Jista' l-Ministru jgħid fiex waslu l-pjanijiet tal-gvern biex jitwaqqaf one stop shop għal negozji? X'sar s'issa f'din id-direzzjoni?
Response (BONNICI, JOSEF)
Il-Unit li ser titwaqqaf fuq il-kuncett ta` one-stop-shop waslet fil-process ta` l-ghazla ta` ufficjali ghaliha. Kif jintemm dan il-process, il-Unit tibda bil-funzjoni u s-servizzi taghha.
Jista' l-Ministru jgħid meta huwa maħsub li jitressaq quddiem il-parlament l-abbozz ta' liġi li jirregola n-negozji ż-żgħar?
Response (BONNICI, JOSEF)
Fil-prezent mhux possibbli li wiehed jispecifika data. Madanakollu ninforma lill-Onorevoli Interpellant li x-xoghol fuq din il-materja jinsab fi stadju avvanzat.
Jista' l-Ministru jgħid jekk mill-5 ta' Settembru, 1998 'il hawn kienx hemm xi karozzi li ġew mixtrija mill-ministeru jew minn xi entita' oħra li taqa' taħt id-dekasteru tiegħu, li ġew mogħtija b'donazzjoni lill-individwi li m'humiex uffiċjali jew impjegati mal-ministeru jew xi entita' oħra li taqa' taħt id-dekasteru tiegħu?
Jekk fl-affermattiv, jista' jgħid: (a) lil minn ingħataw; (b) x'marka huma l-karozzi u meta nxtraw; (ċ) kemm swew fi flus Maltin; u (d) xi kriterji ntużaw biex dawn l-individwi ngħataw din il-karozza?
Response (BONNICI, JOSEF)
Mhijiex il-prassi ta` dan il-Gvern li jaghti karozzi bhala donazzjoni, la lill-ufficjali tieghu u lanqas lil dawk li mhumiex.
Jista' l-Ministru jgħid x'kienet ir-raġuni li prodott popolari mat-trabi, il-Farleys, matul dawn l-aħħar 18-il xahar għola sostanzjalment? Jista' jgħid kemm kien il-prezz ta' dan il-prodott fl-1997, 1998, 1999 u kemm huwa l-prezz illum għall-familji Maltin u Għawdxin?
Response (BONNICI, JOSEF)
Jiena nfurmat li matul dawn l-ahhar tmintax-il xahar il-prezz tal-prodott imsemmi zdied minn 80 centezmu ghal 86 centezmu. Din iz-zieda kienet dovuta l-aktar ghal tibdil fil-prezz minn barra l-pajjiz u element zghir minhabba caqlieq fir-rata tal-kambju.
Il-prezz tal-Farleys Rusks matul dawn l-ahhar erba` snin kien ta` 76 centezmu fl-1997, 78 centezmu fl-1998, 80 centezmu fl-1999 u 86 centezmu din is-sena.
Ta` min jghid li ghalkemm dan il-prezz huwa dak rakkomandat, il-prodott jista` jinstab bi prezz imrahhas.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien il-konsum tal-fuel, tad-diesel, petrol u unleaded petrol matul Jannar u Frar ta' din is-sena? Jista' jagħti l-istess informazzjoni għall-istess perijodu għas-snin 1997, 1998, 1999?
Response (BONNICI, JOSEF)
Il-konsum ta` fuel f`litri matul Jannar u Frar ta` l-ahhar erba` snin kien kif gej:
Xahar Sena Diesel Petrol Petrol bla Comb
Jannar 1997 5,690,760 5,661,100 1,658,9 50
Frar 1997 5,111,800 5,235,500 1,672,940
Jannar 1998 5,433,050 5,693,070 2,170,880
Frar 1998 5,039,350 5,232,450 1,994,230
Jannar 1 999 5,413,320 4,972,020 2,182,900
Frar 1999 5 ,541,964 5,194,050 2,333,790
Jannar 2000 5,9 75,220 4,466,440 2,380,300
Frar 2000 6,251,800 4,970,550 2,811,760
Jista' l-Ministru jinvestiga r-raġuni wara l-fatt illi l-vultaġġ fi Triq Luca Zurki, Żurrieq, jinqata' ta' spiss u meta ma jinqatax il-vultaġġ ikun baxx ħafna tant illi ma tistax topera appliances? Jista' jintervjeni u jordna illi jsiru l-enforcement wires li hemm bżonn?
Response (BONNICI, JOSEF)
Jiena nfurmat li diga` beda x-xoghol biex il-vultagg fit-triq imsemmija jitjieb. Hemm ukoll il-hsieb li jsir aktar xoghol fuq is-sistema ta` vultagg baxx sabiex il-vultagg f`dawn l-inhawi jkompli jitjieb.
Jista' l-Ministru jispjega kif anzjan li jgħix waħdu qabel kien jirċievi kont tad-dawl u l-ilma ta' Lm40 fit-tlett xhur u issa rċieva kont ta' Lm200? Jista' jispjega għaliex u x'inhija d-differenza, peress li l-gvern jgħid li raħħas il-kontijiet tad-dawl u l-ilma?
