Jista' il-Prim Ministru jgħid kemm tkeċċew impjegati taċ-ċivil f'dawn l-aħħar ħames snin u għaliex? Minn liema dipartimenti kienu?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninsab infurmat li f’dawn l-aħħar ħames snin kien hemm sebgħa u erbgħin uffiċjal pubbliku li tkeċċew mis-Servizz Pubbliku.
It-tagħrif l-ieħor mitlub mill-Onorevoli Interpellant jinsab fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
(Tweġiba mogħtija: 30/06/2004PM)
(Seduta Numru: 145)
Jista' il-Prim Ministru jgħid kemm hemm patrol boats li huma serviceable illum? Kemm ilhom ma jintużaw il-kondors u x'beħsiebu jagħmel bihom?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Jien infurmat li fil-preżent hemm ħames Patrol Boats li huma serviceable. Barra minn hekk l-Armata għandha wkoll żewġ laneċ ta’ tfittxija u salvataġġ (SAR launches) li huma wkoll serviceable.
Żewġ Kondors m’għadhomx
serviceable
; waħda minnhom qed tistenna biex tiġi mibjugħa filwaqt li l-oħra beda l-proċess biex eventwalment tiġi mibjugħa wkoll. It-tielet waħda titħaddem b’ċerta restrizzjoni. Tajjeb li wieħed isemmi li
patrol boat
ġdida ser tasal Malta fi żmien qrib, filwaqt li
patrol boat
oħra ta’ daqs akbar mistennija li tasal Malta fl-2005.
(Tweġiba mogħtija: 30/06/2004PM)
(Seduta Numru: 145)
Jista' il-Prim Ministru jgħid jekk fl-armata tnedietx inkjesta dwar dak li ġara dan l-aħħar meta l-armata waqfet it-tfittxija għal 100 klandestin mitlufa fuq il-baħar għax qalet li huma mejta meta fil-fatt instabu sitt sigħat wara mill-armata Taljana?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Jien infurmat li l-Forzi Armati nvestigaw dak li ġara waqt it-tfittxija għal dgħajsa b’madwar 100 immigrant li eventwalment instabet fil-punent tal-gżira Taljana ta’ Lampedusa fis-16 ta’ April 2004.
Mhux korrett li jingħad illi l-Forzi Armati qalu li l-klandestini “huma mejta” kif qed jallega l-Onorevoli Interpellant.
Nikkonferma però li l-Forzi Armati kienu esprimew dubju serju dwar il-ħajja ta’ l-immigranti li sa dak il-ħin kienu għadhom mitlufa. Il-Forzi Armati bbażaw id-dubji tagħhom fuq l-informazzjoni li kienet daħlitilhom sa dak il-ħin u li kienu flew bir-reqqa qabel ma ddeċidew f’liema roqgħa baħar kellhom ifittxu għall-immigranti, u wara li kienu aċċertaw ruħhom li t-tfittxija ntensa kemm b’bastimenti kif ukoll b’ajruplani fir-roqgħa baħar imsemmija ma tat ebda frott.
(Tweġiba mogħtija: 30/06/2004PM)
(Seduta Numru: 145)
Jista' il-Prim Ministru jgħid kemm saru bomb hoaxes din is-sena u fejn saru?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Jien infurmat li sa l-20 ta’ Mejju 2004, is-sezzjoni tal-Bomb Disposal ta’ l-Armata ġiet imsejħa darba biss fuq każ ta’ Bomb Hoax. Il-post kien fil-Qala Għawdex.
(Tweġiba mogħtija: 30/06/2004PM)
(Seduta Numru: 145)
Dipartimenti u sezzjonijiet tal-Gvern — Quality Serivce Charter
Question
Jista' il-Prim Ministru jgħid liema huma dawk id-Dipartimenti u sezzjonijiet ta' Dipartimenti li huma koperti mill-Quality Service Charter? Kemm għad fadal li m'humiex koperti u għaliex?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Sa issa ġew imnedija uffiċjalment 50 Quality Service Charters, bil-51 Charter għandu jiġi mniedi fil-ġranet li ġejjin. Il-lista kompluta qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra. Dawn kollha ġew żviluppati fuq bażi volontarja bit-talba ġejja mid-dipartiment jew sezzjoni nnifisha.
In segwitu tal-
White Paper
dwar is-Servizz Pubbliku għas-seklu 21 bħalissa għaddej proġett li fih kull ministeru qiegħed jindika liema huma dawk is-sezzjonijiet u dipartimenti li huma mistennija li jkollhom
Quality Service Charter
.
