Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 12 PQ #4210 Sitting 65 2013-10-22 Oral · Final From: CLAUDIO GRECH To: Ministeru għas-Saħħa

Ministeru għas-Saħħa – Segretarjat Privat — Staff complement

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk l-istaff complement tas-Segretarjat Privat tiegħu huwiex konformi mal-linji gwida maħruġa mill-Uffiċċju tal-Prim Ministru għal dan il-għan, u għal kull pożizzjoni li hemm mimlija sal-lum jgħid jekk il-persuna ġietx ingaġġata mis-settur pubbliku, mis-settur privat jew jekk il-persuna kinitx bla impjieg?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Ninforma lill-Onorevoli Membru li t-tweġiba għal din il-mistoqsija ninsab f’mistoqsija parlamentari numru 103 u 285.
Leg 12 PQ #4211 Sitting 65 2013-10-22 Oral · Final From: CLAUDIO GRECH To: Ministeru għas-Saħħa

Ministeru għas-Saħħa – ingaġġ ta’ konsulenti

Question

Jista’ l-Ministru jekk ingaġġax konsulenti skont il-provvedimenti tad-dokument maħruġ mill-Uffiċċju tal-Prim Ministru bl-isem ħlasijiet lill-konsulenti f’ministeri datat Mejju 2013? Jekk iva, jista’ jagħti l-lista tagħhom u liema kundizzjonijiet ta’ remunerazzjoni u benefiċċji japplikaw għalih?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Ninforma lill-Onorevoli Membru li t-tweġiba għal din il-mistoqsija ninsab f’mistoqsija Parlamentari numru 4153.
Leg 12 PQ #4212 Sitting 65 2013-10-22 Oral · Final From: CLAUDIO GRECH To: Ministeru għas-Saħħa

Kunsill għall-Qwiebel l-Infermiera – persuni appuntati

Question

B’referenza għal dak li ġie ppubblikat f’The Malta Independent tal-10 ta’ Settembru 2013, jista’ l-Ministru jikkonferma jekk hux minnu li ġiet appuntata persuna addizzjonali fuq il-Kunsill għall-Qwiebel u l-Infermiera u jekk iva x’kienet din ir-raġuni?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Ninsab infurmat li l-persuna li kienet appuntata addizzjonali, jirriżulta li kien żball ġenwin li kkoreġejnieħ fl-iqsar żmien possibli.
Leg 12 PQ #4321 Sitting 65 2013-10-22 Oral · Final From: CLAUDIO GRECH To: Ministeru għas-Saħħa

Implimentazzjoni ta’ tracking fuq mediċini

Question

B’referenza għal dak li ġie rrappurtat f’The Times tal-10 ta’ Settembru 2013 fejn intqal li se tiddaħħal sistema ta’ tracking ta’ mediċini, jista’ l-Ministru jagħti d-dettalji tal-implimentazzjoni ta’ dawn is-sistemi u proċessi li se jiddaħħlu? Meta se tibda topera? Kemm se tiswa? Kif se tiġi żviluppata u implimentata?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Ninsab infurmat li s-sistemi fl-isptarijiet għadhom standalone u m’hemmx aċċess tad-data. L-impenn ta' dan il-Gvern huwa li jkollu sistemi ta' tracking tal-medicina,sa minn meta tinxtara, sa kemm tasal għand il-pazjent. Is-sistemi se jiġu implimentati b’mod illi d- data tkun inter-operable biex tkun faċli li jsiru analiżi bżonjużi. Kieku kien hemm dan il pjan holistiku mill-amministrazzjonj preċedenti ħafna mill- probemi fil-mediċini kienu jiġu evitati. Infurmat ukoll li sistema ta kif se topera u ta kemm ġeja tiswa għadha qed tiġi analizzata.
Leg 12 PQ #5060 Sitting 65 2013-10-22 Oral · Final From: MARIO GALEA To: Ministeru għas-Saħħa

