Tista’ l-Ministru tgħid fiex wasal l-appell li kien sar mid-Direttur tad-DSS wara li l-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament kien rebaħ meta deher quddiem l-arbitru f’Mejju li għadda?
Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-persuna ndikata minnu ġiet infurmata bil-miktub dwar il-każ tagħha.
Tista’ l-Ministru tgħid jekk l-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament tistax tixtri l-proprjetà li tgħix fiha li hi tal-Gvern u jekk fl-affermattiv ma jistax jiġi indikat lilhom kemm hu l-valur biex jixtru?
Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-iskema li biha inkwilini jakkwistaw il-proprjeta’ mikrija lilhom mill-Gvern se tiftaħ dalwaqt.
Ministeru għall-Famija u s-Solidarjetà Soċjali — Xogħol ta’ Back Office ġewwa Għawdex
Question
Tista’ l-Ministru tgħid liema xogħol tal-Ministeru tagħha jsir bħala back office ġewwa Għawdex? Kemm hemm ħaddiema jaħdmu fuq dan ix-xogħol? F’liema snin inbeda dan ix-xogħol ġewwa Għawdex?
Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)
L-informazzjoni qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Tista’ l-Ministru tgħid x’inhi r-raġuni għala l-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament u li qiegħed fil-Kumpless Vajrita f’Wied il-Għajn mhux qed jitħalla jmur id-dar t’ommu?
Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferri għat-tweġiba li ngħatat għall-mistoqsija parlamentari 3600.
Tista' l-Ministru tgħid jekk tiswijiet, fuq barra u li għandhom x'jaqsmu mal-istruttura tal-bini, ta' flats li jinsabu f'housing estates tal-Gvern hux responsabbli li jagħmilhom id-Sipartiment tas-Social Housing jew l-inkwilin?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Tweġiba għal din il-mistoqsija Parlamentari se tingħata f’seduta oħra.
Ministeru għall-Familja u Solidarjetà Soċjali — xogħol lil kumpanija
Question
Tista' l-Ministru tgħid x'xogħol ingħata mill-Ministeru jew dipartimenti, entitajiet, aġenziji u awtoritajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tagħha lill-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament għall-perijodu 1998 u Marzu 2013? Tista' tgħid għal kull każ, jekk ix-xogħol ingħatax b'direct order jew tender u kemm kienet l-ispiza għal kull każ?
Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-unika xogħol li ngħata mill-Ministeru jew dipartimenti, entitajiet, aġenziji u awtoritajiet huwa kif jidher hawn taħt;
Xogħol li ngħata mill-Ministeru b’direct order;
Riklam fuq il-Gwida għall-Muesac €298,54
Riklam fuq Best Buy għall-Ministeru €147.50
Total fl-2013- €446,04
Ministeru għall-Familja u Solidarjetà Soċjali — fondi mill-Unjoni Ewropea
Question
Tista’ l-Ministru tgħid kemm u kif hu maħsub li l-Ministeru tagħha, flimkien mal-entitajiet li jaqgħu fir-responsabilità tagħha, mistennija jibbenefikaw minn fondi tal-Unjoni Ewropea fl-2014, ġejjin minn liema programm ġejjin?
Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li bħalissa l-Gvern qiegħed f’negozjati mal-Kummissjoni Ewropea sabiex ikun approvat il-Partnership Agreement għas-snin 2014-2020. Fl-istess waqt għaddejja ħidma fuq il-Programmi ta’ Operazzjoni. Huwa wara li jitlesta dan il-proċess meta l-Awtorita’ ta’ Gestjoni tibda’ toħrog is-sejħiet għal progetti u iniżjattivi.
Ministeru għall-Familja u Solidarjetà Soċjali — bordijiet
Question
Tista' l-Ministru tgħid liema huma l-bordijiet li jaqgħu taħt l-Ministeru tagħha li ltaqgħu minn Marzu ta’ din is-sena sad-data li fih tkun imwieġba din l-interpellanza? Liema huma dawk li ma ltaqgħux?
Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)
L-informazzjoni qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Tista’ l-Ministru tgħid jekk hemmx il-ħsieb li l-età legali fejn persuna tista’ tagħti l-kunsens tagħha għal att sesswali tinżel minn 18 għal 16 il-sena?
Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)
Tweġiba għal din il-mistoqsija parlamentari se tingħata f’seduta oħra.
Tista’ l-Ministru twieġeb il-mistoqsija parlamentari 5307 u tgħid jekk hemmx il-ħsieb li l-età minn meta persuna tista’ tixrob l-alkoħol togħla minn 17-il sena għal 18-il sena?
Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)
Tweġiba għal din il-mistoqsija parlamentari se tingħata f'seduta oħra.
Tista’ l-Ministru tara li tiġi kuntattjata l-persuna li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament peress li għandha problema fuq pagament ta’ benefiċċju tal-qagħad?
Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-persuna msemmija la qed tirreġistra fuq l-ewwel parti tar-reġistru u lanqas applikat għal benefiċċju tal-qagħad.
