Peress li Ħal Qormi diġà maqsum f'biċċiet minħabba arterji prinċipali li għaddejjin minn nofsu bħal Triq l-Imdina u Triq is-Sebħ, jista’ l-Ministru jgħid x’miżuri għandu l-ħsieb li jieħu biex it-traffiku f’toroq residenzjali bħal Triq il-Ħelsien, Triq il-Wied, Triq Valletta, Triq il-Vitorja, Triq San Dwardu, Triq il-Mitħna, Triq il-Kbira, Triq San Bastjan, Triq San Bartilmew, Triq il-Milied u oħrajn ma’ jibqgħux jiġu użati regolarment bħala passaġġ għal min id-destinazzjoni tiegħu ma hijiex Ħal Qormi.?
Response (MIZZI, JOE)
Jien infurmat li l-Awtorita tat-Trasport ma rċeviet l-ebda talba rigward problemi tat-traffiku fit-toroq residenzjali.
San Pawl il-Baħar – Triq il-Pijunieri — pelican lights
Question
Jista’ l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk Transport Malta għandhiex xi talbiet pendenti biex jiġu installati pelican lights fuq zebra crossings li hemm fi Triq il-Pijunieri, f’San Pawl il-Baħar? Jekk għandha, jista' jagħti tagħrif dwar fiex wasal il-proċesss ta’ dawn l-applikazzjonijiet? Jekk għad ma hemmx talba, jista' jqis din il-mistoqsija parlamentari bħala talba għal tali pelican lights?
Response (MIZZI, JOE)
Jien infurmat li, minn riċerka li saret fl-arkivji tal-Awtorita’ tat-Trasport, irriżulta li ma kien hemm l-ebda talba f’dawn l-aħħar tlett snin sabiex iz-zebra crossings fi Triq Pijunieri f’San Pawl il-Baħar jiġu upgraded għal pelican crossings. Minħabba li Triq Pijunieri mhix triq arterjali u lanqas distributorja, għaldaqstant it-talba għal dan l-upgrading trid tintbagħat mill-Kunsill Lokali ta’ San Pawl il-Baħar.
B’referenza għall-mistoqsijiet parlamentari 6771, 8833, u 9201, wara li f’Mejju 2014 il-Ministru stqarr li ħa nota dwar il-b¿onn li max-xogħol li qed isir fuq il-proġett kontra l-ilma tal-għargħar f’Ħal Qormi, isir ukoll mill-ġdid iċ-ċint ta’ madwar il-wied, b’mod partikolari minn Triq il-Mitħna sa Triq Correa, u anke n-naħa ta’ Triq Pawlu Farrugia, jista’ l-Ministru jgħid jekk il-Gvern iddeċidiex li jibni mill-ġdid dan iċ-ċint li qed jagħti dehra ta’ telqa, bi spiża relattivament żgħira - fil-kuntest tal-miljuni kbar li nġiebu mill-Unjoni Ewropea fil-leġiżlatura li għaddiet - biex il-proġett tal-ilma tal-għargħar ikun jista’ jsir?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li minkejja li x-xogħol imsemmi minnu fuq il-bini mill-ġdid taċ-ċint ta’ madwar il-wied ma kienx inkluż fil-proġett oriġinali kif ġie ppjanat mill-Gvern preċedenti, il-Ministeru sejjer jara li jsiru l-pjanti neċessarji biex issir applikazzjoni lill-MEPA għal dan ix-xogħol. Għalissa l-Ministeru qiegħed isus biex ix-xogħol fuq il-culverts jitlesta kmieni kemm jista’ jkun biex titnaqqas l-inkonvenjenza għar-residenti.
B’referenza għall-mistoqsijiet parlamentari 6771, 8833 u 9202 u x-xogħol li qed isir fuq il-proġett kontra l-ilma tal-għargħar f’Ħal Qormi, jista’ l-Ministru jgħid jekk wara li f’Mejju 2014 stqarr li l-proposta ta’ tisbiħ tal-inħawi tal-wied se tiġi kkonsidrata, jinsabx issa kommess li jwettaq dan it-tisbiħ bi spiża relattivament żgħira - fil-kuntest tal-miljuni kbar li nġiebu mill-Unjoni Ewropea fil-leġiżlatura li għaddiet - biex il-proġett ta' tisbiħ ikun jista’ jsir?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li minkejja li x-xogħol imsemmi minnu fuq it-tisbiħ tal-inħawi tal-wied ma kienx inkluż fil-proġett oriġinali kif ġie ppjanat mill-Gvern preċedenti, il-Ministeru sejjer jara li jsiru l-pjanti neċessarji biex issir applikazzjoni lill-MEPA għal dan ix-xogħol. Għalissa l-Ministeru qiegħed isus biex ix-xogħol fuq il-culverts jitlesta kmieni kemm jista’ jkun biex titnaqqas l-inkonvenjenza għar-residenti.
