jpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra l-lista tad-diretturi u l-assistenti diretturi li hemm fl-awtorita' dwar it-trasport, meta bdew l-impjieg tagħhom u f'liema lokalita' joqogħdu?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Lista tad-diretturi u meta bdew l-impjieg:
D.O.E.
L. Zammit - Assistant C.E.O. Roads Nov 2002
M. Sammut Tagliaferro - Licensing & Testing Jan 2004
J. Caruana - Public Transport July 2002
R. West - Corporate Service Oct 2002
A. Testaferrata de Noto - Traffic Management July 2002
Mhux relevanti li jingħataw id-dettalji ta' fejn joqogħdu d-diretturi.
Jista' il-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni għala x-xogħol ta' re-alignment tal-moll ta' Sant'Anġlu ilu wieqaf diversi ġimgħat? Meta hu maħsub li se jitlesta dan ix-xogħol?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Ix-xogħol ta' re-alignment fuq il-moll ta' taħt Sant'Anġlu għadu għaddej. Bħalissa x-xogħol għaddej fuq il-partijiet tal-ġenb u fil-ġimgħat li ġejjin ix-xogħol ipproġettat għandu jikkonċentra fuq il-parti tan-nofs.
Tista' l-Awtorita' dwar it-Trasport tikkunsidra mill-ġdid id-deċiżjoni tagħha li tneħħi r-reserved parking minn quddiem id-djar li għandhom garaxx għax l-ewwelnett hemm każi serji fejn persuni bi bżonnijiet speċjali ma jistgħux jinżlu fil-garaxx biex jirkbu ġol-karozza u ħafna aħjar għalihom li jirkbu bil-karozza tistennihom eżatt quddiem il-bieb fejn illum għandhom ir-reserved parking u t-tieni nett hemm sidien li l-garaxx tagħhom qed jintuża biss minn terzi persuni? japrezza li d-deċiżjoni ta' l-Awtorita' dwar it-trasport qed tikkaġuna tbatija ġdida bla ħtieġa lill-persuni diżabbli u lill-anzjani?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Il-policy li ma jingħatax reserved parking meta l-applikant ikollu garage, parti mir-residenza permanenti tiegħu kienet ġiet stipulata mill-Kummissjoni Nazzjonali Persuni b'Diżabilita' u meta l-bord tar-reserved parking għadda taħt l-awtorita' dwar it-trasport ta' Malta, l-istess awtorita' ma bidlitx din il-policy.
Rigward l-użu tal-garage minn terzi persuni, il-policy tibqa' l-istess jekk it-terzi persuni għandhom ir-residenza permanenti fl-istess indirizz ta' l-applikant.
Jista' il-Ministru jgħid meta se jibda x-xogħol biex jiġi rranġat il-moll fix-Xatt ta' l-Isla? Kemm se jiġi jiswa? Kemm se jdum biex jitlesta?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Ninsab informat illi minħabba n-natura tal-ħsara, il-Marine Section tad-diviżjoni tax-xogħlijiet ġiet mitluba mill-kunsill tagħmel aktar studji dwar x'qed jikkaġuna il-ħsarat biex eventwalment ikunu jistgħu jsiru t-tiswijiet fil-baħar mill-Malta Maritime Authority.
B'riferenza għar-risposta ta' mistoqsija parlamentari 5470, jista' il-Ministru jispjega għala mhux l-orħos offerta rebħet it-tender?
X'inhi r-raġuni għad-differenza bejn it-tendered price u l-value of award li f'xi każi tammonta għall-miljuni ta' liri?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Il-kuntratti li ġew mogħtija biex isir ix-xogħol iffinanzjat mill-ħames protokol Taljan ingħataw wara li l-board appuntat apposta għamel ir-rakomandazzjonijiet tiegħu għal din l-aġġudikazzjoni. Ma nħossx li jkun idonju li d-deliberazzjonijiet ta' dan il-board ikunu ppubblikati.
Fir-rigward tad-differenza ta' bejn il-valur ta' l-offerta u l-valur ta' l-aċċettazzjoni, din qed tirriżulta peress illi l-finanzjament taħt dan il-protokol jillimita n-nefqa fuq dawn il-proġetti għal 30 miljun Euro u għalhekk liema ammont ma jistax jinqabeż.
Jista' il-Ministru jindaga jekk fi Triq Mannarino, f'Birkirkara jistax isir parking temporanju minħabba l-ħwienet fuq in-naħa ta' Singer, għaliex nies li jridu jixtru minn dawn l-inħawi mhux qed isibu fejn jipparkjaw?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
L-iSteering Committee for the Creation of Residents' Parking Schemes nieda terms of reference ġodda għall-implimentazzjoni ta' controlled residents' parking schemes. Dawn intbagħtu lil kull kunsill lokali f'Malta u Għawdex u fid-19 ta' Mejju 2004 se tiġi organizzata laqgħa mill-awtorita' dar it-trasport ta' Malta fejn kull kunsill huwa mistieden sabiex jiġu spjegati u diskussi dawn it-terms of reference.
