Jista' l-Ministru jgħid kemm qed isiru testijiet mill-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma fuq il-provvista ta' l-ilma f'Ħal Qormi? Meta sar? X'riżultati dwar il-kwalita' ta' l-ilma nstabu?
Response (BONNICI, JOSEF)
Jiena nfurmat li testijiet fuq il-kwalita` ta` l-ilma, mhux f`Hal Qormi biss izda f`lokalitajiet ohra, isiru fuq bazi regolari kull xahar bhala parti mill-programm ta` analizi li ssegwi l-Korporazzjoni ghas-Servizzi ta` l-Ilma.
Fil-kaz ta` Hal-Qormi, mill-analizi li saret matul Jannar u Frar ta` din is-sena, jirrizulta li l-provvista ta` l-ilma f`dan il-lokal dejjem instabet batterjologikament tajba ghax-xorb. Il-parametri l-ohra li gew analizzati juru wkoll li l-ilma t`hemmhekk jaqa` fin-norma tal-provvista ta` l-ilma madwar Malta u Ghawdex.
B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 12315, jista'l-Ministru jagħti d-dettalji mitluba peress li kif jaf hu stess dawn id-dettalji jikkonċernaw infiq pubbliku?
Response (BONNICI, JOSEF)
Billi l-Onorevoli Interpellant ma taghnix spjegazzjoni sodisfacenti ghaliex qed jitlob l-informazzjoni, m`ghandix xi nzid mat-twegiba li tajtu fis-Seduta 223.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm persuni mal-kumpannija Kalaxlokk illum u x'inhu x-xogħol li qed jagħmlu?
Response (BONNICI, JOSEF)
Jiena nfurmat li bhalissa l-Kumpanija Kalaxlokk timpjega 138 haddiem.
Dawn il-haddiema qieghdin jahdmu fuq numru ta` xogholijiet ta` kostruzzjoni li ghandha l-Kumpanija. Fost dawn hemm dak relatat mal-Progett ta` Riabilitazzjoni tal-Belt Valletta, fejn fost ohrajn qed isir xoghol fuq il-Knisja tal-Gizwiti, f`Sant`Iermu u fi Triq il-Punent. Il-kumpanija qed taghmel ukoll xoghol ghall-Korporazzjoni ghall-Izvilupp ta` Malta li jikkonsisti f`tindif fl-Oqsma Industrijali, xogholijiet ta` manutenzjoni fl-iskejjel ta` tal-Handaq u l-Junior Lyceum tal-Hamrun u fl-Isptar San Vincenz de paule, bini ta` hajt fic-Cimiterju ta` Braxia, tiswijiet fuq il-mollijiet tac-Cirkewwa kif ukoll diversi xogholijiet ohra ghall-Kunsill Lokali ta` San Gwann.
Tajjeb jinghad li l-Kumpanija giet inkarigata biex taghmel xoghol ghall-privat li l-haddiema qed jirrifjutaw li jaghmlu fuq direttiva tal-General Workers` Union.
Jista' l-Ministru ġentilment iwieġeb il-mistoqsija parlamentari numru 14324 li għamiltlu fit-23 ta' Frar, 2000 dwar transfer ta' telephone f'Ħaż-Żabbar?
Response (BONNICI, JOSEF)
Ninsab infurmat li fil-fatt it-trasferiment tat-telefon sar.
B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 12304, jista' l-Ministru jagħti d-dettalji mitluba peress li kif jaf il-Ministru dawn id-dettalji jikkonċernaw infiq pubbliku?
Response (BONNICI, JOSEF)
Nerga` nirreferi lill-Onorevoli Membru ghat-twegiba li tajt fis-Seduta numru 221 ghall-mistoqsija numru 12304.
Jista' l-Ministru jgħid kemm ħarġu kontijiet ta' l-ilma u dawl din is-sena? Jista' jagħti breakdown ta' kemm ħarġu kontijiet minn Lm0 sa Lm100; minn Lm100 sa Lm200; minn Lm200 sa Lm300; minn Lm300 sa Lm400; minn Lm500 'l fuq?
Response (BONNICI, JOSEF)
L-informazzjoni mitluba qed tingabar u twegiba tinghata f`xi Seduta ohra.
Bormla — Triq Nelson - Bracket tal-cables tad-dawl
Question
Jista' l-Ministru jara li tiġi rranġata l-bracket tal-cables tad-dawl li hemm imqaċċta fuq bieb 38, Triq Nelson, Bormla?