Dawn qegħdin jiġu separati f’sezzjonijiet li joffru servizz lill-pubbliku u dawk li joffru servizz intern fid-dipartiment stess. L-ewwel
Charters
għandhom jiġu żviluppati f’dawk id-dipartimenti li għandhom x’jaqsmu mal-pubbliku u wara jitfasslu dawk li joffru servizzi interni.
(Tweġiba mogħtija: 30/06/2004PM)
(Seduta Numru: 145)
Jista' il-Prim Ministru jgħid kemm għad fadal persuni li ngħataw kumpens fi flus minn quddiem it-Tribunal għall-Investigazzjoni ta' Inġustizzji u għadhom ma tħallsux? Min huma? Kemm għandha tieħu kull persuna? Xi proċedura qed tintuża biex dawn jitħallsu? Jidhirlux li la l-Gvern kellu flus biżżejjed għall-festi, dawn il-persuni għandhom jingħataw il-kumpens li rebħu mingħajr aktar dewmien meta wieħed iqis li dawn ilhom jistennew li ssir ġustizzja magħhom għal numru kbir ta' snin?
Response (GONZI, LAWRENCE)
L-informazzjoni mitluba qiegħda tinġabar u tingħata tweġiba f’seduta oħra.
(Tweġiba mogħtija: 30/06/2004PM)
(Seduta Numru: 145)
Jista' il-Prim Ministru ġentilment jgħid jekk hemmx il-ħsieb li Casual Substitute Clerks li qed jaħdmu fuq bażi regolari f'diversi dipartimenti tal-Gvern isiru tal-post?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninsab infurmat li t-tweġiba għal din il-mistoqsija Parlamentari hija fin-negattiv, proprju għaliex din il-kategorija ta’ ħaddiema tkun qed tissostitwixxi lil min hu mpjegat permanenti imma li jkun assenti għal perjodu ta’ żmien limitat.
(Tweġiba mogħtija: 28/06/2004PM)
(Seduta Numru: 144)
Segretarji Permanenti, Diretturi Ġenerali u Diretturi
Question
No question text.
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba qegħda tinġabar u tingħata tweġiba f’xi seduta oħra.
(Tweġiba mogħtija: 28/06/2004PM)
(Seduta Numru: 144)
Jista' il-Prim Minstru jgħid jekk fil-ftehim kollettiv li hemm mal-Unions fir-rigward tal-ħaddiema fis-servizz pubbliku hemmx xi klawsola li tirrigwarda l-irtirar kmieni mix-xogħol? Jekk fl-affermattiv, x'inhu l-kontenut ta' din il-klawsola?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninsab infurmat li klawsola 8.6 tal-Ftehim Kollettiv għall-impjegati fis-Servizz Pubbliku 2002-2004, li tirrigwarda l-irtirar kmieni mix-xogħol tgħid hekk:
“8.6. EARLY RETIREMENT SCHEMES
8.6.1.
The Employer and the Unions agree to explore the possibility of introducing early retirement schemes enabling employees to leave Government Service in cases of underutilisation or exceptionally strenuous/stressful duties.
8.6.2.
Discussions between the Government and the Unions will start within one month from receipt of proposals from the Unions and concluded within six months provided this is not earlier than 30th June, 2003.”
(Tweġiba mogħtija: 28/06/2004PM)
(Seduta Numru: 144)
Jista' il-Prim Ministru jgħid jekk issa, li pajjiżna huwa membru ta' l-Unjoni Ewropea, it-taxxa fuq il-biljetti ta' l-ajru li joriġinaw minn pajjiżna humiex illegali minħabba li anke huma diskiminatorji?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Jirriżulta li, minħabba l-fatt li mhux qed isir diskriminazzjoni fin-nazzjonalità tal-passiġġieri nvoluti, is-sistema kurrenti la hi diskriminatorja u lanqas illegali.
Jista' il-Prim Ministru jgħid kemm hi ċ-ċifra ta' flus f'arretrati tat-taxxa ta' l-incomeli għandha tinġabar mid-dipartiment kawża tal-fatt li tax payers għadhom ma ħallsux?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ammont ta’ Lm133,351,801 huwa dovut sas-sena ta’ stima 1998. Dan l-ammont jinkludi taxxa u multi mposti fuq stimi (assessments) ex-officio li għadhom qed ikunu kkontestati mit-Taxpayers.