B’referenza għall-mistoqsijiet parlamentari 6773, 8835, 9204 u 9205 fejn b’mod sempliċi u bl-aktar mod dirett il-Ministru ġie mistoqsi biex jelenka b’mod konkret ix-xogħol li huwa ppjanat li jsir mill-Ministeru tiegħu f’Ħal Qormi, inkluż toroq, bankini, culverts u xogħol ieħor infrastrutturali jew marbut mat-trasport u sigurtà fit-trasport, jista’ l-Ministru jikkonferma jew jiċħad li fil-fatt sa issa m’hemm xejn ġdid ippjanat għal Ħal Qormi?
Response (MIZZI, JOE)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari 6773.
B’referenza għall-mistoqsijiet parlamentari 6775, 8840, 9209 u 9210 fejn b’mod sempliċi u bl-aktar mod dirett il-Ministru ġie mistoqsi biex jelenka b’mod konkret ix-xogħol li huwa ppjanat li jsir mill-Ministeru tiegħu fis-Siġġiewi, inkluż toroq, bankini, culverts u xogħol ieħor infrastrutturali jew marbut mat-trasport u sigurtà fit-trasport, jista’ l-Ministru jikkonferma jew jiċħad li fil-fatt sa issa m’hemm xejn ippjanat għas-Siġġiewi?
Response (MIZZI, JOE)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari 6773.
B’referenza għall-mistoqsijiet parlamentari 6769, 8831, 9199, jista’ l-Ministru jikkonferma li tar-razzett ta’ ħdejn il-Kappella tal-Providenza fis-Siġġiewi, fejn kien ippjanat li jsir ġnien ġdid iddedikat lil Annabelle Vassallo, issa se jkompli jintuża bħala razzett għaliex se jiġi mgħoddi lil sidien ġodda proprju għal dan l-użu?
Response (MIZZI, JOE)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi din il-Mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
B’referenza għall-mistoqsijiet parlamentari 6770, 8832, u 9200 fejn il-Ministru, f’Mejju 2014, kien stqarr li Transport Malta kienet se tibda l-proċess ta’ procurement biex ikun jista’ jsir ix-xogħol marbut ma’ miżuri ta’ sigurtà fi Triq l-Imqabba, is-Siġġiewi, jista’ l-Ministru jgħid meta beda l-proċess ta’ procurement? Fiex wasal dan il-proċess?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-imsemmi xogħol minn Transport Malta ġie finalizzat. Ix-xogħol involva il-qlugħ tal-crash barrier, bażi tal-konkos fuq il-ħajt eżistenti, tiswija tal-istess ħajt, u twaħħil tal-crash barrier fuq il-linja tal-ħajt.
B’referenza għall-mistoqsijiet parlamentari 6770, 8832, u 9200 fejn il-Ministru, f’Mejju 2014, kien stqarr li Transport Malta kienet se tibda l-proċess ta’ procurement biex ikun jista’ jsir ix-xogħol marbut ma’ miżuri ta’ sigurtà fi Triq l-Imqabba, is-Siġġiewi, jista’ l-Ministru jgħid meta se jibda u meta hemm il-ħsieb li jkun lest ix-xogħol ippjanat?
Response (MIZZI, JOE)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jirreferi għar-risposta li ngħatat għall-mistoqsija parlamentari 268W.
B’referenza għall-mistoqsijiet parlamentari 6774, 8837, 9207 u 9208, fejn il-Ministru b’mod sempliċi u bl-aktar mod dirett ġie mistoqsi biex b’mod konkret jelenka liema huwa x-xogħol li huwa ppjanat li jsir mill-Ministeru tiegħu f’Ħal Luqa, inkluż toroq, bankini, culverts u xogħol ieħor infrastrutturali jew marbut mat-trasport u sigurtà fit-trasport, jista’ l-Ministru jikkonferma jew jiċħad li fil-fatt s’issa m’hemm xejn ġdid ippjanat għal Ħal Luqa?
Response (MIZZI, JOE)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari 6773.
San Pawl il-Baħar – Triq il-Wileġ – Bus stop temporanju
Question
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar x'wassal biex isir bus stop temporanju, fi Triq il-Wileġ, San Pawl il-Baħar? Min għamel ix-xogħol marbut mal-bidla li saret fil-bankini f'dan is-sit? Kemm ġie jiswa x-xogħol imsemmi? Minn min ġie approvat l-istess xogħol?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-bus stop li tpoġġa b’mod temporanju fi Triq il-Wileġ, San Pawl il-Baħar ġie mibdul għal wieħed permanenti. Il-bus stop temporanju twaħħal sakemm saret ir-rilokazzjoni tal-bus stop “Wileg”, liema rilokazzjoni kienet meħtieġa minħabba li l-post fejn jinstab il-bus stop oriġinali ma’ jippermettix illi jiġi installat bus shelter.
