Jista' il-Viċi Prim Ministru jikkonferma li l-uffiċjal - dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament - jieħu ruxxmata sigħat overtime fix-xahar fil-faċilita' korrettiva ta' Kordin u lanqas biss jitniżżel fid-detail bħala uffiċjal li jkun ħa l-overtime? Jista' jispjega għaliex?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi l-uffiċjali li saret referenza għalih mill-Onor. Interpellant, huwa l-uffiċjal ewlieni inkarigat mis-sigurta' tal-ħabs. Is-sigurta' tirrikjedi attenzjoni 24 siegħa kuljum u għaldaqstant ma tistax tipprevedi il-ħinijiet jew il-bżonn li tkun meħtieġa l-preżenza tiegħu fil-ħabs.
Minbarra dan ix-xogħol huwa ukoll ġie assenjat bir-responsabbilita' tal-Forensic Unit il-ġdida. Dan ix-xogħol ukoll jirrikjedi attenzjoni kontinwa biex jiġi żgurat li x-xogħol mitlub mill-kuntrattur isir skond il-ftehim u l-bżonnijiet tal-Unit.
Jista' il-Viċi Prim Ministru jagħti rendikont dettaljat tat-tender tal-bibien u serraturi fil-bini l-ġdid tal-faċilita' korrettiva ta' Kordin, inklużi d-data meta nħarġet it-tender, min tefa' l-offerti, lil min ġiet assenjata u kemm kienet tiswa?
Response (BORG, TONIO)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-Tweġiba li jien kont tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 36654 f'Seduta Nru. 812 tal-11 ta' Novembru 2002.
Jista' il-Viċi Prim Minstru jikkonferma li fil-Ward 10 il-ġdida fl-isptar Monte Carmeli ġew stallati aktar minn 12-il camera CCTV meta fil-ward m'hemmx aktar minn 12-il priġunier? Jista' jiġġustifika din in-nefqa? Min huma l-uffiċjali tal-faċilita' korrettiva ta' Kordin li huma nkarigat/i mill-aġġudikazzjoni tat-tender fil-faċilita' korrettiva ta' Kordin?
Response (BORG, TONIO)
Fejn tidħol is-sigurta', in-numru ta' CCTV cameras meħtieġa biex ikopru kwalunkwe post ma huwiex regolat minn numri ta' persuni li jkunu ser jidħlu jew joħorġu minnu.
Ninsab infurmat illi t-tender li jikkonċerna l-Forensic Unit inħareġ mid-Dipartiment tas-Saħħa u għaldaqstant nissuġerixxi lill-Onor. Interpellant biex jirreferi din il-parti tal-Mistoqsija lill-Ministru ikkonċernat.
Jista' il-Viċi Prim Ministru jikkonferma li saret investigazzjoni interna fil-konfront ta' l-uffiċjal li ismu qiegħed jintbagħat separatament? Jista' jgħid x'kien l-eżitu ta' dawn il-proċeduri?
Jista' il-Viċi Prim Ministru jikkonferma li 11-il spettur tal-pulizija tas-CID qegħdin jinqdew bi tliet vetturi tal-pulizija biss? Jista' jgħid għaliex il-korp mhux qiegħed jagħti a dispożizzjoni ta' dawn l-ispetturi aktar vetturi sabiex ikunu jistgħu jaqdu l-esiġenzi tas-servizz aħjar minflok ikollhom joqogħdu jittalbu biex ikollhom vettura?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi hemm mhux anqas minn 39 vettura għad-dispożizzjoni tat-taqsimiet ta' l-Investigazzjoni Kriminali tal-Pulizija. Minn dawn, 15 huma assenjati espressament mas-C.I.D., fejn fil-preżent hemm stazzjonati Assistant Kummissarju, Supretendent u 11-il Spettur. Ta' min jispjega ukoll illi matul kull ġurnata jkun hemm xi wħud minn dawn il-fizzjali li jkunu frank jew bil-leave u għaldaqstant il-vettura tagħhom tkun ukoll disponibbli għall-fizzjali l-oħra.