Il-bilanċi tat-taxxa għas-snin ta’ stima 1999 sa 2004 huwa kif jidhru fit-tabella annessa.
Jista' il-Prim Ministru jgħid kemm kien id-dħul tal-gvern mit-taxxi fuq il-vjaġġi ta' l -ajru u l-baħar matul l-ewwel ħames xhur tas-sena separatament? Jista' jipprovdi l-istess informazzjoni għall-istess perjodu ta' dawn l-aħħar ħames snin, sena b'sena, separatament?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li d-dħul tal-gvern mit-taxxi fuq il-vjaġġi ta’ l-ajru matul l-ewwel ħames xhur ta’ din is-sena kien ta’ sitt mija u ħamsin elf, seba’ mija u ħamsin lira (Lm650,750) filwaqt li d-dħul mit-taxxi fuq il-vjaġġi tal-baħar għall-istess perjodu kien ta’ disat elef erba’ mija u tmenin lira (Lm9,480).
L-istess informazzjoni għal dawn l-aħħar ħames snin tinsab fit-tabella hawn mehmuża:
1999
2000
2001
2002
2003
Ajru
712,438
662,064
582,390
626,660
643,740
Baħar
95,222
158,196
178,504
37,052
4,576
Jista' il-Prim Minsitru jgħid kemm kien id-dħul tal-gvern mit-taxxi fuq il-bejgħ ta' proprjeta' fl-ewwel ħames xhur tas-sena? Kemm kien id-dħul fl-istess perjodu għal dawn l-aħħar ħames snin, sena b'sena, rispettivament?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba qed tingħata fit-tabella annessa.
Jista' il-Prim Ministru jgħid kemm inġabret taxxa fuq reġistrazzjoni ta' luxury sea craft? Kemm kien hemm super yachts u/jew sea crafts involuti f'din ir-reġistrazzjoni?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li t-taxxa li nġabret sal-11 ta’ Ġunju 2004 fuq l-importazzjoni ta’ yachts taħt l-iskema mħabbra mill-Gvern kienet ta’ Lm4.3 miljuni.
In-numru ta’ sea crafts involuti f’din ir-reġistrazzjoni huwa ta’ erba’ mija tmienja u tletin (438).
B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 6097 dwar financial leasing legislation, japprezza il-Prim Ministru li kif inhi l-liġi fil-preżent toffri non workable solutions għall-istituzzjonijiet finanzjarji tal-pajjiż u li għandha bżonn taxation provisions relatati ma' din il-leġislazzjoni?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-liġi tat-taxxa fuq l-income diġà taħseb li jistgħu jsiru regolamenti biex jiġi regolat it-trattament fiskali dwar finance leasing. Dawn ir-regolamenti qed jiġu ppreparati u huma mistennija li jiġu ppubblikati fi żmien qasir.
S'issa xi qtugħ sar fil-livell tan-nefqa pubblika vvutat f'dan il-parlament is-sena li għaddiet fil-Budget għas-sena 2004? Sa l-aħħar tas-sena, kemm hu mmirat li jkun dan il-livell ta' qtugħ biex jitnaqqas id-deficit pubbliku? F'liema voti sar dan il-qtugħ s'issa? F'liema voti hemm il-ħsieb li se jsir qtugħ ieħor?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Fid-dawl taċ-Ċirkulari 2//2003, bid-data ta’ l-24 ta’ Jannar 2003, il-Ministeru tal-Finanzi ilu mis-sena l-oħra jattwa s-sistema ta’ Budget li tmexxi id f’id id-dħul mal-ħruġ tal-finanzi pubbliċi. Din is-sistema mhix daqstant immirata biex tnaqqas id-deficit finanzjarju, iżda aktar biex iżżomm fl-istess livell id-deficit li kien ipproġettat meta ġie mniedi l-Budget għal din is-sena, f’Novembru li għadda.
Il-Ministeru tal-Finanzi, meta jiddiriġi lill-Ministeri kollha f’dan ir-rigward, l-ewwelnett, joqgħod attend biex ma jagħmilx suġġerimenti li jxekklu l-operat effiċjenti ta’ l-amministrazzjoni pubblika, u, it-tieninett, iħalli f’idejn id-diskrezzjoni tal-Ministeri konċernati x’attivitajiet għandhom jiġu attwati bil-fondi disponibbli.