Tista’ l-Ministru tgħid jekk hux vera li l-Gvern bi ħsiebu jipprivatizza d-djar tal-anzjani? Jekk iva, liema djar bi ħsiebu jipprivatizza?
Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li d-djar tal-anzjani ilhom żmien mhux ħażin li bdew jiġu pprivatizzati u dan taħt amministrazzjoni li kien jagħmel parti minnha l-istess Interpellant. Dan il-Gvern jemmen li f’dan il-qasam fadal spazju biex tissaħħaħ il-kollaborazzjoni mas-settur privat fuq livelli differenti.
Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali – xogħol f’Għawdex
Question
Peress li ammont sostanzjali ta' back office work tad-Dipartiment għas-Sigurtà Soċjali jsir f'Għawdex u peress li fis-sena 2012 ix-xogħol fuq iċ-children's allowance beda jsir ukoll minn Għawdex, tista’ l-Ministru tgħid liema xogħol ieħor tad-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali huwa maħsub li jibda jsir minn Għawdex? Meta hu ppjanat li aktar xogħol jibda jsir minn Għawdex u kemm hu maħsub li jkun hemm bżonn impjegati taċ-Ċivil Għawdxin biex jagħmlu dan ix-xogħol?
Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Ministeru għall-Familja u Solidarjetà Soċjali għandu pjanijiet preliminari biex itella’ aktar ħaddiema jaħdmu Għawdex izda mhux neċessarjament biex jaħdmu fuq xoghol tad-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali. Il-Ministeru għall-Familja u Solidarjetà Socjali qed jaħdem mill-qrib mal-Ministeru għal Ghawdex minħabba li dan tal-aħħar qed jikkordina tali inizjattiva fuq bazi aktar wiesa’.
Tista’ l-Ministru tgħid jekk il-Gvern iżommx statistika ta’ kemm hemm djar abitabbli jew potenzjalment abitabbli li huma vojta u ma jintużawx għal skopijiet residenzjali? Tista’ tippreżenta din l-istatistika jekk teżisti u possibbilment l-informazzjoni tkun mqassma skont il-lokalità?
Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Awtorità tad-Djar ma żżommx din l-istatistika. Madankollu nixtieq inserraħ lil kulħadd li kull residenza tajba għal abitazzjoni mill-ewwel tingħata għall-akkomodazzjini soċjali – mhux biss biex tgħin lil dawk li jeħtiġuha iżda biex tevita wkoll li l-post ikun okkupat illegalment minn terżi persuni.
Tista’ l-Ministru tgħid kemm hawn blokok ta’ flats tal-Gvern, lokalità b’lokalità f’Malta u f’Għawdex? Kemm hemm appartamenti f'sular tal-blokok?
Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni neċessarja dwar blokok ta’ flats tal-Gvern tista’ tinġabar mid-Dipartiment tal-Artijiet, filwaqt li l-Awtorità tad-Djar qed tpoġġi l-informazzjoni fuq il-Mejda tal-Kamra dwar il-postijiet li għandha fil-pussess tagħha.
Tista' l-Ministru tgħid kemm hemm persuni jistennew is-servizz tal-Home Help? Kemm ra każijiet ġodda l-bord minn wara l-elezzjoni 'l hawn u kemm minnhom ingħataw is-servizz? Kemm ġew miċħuda is-servizz?
Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant sabiex jirreferri għat-tweġibiet li ngħataw għall-mistoqsijiet Parlamentari numri 5292 u 5094.
Tista’ l-Ministru tgħid kemm saru programmi għat-tfal (T.F.A.L.) u għaż-żgħażagħ (Jeans) f’dawn l-aħħar ħames snin u f’liema lokalitajiet saru? Fiex jikkonsistu dawn il-programmi mogħtija mis-Sedqa? F’liema lokalitajiet sejrin jiġu organizzati dawn il-programmi fil-futur qarib?
Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)
L-informazzjoni qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Abbozz ta' Liġi dwar l-Istandards fil-Ħarsien Soċjali
Question
B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 33539 tal-11-il Leġiżlatura, tista’ l-Ministru tgħid meta l-abbozz tal-liġi dwar l-Istandards fil-Ħarsien Soċjali se jitressaq quddiem il-Parlament?
Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Abbozz tal-Liġi dwar l-Istandards fil-Ħarsien Soċjali fih xi punti li qeghdin jigu analizzati fil-present. Huwa ppjanat li dan l-Abbozz jitqiegħed dalwaqt fuq il-Mejda tal-Kamra.
Tista’ l-Ministru tara li tiġi kuntattjata l-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament peress li għandha problema ta’ housing u m’għandhiex fejn toqgħod?
Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-persuna in kwestjoni m’għandiex applikazzjoni pendenti għall-akkommodazzjoni alternattiva. Hija ġiet ikkuntattjata mill-Customer Care u ntbagħtitilha applikazzjoni sabiex tiġi tapplika.