Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #10294 Sitting 155 1999-10-13 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru ta' l-Intern

Cottonera Rehabilitation Project — Flus ivvotati

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew ivvotati flus għall-Cottonera Rehabilitation Project mill-1996 sal-lum? Jista' l-Ministru jgħid ukoll kemm mill-flus ivvotati ntnefqu għall-proġetti fil-Kottonera?

Response (BORG, TONIO)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi din il-Mistoqsija lill-Ministru konċernat. 13.10.99 (a.m.)
Leg 9 PQ #9708 Sitting 154 1999-10-12 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija — Spluzzjonijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm saru spluzzjonijiet jew każi ta' tqegħid ta' bombi kull sena f'dawn l-aħħar għaxar snin? Fejn saru dawn il-bombi u/jew spluzzjonijiet?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li t-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant hu kif jidher fit-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra. 12.10.99(p.m.)
Leg 9 PQ #9709 Sitting 154 1999-10-12 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija — Persuni li nqabdu jinstadu llegalment

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm inqabdu persuni jistadu llegalment bil-bombi kull sena għal dawn l-aħħar għaxar snin?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li t-tagħrif hekk kif mitlub mill-Onorevoli Interpellant ma jinżammx taħt forma ta' statistika. 12.10.99 (p.m.)
Leg 9 PQ #10026 Sitting 154 1999-10-12 Oral · Final From: MARIE LOUISE COLEIRO To: Ministeru ta' l-Intern

Kalkara — Triq il-Kappuċċini - Raba'

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk il-gvern għandux il-ħsieb li forsi jakkwista u jikkonverti raba' fi Triq il-Kappuċċini, Kalkara 'l fuq mill-mużew biex, per eżempju, tiġi kkonvertita fi ġnien rustiku?

Response (BORG, TONIO)

Proġett bħal dak li qed tirreferi għalih l-Onor. Interpellanti fil-Mistoqsija tagħha ma jaqax taħt ir-responsabbilita` tal-Ministeru tiegħi. Madanakollu jiena nfurmat li sa issa d-Dipartiment ta' l-Artijiet ma kellux talba sabiex jakkwista l-art li saret referenza għaliha. 12.10.99 (p.m.)
Leg 9 PQ #10197 Sitting 154 1999-10-12 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru ta' l-Intern

Joint Office — Post abbandunat

Question

Jista' l-Ministru jgħid fiex waslet it-talba tal-persuna li isimha jidher separatament, sabiex isir xi ħaġa u post li huwa abbandunat tal- Joint Office jitnaddaf? Jista' l-Ministru jgħid għaliex ma ingħatat ebda risposta għal talba min-naħa tiegħi f'Mejju 1999 sabiex dan il-post jitnaddaf u titneħħa l-biża' li qed jgħixu fiha l-ġirien? Jaf li f'dan il-post fejn hu impossibbli li jidħlu karozzi, ftit tal-ġimgħat ilu kien hemm ħruq li għamel ħsara lill-istess persuna li isimha jidher separatament? Min se jħallas għall-ħsarat li ġarrbet?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li l-fond li saret referenza għalih fil-Mistoqsija Parlamentari ser jinħareġ għal bejgħ bl-offerti wara li din il-proprjeta` tiġi reġistrata mar-Reġistru ta` l-Artijiet. Ninsab infurmat ukoll li nbeda proċess li permess tiegħu għandhom jitħaffu tali reġistrazzjonijiet u għalhekk ma nħossx li għandhom jintefqu flus biex il-fond jitnaddaf ġaladarba ser jinbiegħ. 12.10.99 (p.m.)
Leg 9 PQ #10220 Sitting 154 1999-10-12 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Intern