Sptar Monte Karmeli – servizzi

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb 4727 u jgħid jekk hux vera li s-servizzi fil-komunità tas-saħħa mentali se jinfirdu mill-Isptar Monte Karmeli?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Ninforma lill-Onorevoli Membru li dawn huma servizz ħolistiku wieħed, tant hu hekk li għandhom clinical diretion waħda u vot ta’ flus wieħed.
Leg 12 PQ #4104 Sitting 64 2013-10-21 Oral · Final From: DEO DEBATTISTA To: Ministeru għas-Saħħa

influwenza — Vaċċin

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il individwu ħa l-vaċċin tal-influwenza mill-polikliniċi jew ċentri oħra tal-Gvern fis-sena 2012?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Ninsab infurat li t-tilqim kontra l-influwenza għall-istaġun 2012/2013 beda jingħata mit-Tnejn 22 ta’Ottubru 2012. Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra, tabella bl-informazzjoni mitluba
Leg 12 PQ #4202 Sitting 64 2013-10-21 Oral · Final From: CLAUDIO GRECH To: Ministeru għas-Saħħa

Ministeru għas-Saħħa – lista ta’ bordijiet

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 2693 u jagħti lista tal-bordijiet kollha li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu? Jista’ jgħid min huma d-diretturi li jservu fuq kull bord? Jista’ jgħid ukoll min kienu l-membri fuq kull bord sad-9 ta' Marzu 2013?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Ninsab infurmat li l-maġġorparti tal-Kumitati ġew imwaqfa. Għad fadal numru żgħir ta’Kumitati x’jitwaqfu. Meta l-proċess kollhu jkun iffinalizzat, inkun nista nippreżenta dak kollu li qed jiġi mistoqsi. Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-membri li kienu fuq kull board qabel id- 9 ta’Marzu 2013
Leg 12 PQ #4203 Sitting 64 2013-10-21 Oral · Final From: CLAUDIO GRECH To: Ministeru għas-Saħħa

Qasam Mediku – impjieg ta’ professjonisti ġodda

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm se jiġu impjegati professjonisti ġodda fil-qasam mediku, kategorija kategorija, fis-sitt xhur li ġejjin, xahar b’xahar?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Ninsab infurmat li s’issa diġà ħarġu s-sejħiet għal Basic Specialist Trainees u ta’ Konsulent fit-Tossikoloġija. Apparti dan inħarġet ukoll sejħa sabiex Higher Specialist Trainees u General Practice Trainees li huma fir-Reġistru tal-Ispeċjalisti miżmum mill-Kunsill Mediku ta’ Malta jkollhom l-opportunità jsiru Resident Specialists u General Practitioners rispettivament. Sadanittant, il-Ministeru qed jaħdem ukoll sabiex joħroġ sejħiet għal diversi karigi fil-gradi ta’ Higher Specialist Trainee u Konsulent.
Leg 12 PQ #4204 Sitting 64 2013-10-21 Oral · Final From: CLAUDIO GRECH To: Ministeru għas-Saħħa

interventi u operazzjonijiet – Maximum waiting time

Question

Jista’ l-Ministru jgħid meta se jippubblika l-maximum waiting time għall-interventi/operazzjonijiet?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Ninsab infurmat li l-maximum waiting time ikun magħruf meta titħol il-liġi tal-Border Directive.
Leg 12 PQ #4205 Sitting 64 2013-10-21 Oral · Final From: CLAUDIO GRECH To: Ministeru għas-Saħħa

Ministeru għas-Saħħa – ftehim kollettiv tal-ħaddiema

Question

Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta’ kull ftehim kollettiv li japplika għal ħaddiema fid-dekasteru tiegħu u jindika liema ftehim japplika għal liema kategorija ta’ ħaddiema?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Ninforma lill-Onerevoli Membruli minħabba l-volum kbir ta' ftehim kollettiv għal kull kateġorija ta' ħaddiema, qiegħed jiġi issuġġerit biex l-Onerovoli jindikka l- kategorija ta' ħaddiema li jixtieq.
Leg 12 PQ #4206 Sitting 64 2013-10-21 Oral · Final From: CLAUDIO GRECH To: Ministeru għas-Saħħa

Ministeru għas-Saħħa – kodiċi ta’ etika tal-ħaddiema

Question

Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta’ kull kodiċi ta’ etika li japplika għall-ħaddiema fid-dekasteru tiegħu u jindika liema kodiċi japplika għal liema kategorija ta’ ħaddiema??