Hekk kif kien ġie spjegat fir-risposta illi ingħatat għall-Mistoqsija Parlamentari bin-numru 10320, fis-sit oriġinali m’ hemmx spazju biżżejjed fuq il-bankina kif ukoll il-layout tat-triq ma tippermettix li jsir bus shelter.
Għaldaqstant, bi ftehim mal-Kunsill Lokali ta’ San Pawl il- Baħar, Transport Malta irrilokat il-bus stop “Wileg”. Ix-xogħol sabiex titwessa l-bankina twettaq minn Transport Malta u sar sabiex ikun jista’ jippermetti l-installazzjoni tal-bus shelter. Dan ix-xogħol huwa stmat illi ġie jiswa €1,506.91.
Infurmat ukoll illi Transport Malta qegħda fil-proċess sabiex toħroġ sejħa li twassal għat-twaħħil ta’ struttura ta’ lqugħ fuq dan il- bus stop.
In-Naxxar u l-Imġarr –materjal użat f’pilastri fit-toroq
Question
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar liema materjal intuża fil-pilastri li twaħħlu fit-triq li min-Naxxar tagħti għas-Salina, u fi Triq Temi Zammit, iż-Żebbiegħ, l-Imġarr? Billi f'dawn l-istess postijiet diġà kien hemm xi forma ta' sinjali li tkissru, jista' l-Ministru jassigura li dawn il-poles mhumiex ta' periklu għal dawk li jużaw dawn it-toroq?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi dawn il-vertical road signs jaqgħu taħt il-kategorija ta’ portable deformable warning devices and delineators (cylinders). Dawn huma addattati għall-użu fit-toroq skont BS EN 13422.
Jista’ l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm hu, preżentament, in-numru ta’ vetturi b’liċenzja tal-Unjoni Ewropea li qegħdin fuq it-toroq Maltin? X’tip ta’ spezzjonijiet twettaq Transport Malta, weħidha jew mal-pulizija biex jiġi assigurat li ma jkunx hemm abbużi minn nuqqasijiet ta’ liċenzjar ta’ dawn l-istess vetturi?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li kif diġa’ spjegajt fir-risposta parlamentari 9661, Transport Malta tirreġistra n-numri ta’ reġistrazzjoni ta’ vetturi barranin fejn dawn ikunu ser jiġu reġistrati f’Malta għall-ewwel darba, jew meta jkunu tneħħew mit-triq meta jirriżulta li ma kellhomx l-awtorizzazzjoni meħtieġa sabiex jinstaqu fit-toroq ta’ Malta. Il-vetturi li jkunu qed jintużaw temporanjament – per eżempju minn turisti – ma jiġux reġistrati u b’hekk Transport Malta m’għandiex l-ammont ta’ vetturi b’liċenzja tal-Unjoni Ewropea li preżentament qegħdin fit-toroq Maltin.
Uffiċjali ta’ Transport Malta jagħmlu spezzjonijiet fuq vetturi b’liċenzja barranija fejn jiġu spezzjonati il-
logbook
tal-vetturi, il-polza tal-assigurazzjoni, id-data ta’ meta l-vettura daħlet Malta u l-liċenzja tas-sewqan tax-xufier tal-vettura.
Billi f’diversi nħawi qed jinżebgħu sinjali ta’ parkeġġi riservati li qed ikollhom in-numru tal-vettura miktuba fil-parkeġġ, jista’ l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk kienx hemm xi żviluppi partikolari bejn Transport Malta u l-Kummissjoni Nazzjonali Persuni b’Diżabilità? Jekk iva, x’kienu dawn l-iżviluppi?
Response (MIZZI, JOE)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari 7994.
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar liema huma l-yacht marinas li għadhom qed jiġu kkunsidrati għall-iżvilupp min-naħa ta' Transport Malta? Fejn jinsabu, u f'kull każ fejn wasal il-proċess li nbeda?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li bħalissa għadu għaddej il-proċess għas-sejħa għall-proposti (RFP) għall-iżvilupp ta’ yacht marina ġewwa Sa Maison.
Transport Malta qegħdha wkoll fil-proċess li tibda l-proċess ta’ privatizazzjoni tal-marina ġewwa l-Gżira kif ukoll, b’koordinament mal-Ministeru t’Għawdex, qed tevalwa l-possibilta’ għat-tkabbir tal-port tal-Imġarr. L-Awtorita’ qed tikkunsidra wkoll pjanijiet għall-iżvilupp tal-Baċir Nru 1.
