Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 12 PQ #28039 Sitting 430 2016-10-24 Oral · Final From: FREDERICK AZZOPARDI To: Ministeru għal Għawdex

Funding of Non Government Organisations – Vote 16 – Recurrent Line item 5274

Question

B'referenza għall-Estimi Finanzjarji għas-sena 2017, eżattament Vote 16 Recurrent - line item 5274 - Funding of Non Government Organisations - fejn l-istima ta' dan il-vot tammonta għal €220.000, jista' l-Ministru jgħid fejn hu ppjanat li jintefqu dawn il-flus?

Response (REFALO, ANTON)

Ngħarraf lil Onorevoli Interpellant li fil-mument opportun u meta jasal il-waqt nagħtu id-dettalji neċessarji.
Leg 12 PQ #28040 Sitting 430 2016-10-24 Oral · Final From: FREDERICK AZZOPARDI To: Ministeru għal Għawdex

Business Promotion and Incentive Framework — Vote 16 - Recurrent line item 5723

Question

B'referenza għall-Estimi Finanzjarji għas-sena 2016, speċifikament għall-Vote 16 Recurrent - line item 5723 - Business Promotion and Incentive Framework , jista' l-Ministru jgħid fejn intefqu il-€100,000 li hemm indikati f'dawn il-vot?

Response (REFALO, ANTON)

Ninforma lil Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba, li tirrifletti n-nefqa sa l-aħħar ta’ Settembru 2016, qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 12 PQ #28041 Sitting 430 2016-10-24 Oral · Final From: FREDERICK AZZOPARDI To: Ministeru għal Għawdex

Acquisition of Works of Art for the Gozo Museum — Vote 16 - Recurrent line item 5824

Question

B'referenza għall-Estimi Finanzjarji għas-sena 2016, speċifikament għal Vote 16 Recurrent - line item 5824 - Acquisition of Works of Art for the Gozo Museum, jista’ l-Ministru jgħid liema xogħol ta' arti nxtara bl-ammont ta' €25,000 li kienu approvati?

Response (REFALO, ANTON)

Nirreferi lil Onorevoli Interpellant biex jirreferi għar-risposta li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari numru 27862.
Leg 12 PQ #28042 Sitting 430 2016-10-24 Oral · Final From: FREDERICK AZZOPARDI To: Ministeru għal Għawdex

Tourism Promotion and Product Development – Vote 16 – Recurrent Line Item 5585

Question

B'referenza għall-Estimi Finanzjarji għas-sena 2017, eżattament Vote 16 Recurrent - line item 5585 - Tourism Promotion and Product Development, jista' l-Ministru jgħid f’liema promozzjoni turistika ntefqu s-€700,000 li kienu ġew approvati taħt dan il-vot?

Response (REFALO, ANTON)

Ngħarraf lil Onor. Interpellant li is-sena finanzjarja 2017 għadha ma bdietx u għalhekk xejn għadu ma ntefaq.
Leg 12 PQ #27784 Sitting 429 2016-10-19 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Ix-Xlendi – Baga akbar għall-cruise liners

Question

Jista' l-Ministru jgħid fiex wasal il-proċess biex issir baga akbar li magħha jkunu jistgħu jorbtu l-cruise liners fix-Xlendi? Meta hu maħsub li din il-baga tkun lesta u meta hu ppjanat li jorbtu magħha l-ewwel cruise liners? Kemm hi l-ispiża totali maħsuba għal dan il-proġett?

Response (REFALO, ANTON)

Ninforma lill Onor. Interpellant li qed jiġi abbozzat it-tender relattiv.
Leg 12 PQ #27788 Sitting 429 2016-10-19 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Nadur- Triq Għajn Qasab

Question

Jista' l-Ministru jgħid, in vista tar-risposta tiegħu għall-mistoqsija parlamentari 26096, liema xogħol sar fuq Triq Għajn Qasab fin-Nadur (it-triq li twassal għal-Bajja tar-Ramla) matul is-Sajf 2016?

Response (REFALO, ANTON)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għar-risposta li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari 27452.
Leg 12 PQ #27789 Sitting 429 2016-10-19 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex – Ċittadella – Interpretation Centre

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm persuni li jaħdmu fl-Interpretation Centre taċ-Ċittadella f' Għawdex? F’liema gradi huma impjegati dawn il-persuni? Kif ġew magħżula dawn il-persuni li qed jaħdmu fl-Interpretation Centre u xi kwalifiki għandha kull persuna li ġiet ingaġġata f'dan iċ-Ċentru biex tagħmel dan ix-xogħol?

