Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #10430 Sitting 158 1999-10-18 Oral · Final From: JEAN PIERRE FARRUGIA To: Ministeru ta' l-Intern

PA — Fond 43/8, Triq id-Dejqa, Valletta

Question

Minħabba s-sitwazzjoni ta' perikolu wara l-kumplikazzjonijiet fid-demolition ta' bini fi Triq Santa Lucia, kantuniera ma' Triq id-Dejqa, il-Belt, jista' l-Ministru jara li jsir sforz sabiex il-fond 43/8 Triq id-Dejqa, il-Belt, jerġa jinħareġ b'tender għall-bejgħ mill-aktar fis sabiex isiru t-tiswijiet meħtieġa mis-sid il-ġdid mill-aktar fis, bi prevenzjoni ta' danni għall-inkwilin fl-appartamenti fl-istess block? (Ref. L618/63/1?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li fit-30 ta' Lulju, 1999, ħarġet tender għal bejgħ tal-post li rrefera għalih l-Onor. Interpellant. It-tender li għalqet fid-19 ta' Awissu, 1999, qed tiġi aġġudikata mill-Kumitat tal-Kuntratti. 18.10.99
Leg 9 PQ #10435 Sitting 158 1999-10-18 Oral · Final From: CARMELO MIFSUD BONNICI To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija — Spetturi - Riżenji

Question

Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm spetturi fil-korp tal-pulizija rriżenjaw mill-korp fis-snin 1995, 1996, 1997 u 1998?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li bejn l-1995 u l-1998 irreżinjaw mill-Korp tal-Pulizija ħdax-il Spettur u żewġ Spetturi Kadetti. 18.10.99
Leg 9 PQ #10436 Sitting 158 1999-10-18 Oral · Final From: CARMELO MIFSUD BONNICI To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija — Spetturi

Question

Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm kien hemm spetturi fil-Korp tal-Pulizija fl-1 ta' Jannar, 1999? Kemm ġew maħtura ġodda din is-sena u kemm hemm kadetti li qed jistudjaw preżentement biex jilħqu spetturi?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li fl-1 ta' Jannar 1999, kien hemm 66 Spettur fil-Korp tal-Pulizija, filwaqt li f'Lulju ta' din is-sena ġew maħtura 24 Spettur. Fil-preżent ma hemmx uffiċjali kadetti. 18.10.99
Leg 9 PQ #10445 Sitting 158 1999-10-18 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru ta' l-Intern

PA — Vakanzi

Question

Jista' l-Ministru jikkonferma jekk fl-Awtorita' ta' l-Ippjanar saritx sejħa biex timtela' vakanza fi grad sebgħa (7) biex tieħu ħsieb uffiċċju bi tnejn min-nies? Jekk iva, kemm applikaw? Veru li l-intervisti se jibdew nhar it-Tnejn, 11 ta' Ottubru, 1999?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li l-Awtorita` ta' l-Ippjanar ħarġet sejħa għall-applikazzjonijiet għal-vakanza ta' 'HR Office Administrator' li hija pożizzjoni Grad 7, liema grad ġie allokat wara li saret evalwazzjoni u analiżi bir-reqqa tar-responsabbilitajiet li jaqgħu taħt din il-kariga. Ir-responsabbilitajiet jinkludu l-amministrazzjoni ta' l-Uffiċċju tal-HR, kif ukoll oħrajn mifruxa ma' l-organizzazzjoni kollha. Dawn ir-responsabbilitajiet huma assoċjati ma' pożizzjoni fi Grad 7. Ninsab infurmat li t-tweġiba għall-aħħar parti tal-Mistoqsija hija fin-negattiv. 18.10.99
Leg 9 PQ #10447 Sitting 158 1999-10-18 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija — Każi ta' suwiċidju

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari numru 10237?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li t-tagħrif mitlub għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 10237 hu kif jidher fit-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra. 18.10.99
Leg 9 PQ #10472 Sitting 158 1999-10-18 Oral · Final From: MICHAEL ASCIAK To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija — Birkirkara - Towing ta' karozzi

Question

Jista' l-Ministru jara li l-karozzi HAH-989 Transit u TAC-295 Cortina jiġu ttowjati minn Triq Vlontin, Birkirkara peress li huma bla liċenzja u ilhom li ġew irrapportati xahrejn?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li l-vetturi li rrefera għalihom l-Onor. Interpellant tneħħew. 18.10.99
Leg 9 PQ #10486 Sitting 158 1999-10-18 Oral · Final From: MARIE LOUISE COLEIRO To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija — Appartamenti - Trobbija ta' annimali