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar fejn wasal il-proċess marbut mal-policies ta' parking madwar Malta? Jista’ jagħti tagħrif dwar meta hu mistenni li jiġi finalizzat dan l-l-istess proċess?
Response (MIZZI, JOE)
Jien infurmat li, wara li saru konsultazzjonijiet mal-entitajiet ikkonċernati, din il-policy tal-Parkeġġ reġgħet ġiet riveduta u diskussa internament. Il-pass li jmiss hu li din ser tiġi imnedija u miftuħa għall-konsultazzjoni pubblika.
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm kien hemm inċidenti ta' qlib (overturning) fi Triq Garibaldi fil-Marsa matul dawn l-aħħar sentejn? Jista' jagħti tagħrif dwar jekk Transport Malta hux qed tippjana xi bidliet partikolari għal din il-parti tat-triq li minn żmien għal żmien fiha jkun hemm inċidenti pjuttost kbar?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-istatistika mitluba minnu tinżamm mill-Pulizija li għandhom isiru r-rapporti dwar inċidenti tat-traffiku. Mal-proġett ta’ Triq Garibaldi kien sar xi titjib fil-liwja msemmija fis-sens li tjiebet il-qlib tat-triq favur il-liwja u li l-asfalt il-ġdid sar bi żrara iktar b’saħħitha li toffri skid resistance aħjar. Madankollu, bħala liwja baqgħet hemm minħabba li dak il-proġett kien jasal sat-tarf ta’ Triq Garibaldi u allura fl-aħħar ix-xogħol kellu jaqgħad mat-triq eżistenti.
Sadanittant, din il-parti tat-triq imsemmija hija inkluża fil-proġett tal-junction tal-Marsa (ta’ ħdejn l-Addolorata) fejn qed jiġi propost li titjieb il-kurva li minn Triq Garibaldi tieħdok għal Triq Aldo Moro billi il-vetturi jgħaddu minn quddiem il-fabbriki. Dawn il-pjanti ġew sottomessi lill-MEPA mid-Direttorat tat-Toroq u Infrastruttura fi ħdan Transport Malta permezz ta’ applikazzjoni numru PA2309/14.
Transport Malta — enforcement notices lill-Kunsill lokali ta' San Pawl il-Baħar
Question
Jista' l-Ministru jagħti tagħirf dwar jekk kienx hemm xi żviluppi partikulari għal dak li jirrigwarda l-informazzjoni li ngħatat fit-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 4760?
Response (MIZZI, JOE)
Jien infurmat li l-azzjoni ta’ infurzar fi Triq Turisti kienet dwar estenżjoni ta’ bankina mingħajr il-permessi neċessarji u wara li ttieħdu l-passi ta’ infurzar din il-bankina reġgħet ġiet mibnija kif kienet oriġinarjament.
Billi issa għaddew diversi xhur minn mindu tanker 'ħarab' mill-ibħra Maltin, u suppost li saret investigazzjoni dwar x'ġara f'dan il-każ, jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar x'irriżulta minn dawn l-investigazzjonijiet?
Response (MIZZI, JOE)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Uffiċċju tal-Prim Ministru.
San Pawl il-Baħar – impjegati ta’ Transport Malta fuq il-bus stops
Question
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar x'inhu x-xogħol li qed iwettqu diversi persuni li qed ikunu fuq il-bus stops, fl-inħawi ta' San Pawl il-Baħar, libsin uniformi ta' Transport Malta? X'inhu l-iskop ta' dan ix-xogħol, meta nbeda u għal kemm żmien se jkompli jitwettaq? X'użu se ssir/qed isir mill-informazzjoni li qiegħda tinġabar?
Response (MIZZI, JOE)
Ninsab infurmat li fil-ġimgħat li għaddew uffiċjali ta’ Transport Malta wettqu eżerċizzji ta’ moniteraġġ fuq is-servizz tat-trasport pubbliku fl-inħawi ta’ San Pawl il-Baħar kif ukoll taw informazjoni lill-passiġġiera li kienu qed jistennew fuq il- bus stop “Wileġ” minħabba li riċentament dan il-bus stop ġie rilokat.
L-eżerċizzju ta’ moniteraġġ isir b’mod regolari fuq diversi rotot madwar Malta u Għawdex bil-għan li jiġi moniterjat l-andament tas-servizz fir-rigward ta’ frekwenza u puntwalità. Barra minn hekk, tkun moniterjata wkoll id-domanda għas-servizz. Permezz ta’ dan l-eżerċizzju, Transport Malta tidentifika problemi li jista’ jkun hemm fuq ir-rotot u jiġu senjalati lill-operatur sabiex jieħu l-azzjoni neċessarja.