Response (REFALO, ANTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li iċ-Ċentru tal-viżitaturi taċ-Ċittadella hemm jaħdmu seba’ gwidi/attendants li ġew ingaġġjati mill-Għaqda Wirt Għawdex wara li ħarġet sejħa pubblika mill-istess Għaqda, peress li din iffirmat management agreement mal-Ministeru għal Għawdex. Hemm tliet cleaners li huma impjegati tal-kuntrattur li intgħażel wara sejħa pubblika. U hemm ukoll impjegat tal-kumpanija Sarner tal-Ingilterra, li kienet responsabbli mill-apparat awdjo –viżiv, li huwa responsabbli għall-manutenzjoni tal-apparat.
Leg 12 PQ #27852 Sitting 429 2016-10-19 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Passiġġieri li qasmu bejn Għawdex u Malta

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm qasmu passiġġieri bejn Għawdex u Malta fis-sena 2015 permezz tal-Gozo Channel? Kemm minn dawn il-passiġġieri qasmu bil-fare ta' Għawdxin? Kemm minnhom qasmu bil-fare ta' Maltin/turisti? Fl-istess sena 2015 kemm qasmu karozzi bejn Għawdex u Malta u Għawdex u kemm minn dawn kienu ta' Għawdxin u kemm ta' Maltin/turisti?

Response (REFALO, ANTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li matul is-sena 2015, li l-biljetti li nbiegħu mill-Gozo Channel Company Ltd lill-passiġġieri u karozzi li qasmu bejn Għawdex u Malta kienu kif ġej: Total ta' biljetti mibjugħa lil Passiġġieri Numru ta' Passiġġieri 2015 Numru ta' Passiġġieri 2014 ¯ ieda ta' Passiġġieri fuq 2014 Passiġġieri Maltin/barranin 1,044,404 1,018,062 Anzjani Maltin 192,407 195,965 Passiġġieri Għawdxin 482,163 484,951 Anzjani Għawdxin 17,058 14,559 1,736,032 1,713,537 22,495 Total Vetturi bix-xufier Total ta' Vetturi bix-xufier 2015 Total ta' Vetturi bix-xufier 2014 Ż ieda ta' Vetturi fuq 2014 Vetturi bix-xufier Maltin/barranin 235,411 224,663 Vetturi bix-xufier Anzjani Maltin 38,380 36,003 Vetturi bix-xufier Għawdxin 258,001 245,267 Vetturi bix-xufier Anzjani Għawdxin 46,522 44,355 578,314 550,288 28,026
Leg 12 PQ #27854 Sitting 429 2016-10-19 Oral · Final From: ĊENSU GALEA To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex – airstrip — rapport

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar fiex waslu l-preparazzjonijiet tar-rapport dwar l-airstrip f'Għawdex? Min qed iwettaq dan l-istudju? Meta ser jiġi ppubblikat?

Response (REFALO, ANTON)

Ninforma lil Onor. Interpellant sabiex jirreferi għat tweġiba li tajt għal-Mistoqsija Parlamentari 27722.
Leg 12 PQ #27715 Sitting 428 2016-10-18 Oral · Final From: ĊENSU GALEA To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex – Yacht Marina — xogħlijiet

Question

Jista’ l-Ministru jagħti tagħrif dwar meta hu mistenni li jinbeda x-xogħol fuq yacht marina f'Għawdex? Fejn se tkun, u kemm se jkun hemm spazji għall-yachts?

Response (REFALO, ANTON)

Nassumi li l-Onor. Interpellant hu konxju tal-fatt li ħarġet EOI li bħalissa qed tiġi evalwata mill-PU.
Leg 12 PQ #27716 Sitting 428 2016-10-18 Oral · Final From: ĊENSU GALEA To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex – Cruiser Liner Terminal — proġett

Question

Jista’ l-Ministru jagħti tagħrif dwar meta hu mistenni li jiġi inawgurat il-proġetti tal-Cruise Liner Terminal f'Għawdex? Min se jkun qed jopera dan l-istess proġett?

Response (REFALO, ANTON)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 27715.
Leg 12 PQ #27717 Sitting 428 2016-10-18 Oral · Final From: ĊENSU GALEA To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex – landing ta’ fixed wing planes

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar fiex waslu l-preparazzjonijiet marbutin ma' faċilità għal landing ta’ fixed wing planes f'Għawdex? Meta hu mistenni li jibda x xogħol fuq is-sit?