L-għan ta' dawn it-terms of reference huwa sabiex meta kunsill lokali japplika sabiex fil-lokalita' rispettiva tiegħu issir controlled residents' parking scheme, l-istess kunsill ikun informat rigward l-informazzjoni li għandu jippreżenta lill-kumitat bħala parti mill-applikazzjoni. Din l-informazzjoni hija neċessarja sabiex il-kumitat ikun jista' jevalwa r-rikjesta tal-kunsill u jipproponi skema addattata li tindirizza l-problema tal-parkeġġ fil-lokal.
It-talba mill-kunsill lokali ta' Birkirkara għall-Timed Parking fi Triq Mannarino qed tiġi evalwata.
Jista' il-Ministru jgħid jekk hux veru li Mdina Road, f'Ħaż Żebbuġ fil-parti fejn hemm l-S club 1 ġewwa fejn Cortis hux se tittieħed art fertili tal-bdiewa u raħħala biex titwessa t-triq? Jekk hu minnu jista' jgħid x'kumpens se jiġi offrut lil dawn il-bdiewa u raħħala? Jekk hu l-każ, il-Gvern ħa in konsiderazzjoni fejn se jpoġġu l-bhejjem tagħhom dawk ir-raħħala jekk titwessa' din it-triq?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Ninsab informat illi l-ħtiġijiet għat-titjieb fi Triq Mdina f'Ħaż-Żebbuġ qegħdin jiġu riveduti u għalhekk għalissa ma tistax tingħata l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant.
Jista' il-Ministru jgħid jekk hemmx xi ħsieb li jsiru aktar vened tal-karozzini fil-belt Valletta għaliex m'għandhomx fejn joqogħdu u qed iħarrkuhom?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Jien informat illi qegħdin isiru diskussjonijiet mar-rappreżentanti tas-sidien tal-karozzini rigward xi proposti li saru biex il-vened jiġu rilokati. L-awtorita' dwar it-trasport ta' Malta se jkollha laqgħat dwar dan is-suġġett mal-kunsill lokali tal-Belt sabiex jiġu regolati l-vened meħtieġa fil-Belt Valletta.
Jista' il-Ministru jgħid għaliex ix-xogħol fuq it-traffic lights fit-triq tal-Barrani hekk kif toħroġ miż-Żejtun għadu ma bediex? X'inhu jżomm biex dawn isiru ġaladarba hemm il-permessi meħtieġa aktar u aktar meta kellhom ikunu lesti kważi sentejn ilu? Min se jkun responsabbli f'każ ta' inċident serju tat-traffiku?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jirriferi għat-tweġiba li ngħatat għall-mistoqsija parlamentari 5100.
Jista' il-Ministru jgħid x'wassal il-bord għad-direttorat ta' l-immaniġjar tat-traffiku jirrakkomanda li jitneħħa reserved parking għal persuna b'diżabilita' skond id-dettalji li qed nibgħat separatament?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Ir-raġunijiet li wassal lid-Direttorat għall-Immaniġjar tat-Traffiku li titneħħa r-reserved parking huma:
Ir-reserved parking ma kenitx approvata mill-Bord għar-Reserved Parking.
Skond il-guidelines li fuqhom tinħadem l-applikazzjoni, l-applikant ma ssodisfax ir-rekwiżiti hawn taħt imsemmija biex ikun eliġibbli għar-reserved parking:
L-applikant għandu garage;
Id-diżabilita' ta' l-applikant mhix relatata ma nuqqas ta' mobilita'.
Ministeru għall-Iżvilupp Urban u t-Toroq — Kiri ta' office equipments
Question
Jista' il-Ministru jinformani kemm kienet in-nefqa tal-ministeru u d-dekasteri li jaqgħu taħtu għall-kiri ta' photocopiers u other office equipmentsmatul l-ewwel erbgħa xhur tas-sena? Kemm kienet iċ-ċifra in kwestjoni għall-perjodu tas-sena 2003?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ma kien hemm l-ebda nefqa għall-kiri ta' photocopiers u other office equipment mill-ministeru matul l-ewwel erba' xhur tas-sena 2003 u tas-sena 2004.
Informat ukoll li l-Awtorita' dwar it-Trasport nefqet Lm602 għall-kiri ta' photocopiers matul l-ewwel erba' xhur tas-sena 2004, filwaqt li ma kien hemm l-ebda nefqa fl-istess perjodu fis-sena 2003.
Ministeru għall-Iżvilupp Urban u t-Toroq — Ħaddiema ġodda
Question
Jista' il-Ministru jgħid kemm ġew ingaġġati impjegati ġodda ma' korporazzjonijiet, aġenziji u kumpaniji pubbliċi li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu fil-perjodu Jannar / April 2003?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
In-numru ta' impjegati li ġew ingaġġati ma' l-Awtorita' dwar it-Trasport bejn Jannar u April 2003 huwa ħamsa.