Response (BONNICI, JOSEF)
Ghandi nifhem li l-Onorevoli Interpellant ghandha d-dettalji kollha tal-kont li ghalih qed tirreferi. Ghaldaqstant jekk tipprovdini bin-numru tal-kont relattiv inkun f`pozizzjoni li naghti twegiba ghal dan il-kaz partikulari.
Huwa fatt li l-kontijiet tad-dawl u ta` l-ilma taht it-tariffi tal-gvern precedenti kienu jigu ferm ghola u bl-ebda mod wiehed ma jista` jaccetta dak li qed tghid L-Onorevoli Membru, li bla ma taghti dettalji, tipprova tiggeneralizza minn kaz partikulari li wiehed irid jezamina. Nahseb li l-Onorevoli Interpellant taqbel li l-konsum mhux dejjem ikun l-istess, u ghalhekk biex isir paragun bis-sens irid isir tqabbil `like with like`.
Jista' l-Ministru jgħid x'tip ta' informazjoni/statistika qed tintalab mingħand l-industriji u n-negozji ż-żgħar mid-dipartiment ta' l-industrija dwar l-operat tagħhom?
Kull meta tintalab tali informazzjoni?
Kemm jingħata żmien għall-ġbir ta' din l-informazzjoni f'kull każ?
Response (BONNICI, JOSEF)
Jiena nfurmat li hemm tlitt tipi ta` informazzjoni jew statistika li tintalab minghand l-industriji, kemm kbar kif ukoll zghar, mid-Dipartiment ta` l-Industrija.
Tintalab informazzjoni ta` kull xahar dwar in-numru ta` haddiema, pagi u sahra mhallsa, zieda jew tnaqqis ta` impjegati, ammont ta` bejgh u ammont ta` prodotti lesti mhux mibjugha.
Kull tlitt xhur, minbarra dak mitlub kull xahar, tintalab informazzjoni dwar assentizmu awtorizzat u mhux mix-xoghol, investiment f`bini jew makkinarju, persentagg ta` produzzjoni milhuq, ammont ta` ordnijiet, ammont ta` bejgh, diversi spejjez li jkollha l-kumpanija u pjanijiet ghax-xhur li jkunu gejjin.
Darba fis-sena tintalab informazzjoni generika dwar il-kumpanija u l-prodotti li timmanifattura. Din tinkludi x-shareholding tal-kumpanija u l-pajjizi li tesporta lejhom.
M`hemm stipulat ebda zmien biex il-kumpaniji jibghatu l-informazzjoni mitluba. Tajjeb jinghad li d-Dipartiment ta` l-Industrija ma jigbor ebda nformazzjoni minghand negozji.
Jista' l-Ministru jgħid x'qiegħed jagħmel id-dipartiment tal-kummerċ dwar il-fatt li f'ċerti lokalitajiet il-fancy bread għola wkoll, minkejja li dan ma kellux jogħla bħal ħobż tal-Malti?
Response (BONNICI, JOSEF)
Tajjeb jinghad li l-prezz tal-hobz fancy mhuwiex ikkontrollat b`ordni tal-prezzijiet bhalma hu dak tal-hobz Malti shih jew imqatta`. Il-konsumatur jista` jixtri hobz fancy minn ghazla kbira ta` kwalitajiet bil-prezz li jaqbel lilu.
Minħabba n-natura tax-xogħol privat tiegħu, jista' l-Ministru jgħid jekk iċ-chairman ta' l-MDC għandux xi konflitt ta' interess fil-promozzjoni ta' investiment barrani lejn pajjiżna?
Privatament għandu xi interess li jippromwovi investiment lejn pajjiż partikolari membru ta' l-UE?
Response (BONNICI, JOSEF)
Jiena nfurmat li c-Chairman tal-Korporazzjoni ghall-Izvilupp ta` Malta ma ghandux konflitt ta` interessi fil-promozzjoni ta` investiment barrani lejn pajjizna minhabba n-natura tax-xoghol privat tieghu.
Meta f`xi kaz partikulari jhoss li jista` ta` konflitt ta` interessi, zghir kemm hu zghir, minhabba x-xoghol privat tieghu, ic-Chairman immedjatament jinforma b`dan lill-Bord tad-Diretturi u l-Management Ezekuttiv tal-Korporazzjoni, u jastjeni milli jiehu sehem b`xi mod fl-istadju kollu tal-process relattiv.
Dwar it-tieni parti tal-mistoqsija r-risposta hija fin-negattiv.
Jista' l-Ministru jgħid x'inhu l-ammont ta' enerġija elettrika li ntbagħtet ġewwa Għawdex matul is-sena 1999?
Kemm minn din l-enerġija elettrika ntilfet (hija unaccounted for)?
Response (BONNICI, JOSEF)
Jiena nfurmat li l-Korporazzjoni Enemalta ma ghandhiex apparat biex tirrekordja l-ammont ta` units li jintbaghtu Ghawdex u peress li l-kontijiet ghall-1999 ghadhom ma hargux, lanqas tista` tinghata l-kwantita` ta` units mibjugha f`dik il-gzira. Ghaldaqstant l-informazzjoni mitluba ma tistax tinghata.