Response (REFALO, ANTON)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 27722.
Leg 12 PQ #27718 Sitting 428 2016-10-18 Oral · Final From: ĊENSU GALEA To: Ministeru għal Għawdex

Marsalforn – bini ta’ breakwater

Question

Jista’ l-Ministru jagħti tagħrif dwar fiex waslu l-preparamenti għall-bini ta’ breakwater f’Marsalforn?

Response (REFALO, ANTON)

Ninforma lil Onor. Interpellant illi qed nevalwaw il-possibilitajiet kollha biex dan il-breakwater jerġa' jiġi mibni. Nixtieq infakkar lil Onor. Interpellant illi riċentament, bil-Fondi tal-EU, sar konsolidament u tiswija tal-Menqa f’Marsalforn ukoll u li l-livell tal-breakwater u l-ħsara estensiva fil-breakwater tal-Menqa kienu kaġun ta’ nuqqas ta’ manutenzjoni għal diversi snin minn amministrazzjoni preċedenti.
Leg 12 PQ #27733 Sitting 428 2016-10-18 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Servizz ta’ ġarr tal-cargo minn Għawdex għall-Port il-Kbir jew Port ta’ Marsamxett

Question

Jista' l-Ministru jagħti data meta se jerġa’ jibda s-servizz tal-ġarr tal-cargo minn Għawdex għall-Port il-Kbir jew għall-Port ta' Marsamxett wara li dan is-servizz twaqqaf kważi għaxar xhur? X’inhu jagħmel il-Ministeru tiegħu sabiex servizz tant essenzjali u li jnaqqas it-traffiku ta' vetturi kbar mgħobbija mit-toroq u minflok jinġarru bil-baħar jerġa' jibda jsir mill-kumpanija Gozo Channel? Jikkonferma li dan is-servizz huwa nkluż fil-kuntratt tal-Public Service Obligation li rebħet il-Gozo Channel, u meta mhux qed jingħata dan is-servizz, l-istess kumpanija tkun qed tikser dan il-kuntratt?

Response (REFALO, ANTON)

Nassigura lil Onor. Interpellant illi dan il-Gvern qed jieħu inkonsiderazzjoni l-interessi ta’ l-istakeholders kollha.
Leg 12 PQ #27734 Sitting 428 2016-10-18 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex – fondi Ewropej

Question

Jista' l-Ministru jikkonferma li 10% tal-Fondi Ewropej għall-perjodu ta' finanzjament 2014-2020 se jintefqu fuq proġetti u inizjattivi f' Għawdex? Jista' jgħid issa li għaddew kważi tliet snin minn dan il-perjodu ta’ finanzjament (2014-2020) kemm intefqu minn dawn il-fondi f'Għawdex u fuq liema proġetti jew inizjattivi intefqu? Jista' jgħid kemm intefqu fuq kull proġett jew inizjattiva u l-ammont li kien ġej minn fondi tal-Unjoni Ewropea u l-ammont li kien ġej minn fondi nazzjonali? Jista' jgħid liema proġetti jew inizjattivi hemm approvati u dawk li għadhom għaddejjin jew għad iridu jibdew? F'kull każ, jista' jgħid kemm hu maħsub li jkun l-ko finanzjament minn fondi tal-Unjoni Ewropea?

Response (REFALO, ANTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-Gvern huwa kommess illi l-10% tal-fondi Ewropej għall-perjodu ta’ finanzjament 2014-2020 jintefqu fuq proġetti u inizjattivi f’Għawdex. Fil-fatt wieħed mill-proġetti li huwa tal-Mużew Reġjonali għal Għawdex ġie approvat riċentament u huwa maħsub illi l-ko-finanzjament għal dan il-proġett ser ikun ta’ 80% minn fondi tal-Unjoni Ewropea u 20% minn fondi nazzjonali.
Leg 12 PQ #27736 Sitting 428 2016-10-18 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex – Vot ta’ Marketing

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 26243 u jgħid il-vot tal-marketing ta' Għawdex bħala destinazzjoni turistika distinta li kellu fil-Ministeru tiegħu kif ġie minfuq għas-sena 2014 u għas-sena 2015? Għal kull każ jista' jgħid kemm kienet in-nefqa fuq kull inizjattiva u kemm kien għad fadal minn dan il-vot li ma ntużax sal-aħħar tas-sena? Jista' l-Ministru jgħid għal kull każ ta' kull inizjattiva li ttieħed b' dan il-vot, ix-xogħol jew is-servizzi sar wara sejħa għall-offerti, talba għal kwotazzjonijiet jew b' direct order?