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'qiegħed isir biex residenti f'appartamenti ma jrabbux ċertu tip t'annimali bħal per eżempju klieb kbar jew għadd ta' annimali li joħolqu inkonvenjent serju u kultant ta' periklu wkoll għar- residenti l-oħra?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li kull meta l-Pulizija jkollha lmenti dwar dak li rreferit għalihom l-Onor. Interpellanti, dawn jiġu nvestigati u jekk ikun il-każ tittieħed azzjoni skond il-liġi. 18.10.99
Leg 9 PQ #9724 Sitting 157 1999-10-14 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru ta' l-Intern

Ħabs Ċivili — Priġunieri

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm persuni il-ħabs illum? Kemm minnhom huma sentenzjati u kemm fuq arrest preventiv? Kemm minn dawn huma barranin u min liema pajjiż huma?

Response (BORG, TONIO)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-Tweġiba li jien tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 9934. 14.10.99
Leg 9 PQ #10321 Sitting 157 1999-10-14 Oral · Final From: MARIO GALEA To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija — Ċitazzjonijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid għalfejn pulizija magħruf tat-traffiku (li lest nagħti n-numru tiegħu under separate cover) qed iwaqqaf karozzi, jagħtihom ċitazzjoni u jheddidhom li joħodhom bil-karozza tagħhom id-depot, dan kollu għaliex ikollhom stickers imwaħħla mal-karozza tagħhom, li la jkunu qed jostakolaw il-front jew ir-rear wind-screen, wisq anqas id-dawl tal-karozza?

Response (BORG, TONIO)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant biex jgħaddili d-dettalji tal-membru tal-Korp li qed jirreferi għalih. 14.10.99
Leg 9 PQ #10351 Sitting 157 1999-10-14 Oral · Interim From: MARIE LOUISE COLEIRO To: Ministeru ta' l-Intern

Qormi — Ta' Farsina - Bini llegali

Question

Jista' l-Ministru jiddentifika liema huma l-kmamar imtellgħin fuq art tal-gvern mingħajr permess fl-area f'Tal-Farsina, Qormi? Liema huma dawk il-kmamar li ttellgħu b'dan il-mod u li l-awtoritajiet ordnaw it-twaqqigħ tagħhom matul din l-aħħar sena?

Response (BORG, TONIO)

Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra. 14.10.99
Leg 9 PQ #10387 Sitting 157 1999-10-14 Oral · Final From: ANGELO FARRUGIA To: Ministeru ta' l-Intern

Ħabs Ċivili — Correctional officer

Question

Jista' l-Ministru jara għaliex correctional officer li d-dettalji tiegħu qed jintbagħtu separatament, għadu sal-lum ma ħax l-increments mistħoqqa lilu skond kuntratt ta' xogħol b'seħħ mill-25 ta' Jannar, 1996?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi l-increment ta' l-uffiċjal li qed jirreferi għalih l-Onor. Interpellant kien ġie miżmum (witheld) fl-1 ta' Jannar 1998. Dan l-uffiċjal ingħata increment fl-1 ta' Jannar 1999. 14.10.99
Leg 9 PQ #9234 Sitting 156 1999-10-13 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru ta' l-Intern

Talba f'file No. TL/B/35/99

Question

Peress li talba għal trasferiment skond file TL/B/35/99 ilha pendenti x-xhur, jista' l-Ministru jara li tiġi rimedjata sabiex ma jkunx hemm aktar dewmien esaġerat? Jekk fl-affermattiv, meta?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li t-trasferiment li qed jirreferi għalih l-Onor. Interpellant sar fis-16 ta' Awissu, 1999. 13.10.99 (p.m.)
Leg 9 PQ #9718 Sitting 156 1999-10-13 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija — Serq

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm saru rapporti ta' serq minn istituzzjonijiet reliġjużi din is-sena?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi din is-sena (sad-29 ta' Settembru) saru 28 rapport lill-Pulizija ta' serq minn knejjes jew istituzzjonijiet reliġjużi. 13.10.99 (p.m.)
Leg 9 PQ #9719 Sitting 156 1999-10-13 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija — Testijiet tal-breathalyser

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm saru testijiet tal-breathalyser din is-sena u kemm minnhom kienu pożittivi? Kemm minn dawn saru fuq persuni li jkunu nvoluti f'inċident tat-traffiku? F'liema postijiet ta' Malta saru dawn it-testijiet f'kull każ?