Madanakollu jistghu jinghataw il-`peak demands` li kien hemm f`Ghawdex. Dawn kienu 18.29 MVA fit-13 ta` Frar 1999, 18.69 MVA fis-27 ta` Awissu 1999 u 18.86 MVA fis-26 ta` Jannar 2000.
Jista' l-Ministru jara li arblu li jinsab ħdejn bieb 11 Triq il-Fortizza tal-Grazzja, Xgħajra, jinbidel? X'kienet ir-raġuni li għadu ma nbidilx, anke wara li r-residenti għamlu diversi lmenti, peress li dan l-arblu jinsab fi stat ta' deterjazzjoni u hu perikoluż sia għal pedestrians u anke għar-residenti tal-viċin?
Response (BONNICI, JOSEF)
Jiena nfurmat, li wara spezzjoni li saret minn impjegati tal-Korporazzjoni Enemalta,jirrizulta li l-arblu in kwistjoni mhuwiex f`periklu li jaqa`. Madanakollu, wara li diga` kienet saret talba simili qabel, qeghdin isiru l-arrangamenti mehtiega, flimkien ma` kumpaniji ohra li qed jaghmlu uzu minn dan l-arblu, sabiex dan jitnehha fl-ewwel opportunita`.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm persuni impjegati fis-settur tal-manifattura li jipproduċi għal-lokal?
Response (BONNICI, JOSEF)
Skond cifri li ghadhom kif gew ippubblikati mill-Ufficcju Centrali ta` l-Istatistika, in-numru ta` nies li jahdmu fis-settur privat tal-manifattura fi Frar ta` din is-sena kien ta` 29,104. Mhux possibbli li wiehed jaqsam din ic-cifra f`dawk li jipproducu ghas-suq lokali u dawk li jipproducu ghas-suq barrani peress li hafna kumpaniji jipproducu ghaz-zewg swieq f`daqqa.
Jista' l-Ministru jara li l-fanali li hemm fi Pjazza San Ġorg, quddiem il-Parlament jitranġaw u l-bozoz maqtugħha u l-lanterni miksura jinbidlu kif xieraq quddiem bini tant importanti?
Response (BONNICI, JOSEF)
L-ilment ta` l-Onorevoli Interpellant gie mghoddi lill-Korporazzjoni Enemalta sabiex jigi mistharreg u jekk ikun il-kaz tittiehed l-azzjoni necessarja.
B'riferenza għar-risposta mogħtija għall-mistoqsija parlamentari numru 14645, jista' l-Ministru jispjega fiex jikkonsisti "il-proġett li jinkorpora l-istormwater plan"?
Jista' l-Ministru jikkonferma jew jiċħad li l-Enemalta, Sezzjoni t'Għawdex ilha minn Diċembru tas-sena 1998 sal-lum ma tinstalla lampi floroxxenti fit-toroq u pjazez pubbliċi fid-distrett ta' Għawdex?
Jekk fl-affermattiv, x'inhi r-raġuni li qed jiġri hekk?
Jaf il-Ministru li hemm numru konsiderevoli ta' applikazzjonijiet pendenti għal dawn it-tip ta' bozoz?
Meta hu beħsiebu jieħu passi metħieġa biex jiġu milqugħa dawn l-applikazzjonijiet?
Response (BONNICI, JOSEF)
Jiena nfurmat li kuntrarjament ghal dak li qed jallega l-Onorevoli Interpellant, minn Dicembru 1998 `l hawn twahhlu 75 lampa florexxenti fit-toroq t`Ghawdex. It-talbiet li ghad fadal pendenti qed jigu kkunsidrati flimkien ma` talbiet ohra li ghandha l-Korporazzjoni Enemalta.
Jista' l-Ministru jara li fl-area tal-Birguma, Naxxar isir minn kollox biex jiġu mdawwla aktar it-toroq kollha ta' Birguma, Naxxar u dan billi jitwaħħlu bozoz ġodda u/jew jinbidlu wħud minn dawk eżistenti?
Response (BONNICI, JOSEF)
Jiena nfurmat li t-talba sabiex jizdied id-dawl fiz-zona maghrufa bhala Birguma fin-Naxxar qed tigi kkunsidrata flimkien ma` talbiet ohra.
B'riferenza għad-domanda preċedenti dwar rapport tas-Sinjuri Alfred Mifsud u John Cassar White dwar kontjiet tad-dawl u l-ilma, dan kien studju ikkummissjonat mill-kabinett sabiex wieħed jara kif il-piż tal-kontijiet jista' jittaffa u jinġabar b'mod aktar ekwu. F'dawn iċ-ċirkostanzi, jista' l-Ministru jwieġeb għall-paraguni mitluba fid-domanda preċedenti, fejn ma kienet qed tiżżeffen fin-nofs bla bżonn ebda persuna privata?
Response (BONNICI, JOSEF)
Ma ghandi xejn xi nzid ma` l-informazzjoni li tajt fit-twegiba ghall-mistoqsija numru 14693.