Ta' min ifakkar ukoll illi l-Ispettur tal-Pulizija bħala kondizzjoni t'impjieg m'għandux il-faċilita' ta' vettura miegħu, kif għandhom 'ranks' ogħla minnu.
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm inqatgħu sentenzi mill-qorti ta' l-appelli matul din is-sena sal-15 ta' Ottubru 2004?
Response (BORG, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni kollha mitluba minnu tinsab fis-sit www.justice.gov.mt taħt Court Statistics li tinsab f'Court Services. Ovvjament għandu jaċċessa għall-istatistika taċ-Ċivil. L-istatistika tinkludi kemm ġew deċiżi kawżi (kemm inqatgħu sentenzi) mill-Qorti ta' l-Appell, kemm dik Superjuri kif ukoll dik Inferjuri, mill-1 ta' Jannar 2004.
L-istatistika hija aġġornata sa l-aħħar t'Ottubru 2004. Kopja qed tiġi hawn annessa.
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm ġew ippreżentati ċitazzjonijiet fil-Qorti tal-Familja fis-sena 2003 u sal-15 ta' Ottubru 2004?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat li n-numru ta' ċitazzjonijiet preżentati fil-Qorti tal-Familja, Malta u Għawdex, hu kif indikat hawn taħt:
Sena 2003 480
Sena 2004 (sal-15.10.2004) 358
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm ġew ippubblikati kuntratti ta' separazzjoni konsenswali fis-sena 2003 u bejn l-1 ta' Jannar 2004 u l-15 ta' Ottubru 2004?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat li fir-Reġistru Pubbliku jiġu reġistrati Noti ta' Insinwazzjoni ta' kuntratti ta' Separazzjoni Personali Konsenswali u dawk li joħorġu biss wara sentenza tal-Qorti. Fir-Reġistru Pubbliku ta' Malta fis-sena 2003 ġew reġistrati 484 nota u bejn Jannar u Ottubru tas-sena kurrenti 2004, ġew reġistrati 345 nota. Għalkemm ma tinżammx statistika separata għal dawk in-Noti li joħorġu biss minn kuntratti ta' Separazzjoni Personali u dawk li joħorġu biss minn sentenza, wieħed jista' jgħid li l-biċċa l-kbira ta' dawn in-noti huma ta' kuntratti ta' Separazzjoni Personali Konsenswali.
L-informazzjoni dwar Għawdex għadha qed tinġabar.
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm ġew deċiżi kawżi kriminali sommarji (ta' ġurisdizzjoni oriġinali, bħal tad-distrett u kolliżjonijiet) u jagħti tagħrif maġistrat maġistrat matul din is-sena sal-15 ta' Ottubru 2004?
Response (BORG, TONIO)
L-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar. Tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm ġew mogħtija sentenzi mill-Qorti tal-Maġistrati (Malta) bħala Qorti ta' Ġudikatura Kriminali f'kawżi ta' kumpilazzjonijiet mill-1 ta' Jannar 2004 sal-15 ta' Ottubru 2004, u jagħti t-tagħrif maġistrat maġistrat?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi s-sentenzi mogħtija mill-Qorti tal-Maġistrati (Malta) bħala Ġudikatura Kriminali f'kawżi ta' kumpilazzjonijiet mill-1 ta' Jannar 2004 sal-15 ta' Ottubru 2004.