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Ninsab infurmat li l-Ministeru jimxi skont il-kodici ta’ etika hekk kif stipulati fil- ‘Public Administration Act’
Leg 12 PQ #4207 Sitting 64 2013-10-21 Oral · Final From: CLAUDIO GRECH To: Ministeru għas-Saħħa

Primary Health Care — Kap Eżekuttiv – performance appraisals

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’kienet ir-raġuni għaliex tneħħa l-Kap Eżekuttiv tal-Primary Health Care? Jista’ jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-performance appraisals tal-uffiċjal ikkonċernat għall-aħħar tliet snin? Jista’ jgħid jekk għadux jaħdem fis-settur tas-saħħa u x’kariga qiegħed jokkupa llum dan il-persuna?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Ninforma lill-Onorevoli Membru li peress il-qasam tas-Saħħa Primarja hu wieħed mill-pilastri tas-saħħa, il-Gvern ħass li dan il-qasam għandu jingħata nifs ġdid u spinta b’ideat li mhux dejjem ġew iffurmati u implementati fl-aħħar żmien. Ninsab infurmat li qed isiru sforzi mifruxin mal-organizzazzjoni kollha involuti fil-kura primarja biex tiddaħħal kultura u prattika ġdida biex b’hekk jiġi imġedded dan is-settur u jimxi ‘il quddiem maż-żmienijiet. Ninforma lill- Onorevoli Membru li l-ex-Kap Eżekuttiv qed jagħti kontribut fil-qasam tas-saħħa ambjentali u nistiednu jara kopji tal- performance appraisals mitlubgħa fil-privat.
Leg 12 PQ #4396 Sitting 64 2013-10-21 Oral · Final From: CHARLÒ BONNICI To: Ministeru għas-Saħħa

Awtorità għas-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol – ħlas liċ-Chairman u l-membri tal-bord

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm qed jitħallsu ċ-Chairman u l-membri tal-bord tat-tmexxija tal-Awtorità għas-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Ninsab infurmat li ċ-Chairperson jingħata honorarium ta’ €13,976 fis-sena, waqt li l-Membri jingħataw €2,795 fis-sena.
Leg 12 PQ #4475 Sitting 64 2013-10-21 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru għas-Saħħa

Ophthalmic Outpatients – każ ta’ individwu

Question

Jista’ l-Ministru jara l-każ tal-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament peress li kellhom jikkuntattjawha mill-ophthalmic outpatients?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Ninsab infurmat li dan il-każ ġie segwid u konkluż mid-Dipartiment tal-Customer Care.
Leg 12 PQ #4626 Sitting 64 2013-10-21 Oral · Final From: TONI BEZZINA To: Ministeru għas-Saħħa

Sptar Mater Dei – Outpatients – pazjenti jingħataw te jew kafè

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 648, jista’ l-Ministru jikkonferma jekk il-prattika li lill-pazjenti li jkunu qegħdin jistennew fl-outpatients tal-Isptar Mater Dei jingħataw te jew kafè tkompliex jew le?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

B'referenza għall-mistoqsijiet parlamentari 648 u 4626 nikkonferma li l-pazjenti li jkunu qegħdin jistennew fl-outpatients tal-Isptar Mater Dei qegħdin jibqgħu jingħataw te jew kafè u t-trolley joħrog regolari.
Leg 12 PQ #4965 Sitting 64 2013-10-21 Oral · Final From: MARIO GALEA To: Ministeru għas-Saħħa