Response (BORG, TONIO)

Dwar l-ewwel parti tal-Mistoqsija nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-Tweġiba li jien tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 9930. Dwar il-kumplament tal-Mistoqsija, ninsab infurmat li t-tagħrif hekk kif mitlub mill-Onor. Interpellant ma jinżammx taħt forma ta' statistika. 13.10.99 (p.m.)
Leg 9 PQ #9720 Sitting 156 1999-10-13 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija — Muturi ġodda

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm qamu flus il-muturi l-ġodda li xtraw il-pulizija dan l-aħħar? Kemm inxtraw muturi?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li s-seba muturi ġodda li nxtraw mill-Pulizija għat-Taqsima tat-Traffiku swew Lm26,950. 13.10.99 (p.m.)
Leg 9 PQ #9721 Sitting 156 1999-10-13 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija — Vejikoli tal-pulizija - Ħabtiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ħabtu u/jew kienu nvoluti f'kolliżjonijiet vejikoli tal-pulizija din is-sena?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li matul din is-sena kien hemm 58 vettura tal-Pulizija nvoluti f'kolliżjonijiet. 13.10.99 (p.m.)
Leg 9 PQ #9722 Sitting 156 1999-10-13 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija — Tiswijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm nefqet il-pulizija, sena b'sena, għal dawn l-aħħar għaxar snin, għal tiswijiet fuq karozzi tagħha li kienu nvoluti f'kollizjonijiet tul dan iż-żmien?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li, mill-1996, mindu bdew jinżammu records dwar is-suġġett tal-Mistoqsija, it-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant hu kif ġej : - Sena Ammont Lm 1996 5,606 1997 5,903 1998 6,578 1999 * 5,203 * Sat-30 ta' Settembru 13.10.99 (p.m.)
Leg 9 PQ #10241 Sitting 155 1999-10-13 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Intern

PA — Spezzjonijiet

Question

Matul ix-xhur ta' Lulju, Awissu u Settembru, jista' l-Ministru jgħid kemm-il darba saru spezzjonijiet għall-għarrieda mill-pulizija u minn uffiċjali ta' l-Awtorita' ta' l-Ippjanar biex jiġi stabbilit jekk hux qed titħaddem skond il-permessi meħtieġa l-barriera Nru. 4, f'Tal-Palma, limiti ta' l-Imġarr, Malta? X'irriżulta? X'passi ttieħdu?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li fix-xhur speċifikati fil-Mistoqsija il-Pulizija għamlet 5 spezzjonijiet fil-barriera li qed jirreferi għaliha l-Onor. Interpellant. Infurmat ukoll li ma ġewx osservati irregolaritajiet waqt dawn l-ispezzjonijiet. Għal dak li jirrigwardja l-Awtorita` ta' l-Ippjanar ninsab infurmat li fl-istess perijodu membri ta' l-Awtorita` żaru din il-barriera mill-inqas tliet darbiet u ma jirriżultax li l-operat tagħha kien konfliġġenti ma' xi Policies ta' l-Awtorita` ta' l-Ippjanar. Sa issa l-Awtorita` ta' l-Ippjanar għada qatt ma ħarġet permessi in konnessjoni ma' din il-barriera, u għalhekk il-kundizzjonijiet tat-tħaddim tal-barriera huma dawk li hemm annessi mal-liċenzja oriġinali tal-Pulizija. 13.10.99 (a.m.)
Leg 9 PQ #10270 Sitting 155 1999-10-13 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija — Karozzi Nru. HAB627

Question

Jista' l-Ministru jagħti l-aħħar żviluppi dwar il-karozza Hyundai Lantra No. HAB 627 li tinsab f'St. Andrews proprjeta' tal-pulizija?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi dan il-każ huwa suġġett ta' proċeduri kriminali u li l-karozza Nru. HAB 627 make Hyundai Lantra ġiet esebita f'dawn il-proċeduri. Il-każ qed jinstema quddiem il-Maġistrat Dr. C. Scerri Herrera LL.D. u għadu sub-judice. 13.10.99
Leg 9 PQ #10291 Sitting 155 1999-10-13 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru ta' l-Intern

Barranin — Working permits

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hawn persuni li għandhom working permit li ġejjin minn pajjiż fl-Unjoni Ewropea? Minn liema pajjiż ġejjin? X'tip ta' xogħol jagħmlu?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li t-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant hu kif jidher fit-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra. 13.10.99 (a.m.)