Maġistrat
*Apap Bologna J
0
Maġistrat
Cassar J
36
Maġistrat
Quintano L
22
Maġistrat
Demicoli S
65
Maġistrat
Grixti G
38
Maġistrat
Hayman M
27
Maġistrat
Lofaro A
44
Maġistrat
*Mallia M
0
Maġistrat
*Meli S
0
Maġistrat
Micallef Trigona A
87
Maġistrat
Mizzi A
84
Maġistrat
*Montebello D
2
Maġistrat
Padovani Grima J
54
Maġistrat
**Peralta Carol
8
Maġistrat
Scerri Herrera C
108
Maġistrat
Vella A J
23
Total
598
* Maġistrati ma jieħdux kumpilazzjonijiet
** Maġistrat jinsab imsiefer
Informazzjoni mogħtija tkopri sal-31 ta’ Ottubru, 2004.
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid x'kien in-numru ta' reati kriminali rappurtati lill-pulizija, sena b'sena, mill-1999 'il hawn fil-lokalitajiet tal-Ħamrun, Sta. Venera, Valletta, Floriana, Marsa, Pieta'/Gwardamangia, Qormi, Luqa u Kirkop u x'kienu dawn ir-reati?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi t-tagħrif mitlub mill-Onorevoli Interpellant huwa kif jidher fuq it-Tabella li qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' il-Ministru jgħid jekk jistax isir xi patching u tiswijiet oħra fi Sqaq il-Qenċ f'Ħaż-Żebbuġ, Malta?
Response (BORG, TONIO)
Bħal ma jaf l-Onor. Interpellant, il-Kunsilli Lokali huma korpi statutorji ta' gvern lokali b'personalita' legali distinta u għalhekk nissuġġerilu jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Kunsill Lokali konċernat.
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm daħlu kawżi quddiem il-qorti ċivili u superjuri f'Għawdex f'dawn l-aħħar erba' snin 2001, 2002, 2003 u 2004? Lil min ġew assenjati, f'liema ammonti u kemm minnhom ġew deċiżi?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat kif ġej:-
It-tabella ta’ hawn taht turi n-numru ta’ kawzi li dahlu quddiem il-Qorti tal-Magistrati (Ghawdex) Gurisdizzjoni Superjuri, sena b’sena matul is-snin 2001, 2002, 2003, u 2004, lil min gew assenjati, u kemm gew decizi matul l-istess snin.
Din l-istatistika tinkludi biss kawzi (citazzjoni) u teskludi attijiet ohra bhal nghidu ahna Mandati ta’ Inibizzjoni u Rikorsi. Inoltre l-kolonni “Decizi” tinkluzi biss dawk il-kawzi li nghatat sentenza dwarhom u ghalhekk teskludi dawk li gew ceduti u waqghu dezerti.
Magistrat u Sezzjoni
Sena 2001
Sena 2002
Sena 2003
2004 – sas-17 ta’ Novembru
Introdotti
Decizi
Introdotti
Decizi
Introdotti
Decizi
Introdotti
Decizi
Dr P. Coppini – Sezzjoni Generali
77
55
90
48
92
64
77
59
Dr P. Coppini – Sezzjoni Familja (&)
N.A. (#)
N.A. (#)
N.A. (#)
N.A. (#)
2
0
5
0
Dr A. Micallef Trigona – Sezzjoni Generali
37
31
37
44
46
50
37
38
Dr A. Micallef Trigona – Sezzjoni Familja
N.A. (#)
N.A. (#)
N.A. (#)
N.A. (#)
0
0
3
0
Dr M. Mallia (*)
N.A. (#)
5
N.A. (#)
N.A. (#)
N.A. (#)
N.A. (#)
N.A. (#)
N.A. (#)
(&) Is-Sezzjoni Familja fil-Gurisdizzjoni Superjuri tal-Qrati giet imwaqqfa permezz ta’ Avviz Legali numru 396/2003 u bdiet topera mis-16 ta’ Dicembru 2003;
(*) Il-Magistrat Dr. M. Mallia ma baqax assenjat ghall-Qorti ta’ Ghawdex f’Novembru 2000 u minfloku gie l-Magistrat Dr. A. Micallef Trigona;
(#) N.A. = mhux applikabbli
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm daħlu kawżi kriminali quddiem il-qorti ta' Għawdex fis-snin 2000, 2001, 2002, 2003 u 2004, lil min ġew assenjati u kemm għad hemm pendenti minnhom?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi t-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant hu kif jidher hawn taħt.