Sptar Ġenerali ta’ Għawdex – nies miżmuma fil-labour ward

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk minn Marzu 'l hawn, fil-labour ward tal-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex kienx hemm pazjenti li kienu l-isptar biex isirilhom jew għax sarilhom endoscopy tal-imsaren u dawn inżammu fil-labour ward u allura nursed mill-istess staff tal-labour ward?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Ninsab infurmat li l-kazi ta’ Day Care jew Day Surgery fl-Isptar Generali ta’ Għawdex jiġu akkomodati fis-swali ġenerali, jiġifieri fil- Female General Ward u fil-Male General Ward, fl-assenza ta’ Day Care Ward f’dan l-istess sptar. Dawn il-każi ma’ jkollhomx bżonn jorqdu l-isptar izda bżonn ta’ żmien qasir li jirkupraw mill-loppju qabel jintbagħtu d-dar. Meta dawn is-swali ġenerali jimtlew bil-pazjenti fis-sodod fil-kuritur, minflok li jitħassru dawn il-proċeduri tant mistennija, il-pazjenti nisa biss kienu qed jiġu akkomodati fil-Gynae Ward. Din kienet miżura temporanja għal perijodu ta’ ftit ġimgħat u meta żdiedu l-infermiera fis-swali, erġajna bdejnna nakkomodaw id-Day Care fis-swali ġenerali. Tant hu bżonnjuz id-DayCare fl-Isptar Generali ta’ Għawdex li dan il-Gvern se jieħu ħsieb li tinfetaħ sala għal dan l-għan bħal ma hemm fl-Isptar Mater Dei. Sakemm dan il-proġett jitlesta, il-pazjenti tad-Day Care qed jiġu akkomodati fis-swali ġenerali.
Leg 12 PQ #5058 Sitting 64 2013-10-21 Oral · Final From: MARIO GALEA To: Ministeru għas-Saħħa

Sptar Monte Karmeli – top management

Question

B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 4725, jista’ l-Ministru jgħid min hi l-mentor imsemmija u jgħid eżattament xi tkun qed tagħmel din il-mentor?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Ninsab infurmat li Mentor hi persuna li tuża l-ħiliet u l-esperjenza tagħha biex tgħin fl-operat tas-servizz. Din il-Mentor hi wkoll iċ-Chairperson tal-kumitat li jmexxi is-servizz tas-saħħa mentali.
Leg 12 PQ #5059 Sitting 64 2013-10-21 Oral · Final From: MARIO GALEA To: Ministeru għas-Saħħa

Sptar Monte Karmeli – trasferimenti tal-kap eżekuttiv

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 4726 u jgħid jekk il-kap eżekuttiv li kien hemm l-Isptar Monte Karmeli ġietx trasferita għall-Isptar Boffa? Jekk iva, x’kien il-mottiv wara dan it-transfer ladarba din il-persuna kienet hi li bniet is-servizzi tas-saħħa mentali fil-Komunità?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Ninsab infurmat li CEO li qabel kien jieħu ħsieb l-isptar Monte Karmeli llum hu nkarigat biex jieħu ħsieb is-servizz tas-saħħa mentali fil-komunità.
Leg 12 PQ #5071 Sitting 64 2013-10-21 Oral · Final From: MICHAEL GONZI To: Ministeru għas-Saħħa

Mediċini out of stock — Lisinopril

Question

Jista’ l-Ministru jispjega għaliex il-Lisinopril, trattament għall-pressjoni, ilu out-of-stock dawn l-aħħar 4 xhur?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Ninsab infurmat li l-mediċina Lisinopril baqa' jingħata sa l-bidu ta' Ottubru. Id- doza ta' 10mg kellha tasal fil-19ta' Ottubru. Infurmat ukoll li wasal tal-5mg illum f'Malta u ser jitqassam sa nhar l-Erbgha 23 ta’Ottubru.
Leg 12 PQ #5072 Sitting 64 2013-10-21 Oral · Final From: MICHAEL GONZI To: Ministeru għas-Saħħa

Q fever

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk kienx hawn każijiet tal-Q fever f’Malta dawn l-aħħar sentejn (2012/2013)?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Ninsab infurmat li skond in-notifikazzjonijiet mibgħuta lit-taqsima kontroll u prevenzjoni ta’mard, l-informazzjoni mitluba dwar in-numru ta’ każijiet akuti ta’ Q fever f’Malta bejn 2012 u 2013 rapportati hekk: Fit- 2012 l-ebda każ, u fit- 2013 kien hemm każ wieħed.