Response (REFALO, ANTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni għadha qed tinġabar u tingħata f’xi f’seduta oħra.
Leg 12 PQ #27781 Sitting 428 2016-10-18 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Pitkalija t’Għawdex — rikolazzjoni

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk in vista ta' dak propost fil-partial review to the Gozo and Comino Local Plan (2006) Xewkija Enterprise Hub hemmx il-ħsieb li l-Pitkalija ta' Għawdex u faċilitajiet oħra marbuta mal-agrikultura li hemm f'dan is-sit, jitmexxew għal post ieħor? Jekk iva, x’inhuma l-pjanijiet u fejn hu maħsub li jsiru?

Response (REFALO, ANTON)

Ninforma lill-Oner. Interpellant li ma hemm l-ebda ħsieb li l-Pitkalija ta' Għawdex titmexxa għal post ieħor. Dwar faċilitajiet oħra marbuta mal-agrikultura nitlob lill-Onor. Interpellant jippreċiza għal liema facilitajiet qiegħed jirreferri.
Leg 12 PQ #27783 Sitting 428 2016-10-18 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex– Triq Vajringa Ir-Rabat – xogħlijiet fuq wiċċ

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm sewa x-xogħol li sar fuq il-wiċċ ta' Triq Vajringa fir-Rabat, Għawdex? Kemm sewa dan ix-xogħol? Jista' jikkonferma li qabel sar il-wiċċ tat-tarmak inbidlu s-servizzi li kien hemm bżonn jinbidlu?

Response (REFALO, ANTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li għalkemm din it-triq taqa’ taħt id-dekasteru tal-Kunsill Lokali tar-Rabat, peress li tali Kunsill qatt ma ħa azzjoni dwar din it-triq, il-Ministeru għall-Għawdex ħa deċiżżjoni biex isir xogħol ta’ major patching. Hu maħsub li fil-futur issir rikostruzzjoni mill-ġdid tat-triq. Ix-xogħol kien stmat li jiswa madwar €25,000, il-kont finali għandu ma nħarigx .
Leg 12 PQ #27720 Sitting 427 2016-10-17 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Pjazza tax-Xagħra – tarmak aħmar

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm nefaq il-Ministeru tiegħu fuq il-Pjazza tax-Xagħra biex din saret bit-tarmak aħmar? Jista' jgħid kemm sewa' ż-żrar speċjali li ntuża għal dan il-għan? Kemm kienet l-istima oriġinali biex isir dan ix-xogħol u kemm fil-fatt sewa b'kollox ix-xogħol li sar fuq il-Pjazza tax-Xagħra? Jista' jgħid x'se jsir biex jiġi assigurat li l-wiċċ tal-pjazza ma jiswiedx u għaldaqstant ma jkunux intefqu l-flus fix-xejn biex il-wiċċ ikun aħmar?

Response (REFALO, ANTON)

Nixtieq ninforma lil Onor. Interpellant illi x-xogħol inkwistjoni kien stmat €118,761.70 eskluż il-VAT. Ix-xogħol ġie jiswa €122,801 eskluż il-VAT. Qed isir ħasil tal-pjazza fuq bażi regolari.
Leg 12 PQ #27722 Sitting 427 2016-10-17 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex – proġett

Question

Jista' l-Ministru jagħti r-raġunijiet għaliex il-proġett imwiegħed dak ta' konnessjoni bl-ajru bejn Malta u Għawdex, mhux se jsir? Jista' jgħid minn kienu l-konsulenti kollha kemm mill-Ministeru tiegħu kif ukoll minn xi entità oħra governattiva,li ħadmu fuq l-istudji li saru fuq dan il-proġett? Jista' jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta' dawn l-istudji u l-konklużjonijiet tagħhom fejn juru li din il-konnessjoni bl-ajru bejn Għawdex u Malta m’għandhiex issir?

Response (REFALO, ANTON)

Ninforma lil Onor. Interpellant sabiex jirreferi għat-twegibiet li tajt għal Mistoqsijiet Parlamentari numri 11887, 25532 u W504.