Jista' il-Ministru jikkonferma li l-uffiċjali ta' l-awtorita' dwar it-trasport fil-futur jistgħux iwaqqfu karozzi għall-għarrieda? Min se jkunu dawn l-uffiċjali? Kemm se jkun hemm uffiċjali nvoluti? X'poter se jkollhom? X'tip ta' apparat se jużaw dawn l-uffiċjali? Xi jkun jikkonsisti t-test fuq il-karozza? Kemm tkun tiswa l-multa?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Jien informat li uffiċjali ta' l-awtorita' dwar it-trasport ta' Malta se jingħataw is-setgħa li jwaqqfu vetturi fit-triq biex ikunu jistgħu jsirulhom spezzjonijiet skond ir-Regolamenti ta' l-2003 dwar Piżijiet, Dimensjonijiet u Tagħmir tal-Vetturi bil-Mutur. L-uffiċjali se jkunu l-Enforcement Officers ta' l-awtorita'. In-numru se jkun skond l-esiġenzi ta' l-operat. Dawn se jkollhom poteri ta' infurzar tar-regolamenti dwar it-traffiku u t-trasport.
L-ispezzjonijiet isiru biex ikun assigurat li l-vetturi huma konformi mad-dispożizzjonijiet tal-liġi.
Fir-regolamenti li bdew iseħħu fit-30 ta' April hemm stabbilit li l-ogħla ammenda tista' tkun ta' Lm50.
B'riferenza għall-iffinanzjar tax-xogħlijiet tat-toroq mill-protokol Taljan, x'inhu l-persentaġġ ta' ħlas li se jsir mit-Taljani?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Ninsab informat illi l-ammont disponibbli għall-iffinanzjar ta' xogħlijiet fit-toroq mill-protokol Taljan hwua ta' 30 miljun Euro (30,000,000), u ma dawn mhux maħsub li se jiżdiedu fondi oħra għal xogħlijiet li se jitwettqu taħt dan il-programm.
Jista' il-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 1814 mibgħuta bil-miktub fl-1 ta' Ottubru, 2003 u cioe' kemm sar tarmac f' Ħal-Qormi minn Mejju 1994 sal-lum, minn xi awtorita’ jew dipartiment tal-Gvern Ċentrali? Jista’ ir-rendikont jinqasam sena b'sena u triq bi triq minbarra il-kilometraġġ?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra lista tat-toroq li ġew asfaltati f'Ħal Qormi fi żmienijiet imsemmija.
Barra minn hekk, bħalissa għaddej xogħol fi Triq Mario Pace u Triq Pawlu Farrugia filwaqt illi ħarġu sejħiet għall-asfaltar ta' toroq: l-Industrija, in-Nassab u Montebello.
Għaddejjin ukoll diskussjonijiet biex isiru toroq Santa Katerina, il-Kaċċatur, Sqaq Zenqa, Bertu Hyzler, ir-Ragħaj u Armal mill-kunsill lokali taħt l-iskema li biha l-awtorita' dwar it-trasport tirrifondi l-ispejjeż lill-kunsill lokali fi żmien tlett snin.
Din il-lista ma tinkludix toroq li saru mill-kunsill lokali f'dan il-perjodu.
Jista' il-Ministru jara li x-xogħlijiet tat-tarmak li saru n-naħa t'isfel ta' Triq il-Qattus, f'Birkirkara jitkomplew wara li għaddew xi pajpijiet?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Ninsab informat illi x-xogħlijiet ta' servizzi minn naħa ta' Vodafone Ltd. tlestew. Il-wiċċ tat-triq se jingħata kollu mill-ġdid sa nofs il-ġimgħa d-dieħla, skond il-kondizzjonijiet maħruġa mill-awtorita' dwar it-trasport, biex ix-xogħol ikun konformi ma' l-istandards il-ġodda maħruġa mill-ADT.
B'riferenza għax-xogħlijiet ta' toroq li se jiġu ffinanzjati mill-protokoll ma' l-Italja, jista' il-Ministru jgħid: i) min huma l-kuntratturi li tefgħu l-offerti u kemm kienet l-offerta għal kull tender? ii) Min huma s-subcontractors u l-periti Maltin li ġew nominati mill-kuntratturi Taljani? iii) Meta hu previst li se jinbeda x-xogħol fuq kull kuntratt? iv) Liema kuntratturi ġew awarded ix-xogħlijiet?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra tabella li tagħti l-informazzjoni m itluba.
Il-kuntratturi diġa' ingħataw l-ordni biex jibdew ix-xogħlijiet u dawn qegħdin jagħmlu l-preparamenti neċessarji biex jissottomettu pjanti għat-traffic management, u xogħlijiet, il-programm tax-xogħlijiet u l-istrutturi maniġerjali li se jkollhom fuq is-sit tax-xogħol biex ix-xogħlijiet ikunu implimentati sew.
Minħabba l-istat li tinsab fih Triq Dun Frans Camilleri, f'Sta. Venera, jista' il-Ministru jindaga għaliex għadha ma ngħatatx it-tarmac?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Ninsab informat illi Triq Dun Frans Camilleri qegħda nkuluża mal-lista ta' toroq li jridu jiġu asfaltati u x-xogħlijiet isiru aktar 'il quddiem skond il-prioritajiet tax-xogħol li għandha quddiemha l-awtorita' dwar it-trasport.