F’dan ir-rigward, billi bħal issa l-infiq qed isir b’mod regolari mill-fondi li huma disponibbli, huwa biss fl-aħħar tas-sena li jista’ jkun identifikat l-ammont ta’ tnaqqis (savings) mill-fondi approvati bħala nfiq massimu u mil-liema Voti.
Jista' il-Prim Ministru jieħu l-passi kollha meħtieġa biex meta l-Forzi Armati jkunu qed jagħmlu t-taħriġ f'Pembroke, u jinzerta baħar ftit imqalleb, dawn ma jkunux ta' xkiel għall-boat trips tat-turisti li minħabba t-temp imsemmi dawn ikunu kostretti jgħaddu viċin il-kosta u dan peress li qed joħloq inkonvenjent lit-turisti li jinzertaw fuq il-boat trips partikolari kif ukoll lill-operaturi?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Filwaqt li qed jiġi rikonoxxut l-esiġenzi ta’ l-operaturi tal-boat trips tat-turisti fil-ħin li dawn jeħtieġilhom jgħaddu minn quddiem ir-ranges ta’ Pembroke waqt li l-Armata tkun qed tagħmel it-taħriġ tal-membri tagħha f’dak li huwa sparar bl-armi, tajjeb li wieħed li jirrikonoxxi wkoll li mhux dejjem possibli għall-Armata li twaqqaf it-taħriġ sabiex jiġu akkomodati l-operaturi tal-boat trips fil-ħin proprju ta’ l-isparar. Ninsab infurmat li fejn ikun possibbli, l-Armata tagħmel ħilitha kollha sabiex tipposponi jew saħansitra tissospendi t-taħriġ għall-ħinijiet xierqa sabiex dawn id-dgħajjes bit-turisti jkunu jistgħu jgħaddu minn quddiem ir-ranges mingħajr xkiel ta’ xejn.
Jista' il-Prim Ministru jgħid kemm tkeċċew membri ta' l-armata mill-armata kull sena għal dawn l-aħħar ħames snin u għaliex?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Jien infurmat li n-numru ta’ persuni li l-impjieg tagħhom ġie tterminat mill-Forzi Armati ta’ Malta minħabba mġieba ħażina fis-servizz jew minħabba li nstabu ħatja mill-Qorti Ċivili ta’ reat li jinvolvi kontravenzjoni ta’ xi liġi kontra drogi perikolużi jew ġew ikkundannati mill-Qorti Ċivili għal priġunerija, kien ta’ ħmistax (15), imqassma kif ġej:
1999 – 6 2002 – nil
2000 – 2 2003 – 3
2001 – 3 2004 - 1
Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin — Biljetti ta' l-ajru
Question
Għadhom in vigore struzzjonijiet biex delegazzjonijiet tal-gvern sejrin barra minn Malta jaqtgħu l-biljetti tagħhom preferibbilment mill-Air Malta direttament? Fil-każ tal-Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin, jista' il-Prim Ministru jikkonferma li kuntrarju għal dak li ġie rappurtat f'The Times tad-09.06.04 sa ftit ilu kienu qed jinqatgħu l-biljetti kollha mingħand aġenzija li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, li għandha shareholding interest f'Holding Co li fiha huma nvoluti membri tal-familja tal-Ministru ta' l-Affarijiet Barranin - u dan mingħajr ma jinġiebu kwotazzjonijiet minn travel agents oħrajn?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ma nbidel xejn mill-istruzzjonijiet li kien hemm s’issa dwar biljetti ta’ l-ajru. Dwar it-tieni parti tal-mistoqsija, il-Ministru ta’ l-Affarijiet Barranin u Promozzjoni ta’ l-Investiment diġà wieġeb li d-dipartiment konċernat jitlob kwotazzjonijiet mill-Air Malta u minn aġenzija privata u jordna l-biljetti minn fejn jirriżulta l-irħas.
Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin — Biljetti ta' l-ajru
Question
Jista' il-Prim Ministru jivverifika illi l-Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin dejjem ġab quotations għall-biljetti ta' l-ajru mixtrija fiż-żmien li l-Ministru Dalli ilu Foreign Minister, mingħand tliet kumpanniji ta' l-ivjaġġar separati?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Il-Ministru ta’ l-Affarijiet Barranin u Promozzjoni ta’ l-Investiment diġà ddikjara li fil-każ ta’ biljetti ta’ l-ajru, id-dipartiment responsabbli jitlob kwotazzjonijiet mill-Air Malta u minn aġenzija privata u jordna l-biljetti minn fejn jirriżulta l-irħas.