Response (BONNICI, JOSEF)
Jiena nfurmat li l-bracket tal-cables tad-dawl li ghalih qed issir riferenza jista` jintlahaq biss mill-gnien tal-Knisja ta` Santa Tereza f`Bormla. Sar arrangament biex dan ix-xoghol ikun jista` jsir fil-15 ta` dan ix-xahar.
Jista' l-Ministru jara li l-Enemalta tieħu azzjoni minnufih u tneħħi l-bracket li hemm mal-faċċata Tyrol House, St. Margaret Street, Siġġiewi minħabba li din il-bracket tal-cables ta' l-elettriku li hemm imwaħħlin miegħu ġibdu l-ħajt 'il barra u qiegħed joħloq periklu kbir għax dan il-ħajt jista' jaqa' fi kwalunkwe ħin?
Response (BONNICI, JOSEF)
L-ilment ta` l-Onorevoli Interpellant gie mghoddi lill-Korporazzjoni Enemalta sabiex jigi investigat u jekk ikun l-kaz tittiehed l-azzjoni mehtiega.
Jista' l-Ministru jgħid x'response kellu l-gvern għall-White Paper dwar il-politika industrijali? X'inhu l-pass li jmiss f'dan ir-rigward?
Response (BONNICI, JOSEF)
Il-Ministeru diga` rcieva numru ta` kummenti u suggerimenti dwar il-White Paper fuq il-politika industrijali tal-pajjiz. Sa dan it-tant, il-Ministeru kiteb lic-Chairman tal-Kunsill Malti ghall-Izvilupp Ekonomiku sabiex jinghata l-opportunita` li jipprezenta din il-White Paper, din id-darba b`mod ufficjali, lill-istess Kunsill sabiex tibda diskussjoni aktar formali u strutturata dwar il-politika industrijali tal-pajjiz. F`dan l-istadju, il-Ministeru ghandu wkoll l-intenzjoni li jorganizza numru ta` seminars sabiex ikompli jiffavorixxi din id-diskussjoni mixtieqa.
Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx applikazzjoni għal new street lighting fi New Street in Carmel Street, Fgura? Jekk iva, se jitwaħħlu l-bozoz peress li preżentement fi triq sħiħa ma tinsab l-ebda bozza t- triq hija perikoluża u fid-dlam?
Response (BONNICI, JOSEF)
Ninsab infurmat li l-Korporazzjoni Enemalta ma ghandha l-ebda talba pendenti biex jitwahhlu lampi godda fi triq gdida fi Triq il-Karmnu, l-Fgura. Madanakollu din it-talba qed tigi kkunsidrata flimkien ma` talbiet ohra.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' lmenti li tressqu mill-pubbliku lill-Water Services Corporation dwar kontijiet għoljin tal-konsum tad-dawl u l-ilma matul ix-xhur ta' Jannar u Frar, 2000? Kemm huwa n-numru ta' ilmenti li ġew finalizzati s'issa u meta mistenni li jiġu finalizzati l-bqija? Kemm tammonta ċifra globali f'dan il-perijodu li naqqset il-Water Services Corporation minn dawn il-kontijiet ikkontestati bħala għoljin mill-familji Maltin u Għawdxin matul ix-xhur imsemmija?
Response (BONNICI, JOSEF)
L-informazzjoni mitluba qed tingabar u twegiba tinghata f`xi Seduta ohra.
Jista' l-Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari numru 14427?
Response (BONNICI, JOSEF)
Ninsab infurmat li l-Korporazzjoni ghas-Servizzi ta` l-Ilma qed tipprepara progett li jinkorpora `Stormwater Plan` sabiex jigi sottomess lill-Unjoni Ewropea ghall-finanzjament.
Billi huwa mistenni li minħabba esiġenzi tas-sħubija prospettiva ta' Malta fl-UE il-Gvern Malti mistenni jimponi il-visa fuq ċittadini Libjani li jkunu qed iżuru Malta, saru xi studji biex jiġi kkalkolat l-effett ta' dan kollu fuq il-kummerċ u n-negozji iż-żgħar b'mod partikolari fir-rigward ta' day trippers li jżuruna minn dan il-pajjiż?