Għajnsielem — Garaxx mingħajr permess

Question

Matul l-aħħar sena x'passi konkreti ttieħdu: (a) mill-pulizija; u (b) mill-Awtorita' ta' l-Ippjanar biex garaxx f'Għajnsielem bejn Garden Street u Benghasi Street ma jibqax jintuża b'mod illegali għal xogħol ta' mastrudaxxa mingħajr il-permessi meħtieġa? Meta ttieħdu dawn il-passi u x'kien ir-riżultat tagħhom?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi l-Pulizija ressqet darbtejn quddiem il-Qorti l-persuna li tuża l-garage li qed jirreferi għalih l-Onor. Interpellant. Darba fl-14 ta' Jannar, 1998, bl-akkuża li eżerċitat sengħa jew negozju ta' mastrudaxxa mingħajr permess fil-garage msemmi bir-riżultat li fil-25 ta' Marzu, 1998 kienet weħlet multa ta' Lm20, u reġgħet tressqet quddiem il-Qorti bl-istess akkuża fit-28 ta' Lulju, 1999, liema każ għadu pendenti quddiem il-Qorti. Għal dak li jirrigwardja l-Awtorita` ta' l-Ippjanar, ninsab infurmat li s-sit in kwestjoni huwa kopert bil-permess PA 5145/95 biex jintuża bħala showroom. Minn spezzjoni li saret minn uffiċjali ta' l-Awtorita` irriżulta illi s-sit qed jintuża bħala ħanut ta' mastrudaxxa u għalhekk l-Awtorita` ordnat li jieqaf l-użu illegali u nħareġ Stop Notice bin-numru ECF 886/99. Jittieħdu passi ulterjuri f'każ li dan l-avviż ma jkunx qed jiġi osservat. 12.10.99 (p.m.)
Leg 9 PQ #10237 Sitting 154 1999-10-12 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija — Każi ta' suwiċidju

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kienu l-persuni li għamlu suwiċidju matul is-snin 1995, 1996, 1997, 1998 u 1999? X'kienet l-eta' tagħhom?

Response (BORG, TONIO)

Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra. 12.10.99 (p.m.)
Leg 9 PQ #10273 Sitting 154 1999-10-12 Oral · Final From: HELEN D'AMATO To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija — Korsijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hux il-ħsieb li jiġu nklużi numru ta' sessjonijiet dwar vjolenza domestika fil-kors li għadu kemm beda fl-akkademja għal rekluti ġodda fil-Korp tal-Pulizija?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li s-suġġett ta' Vjolenza Domestika huwa nkluż fil-kurrikulum il-ġdid li tħejja għar-rekluti fil-kors tal-Pulizija li għadu kemm beda fl-Akkademja. 12.10.99 (p.m.)
Leg 9 PQ #10289 Sitting 154 1999-10-12 Oral · Interim From: CHRIS AGIUS To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizja — Każi ta' snatch and grab

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew irrapportati każi ta' snatch and grab minn Settembru 1998 sa Settembru 1999? F'liema lokalita' sar kull każ, u kemm ġew imressqa l-qorti persuni dwar dawn il-każi?

Response (BORG, TONIO)

Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra. 12.10.99 (p.m.)
Leg 9 PQ #10290 Sitting 154 1999-10-12 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija — Ħabtiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew irrapportati lill-pulizija ħabtiet ta' vetturi minn Jannar 1999 sal-lum? Kemm kien hemm li kienu fatali?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li bejn Jannar u Settembru 1999, ġew irrappurtati lill-Pulizija 8,436 il-kolliżjoni, li 10 minnhom kienu fatali. 12.10.99 (p.m.)
Leg 9 PQ #10314 Sitting 154 1999-10-12 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija — Permess ta' ħanut

Question

Jista' l-Ministru jinvestiga u jara x'inhi r-raġuni li file bin-numru 2/A/M 12/98 li jikkonċerna applikazzjoni għal permess ta' liċenzja ta' ħanut, sal-lum għadu m'huwiex ipproċessat u dan għalkemm l-Avukat Ġenerali nnifsu ilu żmien li ta l-parir tiegħu dwar dan il-file?