Ġudikatura Kriminali (Sommarji)
2000
2001
2002
2003
2004
Int-Pend.
Int-Pend.
Int-Pend.
Int-Pend.
Int-Pend.
Dr. P. Coppini
0 – 0
0 – 0
0 – 0
0 – 0
0 – 0
Dr. A. Micallef Trigona
0 – 3
0 – 0
0 – 0
34 - 24
158 - 158
Dr. M. Mallia
0 – 3
0 – 0
0 – 0
0 – 0
0 – 0
Dr. G. Grixti
716 - 318
841-288
800-365
76 - 199
0 – 104
Dr. C. Scerri Herrera
0 - 0
0 - 0
0 - 0
461 - 118
601 - 286
Qorti Istruttorja (Kumpilazzjoni)
2000
2001
2002
2003
2004
Int-Pend.
Int-Pend.
Int-Pend.
Int-Pend.
Int-Pend.
Dr. P. Coppini
18 – 28
11 - 21
29 – 25
6 - 26
3 – 20
Dr. A. Micallef Trigona
7 – 15
10 – 20
15 – 26
2 – 20
0 - 19
Dr. M. Mallia
0 – 15
0 – 0
0 – 0
0 – 0
0 – 0
Dr. G. Grixti
43 - 81
19 - 77
20 - 76
6 - 73
0 – 64
Dr. C. Scerri Herrera
0 – 0
0 - 0
0 - 0
34-32
44 - 51
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid x'inhi l-allowance tal-petrol li kull ġudikant li jaħdem fil-qorti ta' Għawdex huwa ntitolat għaliha? Kemm kienet l-ispiża tal-petrol ta' kull vettura ta' kull ġudikant li jitħallas direttament mill-qorti ta' Għawdex matul is-snin 2000, 2001, 2002, 2003 u 2004?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat kif ġej:-
L-
allowance,
ghal dak li hu ta'
petrol,
ta' magistrat tammonta ghal
Lm750
fis-sena.
L-ispiza tal-
petrol
tal-Magistrat Paul Coppini - l-uniku gudikant li jithallas minn hawn - kienet:
Sena
Spiza (Lm)
Rimarki
2000
0
Kien ghadha tigi wtilizzata karozza tal-kiri bix-xufier
2001
41.65
Minn Dicembru
2002
439.50
-
2003
510.40
-
2004
523.27
Sat-12 ta' Novembru
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm kienet l-ispiża matul is-snin 2001, 2002, 2003 u 2004 ta' kull ġudikant li jaħdem fil-qorti ta' Għawdex kemm għar-rigward ta' telephone ċellulari tiegħu u kemm għar-rigward tal-ħlas tat-telefonija fissa?
Response (BORG, TONIO)
L-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar. Tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid fiex tikkonsisti l-allowance għal ġudikant Malti li jaħdem f'Għawdex?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi l-allowancegħal ġudikant Malti li jaħdem f'Għawdex tikkonsisti fis-segwenti:
Bed & Breakfast
Lm26
Half Board
Lm36
Full Board
Lm46
Lunch
Lm12
Biljett tal-vapur għal karozza
Biljett tal-vapur għal passiġġier
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm ilhom ma jitħallsu l-esperti tal-qorti mqabbda mill-qorti tal-maġistrati u meta se jitħallsu?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat li fil-każ tal-Qrati Għawdxin l-esperti mqabbda mill-istess Qrati qed jitħallsu regolarment. Fil-każ tal-Qrati Maltin, l-aħħar ħlas lill-esperti ta' l-istess Qrati sar f'Awissu 2004.
Preżentement qegħdin jiġu proċessati l-kontijiet pendenti sabiex isiru l-ħlasijiet dovuti.