Response (BONNICI, JOSEF)
Tajjeb jinghad li sistema ta` visa li tirregola d-dhul ta` barranin fil-pajjiz ma ghandhiex l-ghan li tillimita n-numru ta` dawn il-barranin, sakemm dawn ghandhom raguni legittima ghalfejn qed izuru l-pajjiz, nghidu ahna bhala turisti, jew fuq xoghol jew biex izuru lil qrabathom. Ghalhekk ma kien anticipat l-ebda impatt kummercjali jew ekonomiku.
Jista' l-Ministru jgħid kif jipparagunaw ir-rati tad-dawl u l-ilma kurrenti mal-proposti għall-rati riveduti ta' żmien Laburista ta' John Cassar White u Alfred Mifsud?
Response (BONNICI, JOSEF)
Qed inpoggi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta` l-istqarrija ghall-istampa mahruga mid-Dipartiment ta` l-Informazzjoni fl-1 ta` Marzu 2000 li turi l-paragun mitlub.
It-tariffi mhabbra originarjament fl-Estimi ghas-sena 1998 kienu gew riveduti permezz ta` sistema ta` `rebates`. Dawn ir-`rebates` huma wkoll kunsidrati fil-paraguni li saru f`din l-istqarrija ghall-istampa.
Inzid nghid li sa fejn naf jien fil-Gvern Laburista ta` dak iz-zmien kien hemm l-Onorevoli Kap ta` l-Oppozizzjoni bhala Prim Ministru u l-Onorevoli Interpellant bhala Ministru tal-Finanzi meta gew ippubblikati (permezz ta` legal notice) it-tariffi riveduti taht il-Gvern precedenti, u zgur li mhux il-kaz li wiehed jiprova jitfa` xi parti mir-responsabbilta` fuq xi persuni ohra. Ghalhekk ma nsitax nifhem ir-riferenza ghall-persuni ohra msemmija fil-mistoqsija.
Jista' l-Ministru jara li l-bozza f'numru 5 Ta' l-Għargħar, Zabbar, post imwarrab ħafna, tissewwa kif suppost u tissewwa wkoll bozza oħra f'Numru 84, Main Street, Żejtun?
Response (BONNICI, JOSEF)
Ninsab infurmat li l-manutenzjoni mehtiega fuq iz-zewg bozoz imsemmija saret, dik f`Haz-Zabbar fid-9 ta` dan ix-xahar u dik fiz-Zejtun l-ghada.
Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew impjegati ħaddiema ġodda mal-Water Services Corporation mis-16 ta' Settembru, 1999 sal-4 ta' Jannar, 2000? Jista' jgħid ukoll jekk ġewx impjegati ħaddiema ġodda meta ħarġu l-applikazzjonijiet għal dawn l-impjiegi? Jekk jirriżulta li ġew impjegati ħaddiema ġodda mingħajr applikazzjonijiet, jista' jgħid kemm dawk impjegati kien ilhom applikati għall-imsemmi mpjieg? U jekk jirriżulta li lanqas kienu applikati għall-imsemmi mpjieg,jista' jgħid xi kriterji ntużaw biex dawn ingħataw l-impjieg in kwestjoni?
Response (BONNICI, JOSEF)
Jiena nfurmat li matul il-perjodu msemmi, il-Korporazzjoni ghas-Servizzi ta` l-Ilma mpjegat zewg apprentisti fil-grad ta` draughtsman taht it-Technician Apprenticeship Scheme. L-ghazla saret wara interview minn fost lista ta` studenti, li kienu qed jaghmlu dan il-kors, li kienet giet sottomessa mill-Korporazzjoni tax-Xoghol u Tahrig. Il-process ta` l-ghazla sar skond il-procedura stabbilita.
Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew impjegati ħaddiema ġodda mad-Dipartiment ta' l-Industrija mis-16 ta' Settembru, 1999 sal-4 ta' Jannar, 2000? Jista' jgħid ukoll jekk ġewx impjegati ħaddiema ġodda meta ħarġu l-applikazzjonijiet għal dawn l-impjiegi? Jekk jirriżulta li ġew impjegati ħaddiema ġodda mingħajr applikazzjonijiet, jista' jgħid kemm dawk impjegati kien ilhom applikati għall-imsemmi mpjieg? U jekk jirriżulta li lanqas kienu applikati għall-imsemmi mpjieg, jista' jgħid xi kriterji ntużaw biex dawn ingħataw l-impjieg in kwestjoni?
Response (BONNICI, JOSEF)
Ninsab infurmat li mad-Dipartiment ta` l-Industrija ma gewx impjegati haddiema godda matul il-perjodu msemmi.