Response (BORG, TONIO)

L-Onor. Interpellant hu nfurmat li qabel ma joħroġ il-permess ta' liċenzja ta' ħanut jkun meħtieġ li l-pulizija jġibu wkoll il-kummenti jew il-clearance ta' diversi dipartimenti oħra. Jonqos żewġ dipartimenti oħra biex jagħtu l-kummenti tagħhom. Jonqos ukoll in-'Neighbours Consent'. 12.10.99 (p.m.)
Leg 9 PQ #8890 Sitting 153 1999-10-12 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija — Persuni maqbuda bid-droga

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk individwu jew persuni minn dawk maqbuda bid-droga f'Wied il-Għajn nhar il-Ħadd 11 ta' Lulju, 1999 humiex l-istess persuni li applikaw biex jorganizzaw Rave Party fil-Bajja tal-Ġnejna f'xi data fix-xhur ta' Lulju jew Awissu ta' din l-istess sena?

Response (BORG, TONIO)

Jekk l-Onorevoli Interpellant qed jirreferi għall-attivita` li kellha ssir il-Ġnejna fil-31 ta' Lulju, 1999, u li l-permess għaliha ma ħariġx, ninsab infurmat li l-persuni li nqabdu bid-drogi fl-operazzjoni li l-pulizija mexxiet b'suċċess fir-Rinella u Wied il-Għajn ma kienux l-istess persuni li applikaw biex jorganizzaw l-imsemmija attivita`. 12.10.99
Leg 9 PQ #8969 Sitting 153 1999-10-12 Oral · Final From: CARMELO MIFSUD BONNICI To: Ministeru ta' l-Intern

Dipartiment ta' l-Artijiet — Kirjiet/ċnus

Question

Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm hemm arretrati ta' kirjiet u ċnus sa l-aħħar ta' Ġunju 1999 li għandu jieħu l-Lands Department? Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm hemm kawżi jew atti eżekuttivi pendenti u fuq liema ammonti sabiex dawn jiġu rkuprati? Kemm minn dan l-ammont hemm ikkonsidrat bħala preskritt?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li l-arrettrati tal-kirjiet u ċnus li għandu jieħu d-Dipartiment ta' l-Art sa` l-aħħar ta' Ġunju, 1999, jammontaw għal Lm3,863.000, li parti sostanzjali minnhom hija dovuta minn entitajiet Governattivi. Ta' min jgħid li l-ammonti ta' arretrati għas-snin 1997 u 1998 kienu ta' Lm4.29 miljun u Lm4.17 miljun rispettivament. Dwar it-tieni parti tal-Mistoqsija ninsab infurmat li biex tinġabar l-informazzjoni mitluba jrid isir eżami manwali tal-files kollha u dan jinħtieġ ħafna żmien u ħafna riżorsi. Ma jidhirlix li l-użu ta' dan iż-żmien u riżorsi biex isir l-eżami msemmi hu ġustifikat. Hija l-policy tad-Dipartiment li jagħmel dak kollu possibbli biex jiġbor l-arrettrati ta' kera u ċnus. Dwar l-aħħar parti tal-Mistoqsija, mhix il-policy tad-Dipartiment li jikkunsidra xi arrettrati ta' kera bħala preskritti u dan a bażi ta' l-Artikolu 2160 tal-Kodiċi Ċivili. 11.10.99
Leg 9 PQ #9985 Sitting 153 1999-10-12 Oral · Final From: MARIE LOUISE COLEIRO To: Ministeru ta' l-Intern

EU — Armi tan-nar

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'ġie diskuss eżatt fl-iscreening session fis-27 ta' Settembru, 1999 fi Brussels rigward l-armi tan-nar, eċċ.?

Response (BORG, TONIO)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi din il-Mistoqsija lill-Ministru konċernat. 12.10.99
Leg 9 PQ #10060 Sitting 153 1999-10-12 Oral · Final From: JEAN PIERRE FARRUGIA To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija — Speed cameras

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm u fejn hu maħsub li jiġu stallati speed cameras?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li huwa maħsub li l-ispeed cameras jintużaw f'toroq prinċipali. Infurmat ukoll li hemm tender pendenti fuq dan is-suġġett, u għalhekk ma naħsibx li jkun għaqli li jingħata aktar tagħrif f'dan l-istadju. 12.10.99
Leg 9 PQ #10061 Sitting 153 1999-10-12 Oral · Final From: JEAN PIERRE FARRUGIA To: Ministeru ta' l-Intern

Artijiet — Kiri mingħajr permess

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm inqabdu persuni jikru mingħajr permess il-fond mikri lilhom mill-Gvern, sena b'sena f'dawn l-aħħar ħames snin?

Response (BORG, TONIO)

Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra. 12.10.99
Leg 9 PQ #10154 Sitting 153 1999-10-12 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija — SAG - PC Lawrence Gabriel

Question

Jikkonferma l-Ministru li PC Lawrence Gabriel ta' l-SAG ilu għal diversi ġimgħat isuq vettura mingħajr pjanċa ta' quddiem u li din il-vettura - allura mhux armata skond il-liġi - xorta qed titħalla tipparkja fil-post riżervat għall-membri ta' l-SAG? Qatt ma sar rapport dwar dan? X'passi ttieħdu?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li l-Uffiċjal inkarigat mill-S.A.G. kien innota li l-kuntistabbli li qed jirreferi għalih l-Onor. Interpellant kellu l-pjanċa tan-numri ta' quddiem tal-vettura privata tiegħu mhux imwaħħla. Dan għalhekk kien ġie mwissi mill-istess uffiċjal sabiex iwaħħalhom kif fil-fatt għamel. 12.10.99
Leg 9 PQ #10155 Sitting 153 1999-10-12 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija — PC Lawrence Gabriel

Question

Jista'l-Ministru jgħid x'investigazzjoni qed issir wara l-allegazzjonijiet li għamel PC Lawrence Gabriel quddiem l-għassa ta' San Ġiljan, is-Sibt 25 ta' Settembru filgħodu kmieni, dwar irregolaritajiet li huwa allegat li qed isiru fl-irmonk ta' vetturi? Huwa minnu li l-vettura tiegħu li ġiet irmunkata mill-VRS hija bla pjanċi tan-numru fuq quddiem?

Response (BORG, TONIO)

Dwar l-allegat abbuż li rrefera għalih l-Onor. Interpellant fl-ewwel parti tal-Mistoqsija, ninsab infurmat li l-Pulizija qed tinvestiga rapport li sar minn xi mpjegati tal-garage li għandu l-kuntratt ta' rmonk u kklampjar ta' vetturi fil-lokal ta' l-allegat abbuż, liema rapport għadu qed ikun investigat. Dwar l-aħħar parti tal-Mistoqsija nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-Tweġiba li jien tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 10154 f'din l-istess Seduta. 12.10.99
Leg 9 PQ #10168 Sitting 153 1999-10-12 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru ta' l-Intern

Ħabs Ċivili — Gwardjani

Question

Jista'l-Ministru jgħid meta se jiftħu l-vakanzi għall-gwardjani fil-ħabs? Kemm se jidħlu?

Response (BORG, TONIO)

M'għandi xejn xi nżid mat-Tweġiba li jien tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 8298.
Leg 9 PQ #10193 Sitting 153 1999-10-12 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija — Trasferimenti

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw trasferimenti fil-korp tal-pulizija mis-6 ta' Settembru, 1998 sas-6 ta' Settembru, 1999?

Response (BORG, TONIO)

Dwar it-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant għall-perijodu minn Settembru 1998 sas-26 ta' April, 1999, nirreferih għat-Tweġibiet li jien tajt għall-Mistoqsijiet Parlamentari Nru. 4535 u Nru. 6500. Dwar il-perijodu bejn is-27 ta' April, 1999 u s-6 ta' Settembru, 1999, ninsab infurmat li kien hemm 133 membru tal-Korp li tbiddlilhom xogħolhom, fosthom 52 membru li ħadu promozzjoni.