Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 12 PQ #4121 Sitting 66 2013-10-23 Oral · Final From: DEO DEBATTISTA To: Ministeru għas-Saħħa

Sptar tal-Onkoloġija

Question

Jista’ l-Ministru jgħid meta huwa skedat li jitlesta l-isptar tal-onkoloġija? Kemm se jiġi jiswa u x'sistemi ta' kura se jiġu introdotti ġewwa dan l-isptar?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Ninsab infurmat li ċ-Ċentru tal-Onkoloġija ġewwa l-Isptar Mater Dei huwa skedat li jibda jopera f’ nofs is-sena d-dieħla. Madankollu bħalissa għadu għaddej proċess ta’ aġġudikazzjoni ta’ tender essenzjali - dak għall estensjoni tal-electrical ring li jwassal mill Isptar Mater Dei għaċ-Ċentru tal-Onkoloġija. Dan it-tender inħareġ diversi drabi iżda mingħajr ir-riżultat mixtieq. Ninsab infurmat li l-proċess ta’ aġġudikazzjoni li għaddej bħalissa huwa mistenni li jingħalaq fil-futur qarib. L-investiment fiċ-Ċentru tal-Onkoloġija ġewwa l-Isptar Mater Dei, kofinanzjat mill-Unjoni Ewropea, huwa ta’ €54 miljun (inkluż 18% VAT). Hija mira ewlenija ta’ dan il-Gvern li ċ-Ċentru tal-Onkoloġija ġewwa l-Isptar Mater Dei ikun ċentru ta’ riferiment (reference centre) fiż-żona tal-Mediterran. Għaldaqstant bħallissa qed nagħmlu ħilietna biex nagħmlu upgrade tal-magni tar-radiotherapy , magni li hemm mixtrija sa mis-sena 2011, u li minn dak inhar l’hawn teżisti teknoloġija ferm aħjar.Iċ-ċentru ser joffri diversi sistemi ta’ kura tal-kanċer. Per eżempju, fil-qasam tar-radjuterapija (radiotherapy) iċ-ċentru ser jintroduċi sistemi ġodda ta’ VMAT (Volumetric Modulated Arc Therapy) 3D u 4D volumetric cone-beam imaging; IGRT (Image Guided Radiotherapy), eċċ. Ser jiġi ntrodott is-servizz tal-High Dose Rate (HDR) Brachytherapy. Huwa maħsub wkoll li jiġu ntrodotti progressivament sistemi ġodda ta’ terapija magħrufa bħala targeted radionuclide therapy. Dawn is-sistemi jikkumplimentaw is-servizzi diġa eżistenti ta’ trattament radioiodine (wżat, per eżempju, fit-trattament tal-kanċer tat-thyroid) Is-servizzi eżistenti tal-kimoterapija (chemotherapy) ser ikomplu jissaħħu. Huwa wkoll maħsub li eventwalment jista jiġi ntrodott sistema avvanzata ta’ radiosurgery. Id-disinn taċ-ċentru huwa diġa maħsub sabiex jilqa fiħ dawn is-sistemi ġodda.
Leg 12 PQ #4322 Sitting 66 2013-10-23 Oral · Final From: CLAUDIO GRECH To: Ministeru għas-Saħħa

Ministeru għas-Saħħa – entitajiet fid-dekasteru

Question

Jista’ l-Ministru jagħti l-lista sħiħa ta’ dipartimenti, entitajiet, units, fondazzjonijiet, aġenziji, kumitati, kunsilli, working groups u entitajiet oħra li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu u għal kull waħda jgħid min hu l-persuna li jmexxihom u kemm hemm impjegati fihom?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Ninforna lill-Onorevoli Membru li t-tweġiba għal din il-mistoqsija għadha qed tinġabar u tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 12 PQ #4323 Sitting 66 2013-10-23 Oral · Final From: CLAUDIO GRECH To: Ministeru għas-Saħħa

Ministeru għas-Saħħa – entitajiet fid-dekasteru – kuntratti

Question

Jista’ l-Ministru jagħti l-lista sħiħa ta’ kuntratti u/jew kummissjonijiet u/jew ordni ta’ twettiq ta’ xogħol in vigore għal provvista ta’ servizzi ta’ riżorsi umani minn kuntratturi (bħal security, xogħol klerikali, carers eċċ.) lill-entitajiet oħra li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu u għal kull kuntratt jgħid: a) Meta ngħata l-kuntratt; b) X’inhu t-terminu (perijodu) tal-kuntratt; c) Kif intgħażel il-kuntrattur; d) X’inhu l-valur tal-kuntratt; e) X’inhu l-iscope of supply tal-kuntratt; u f) Kemm qed jingħataw sigħat ta’ servizz f’kull kategorija ta’ ħaddiema li jkopri l-kuntratt?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Leg 12 PQ #4324 Sitting 66 2013-10-23 Oral · Final From: CLAUDIO GRECH To: Ministeru għas-Saħħa

Sptar Mater Dei – Outpatients — Ticket Referral System

Question

Jista’ l-Ministru jgħid għaliex inbidlet il-formola użata fit-ticket referral system tal-Outpatients tal-Isptar Mater Dei? Jista’ jispjega kif se jaħdem il-proċess issa?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Ninsab infurmat li t-ticket of referral ilu ħafna snin ma jiġi aġġornat. Il-format tat-Ticket of Referral issaħħaħ sabiex it-tabib tal-familja ikollu fejn jagħti indikazzjonijiet aħjar u diretti lill-isptar dwar id-dijanjosi tal-pazjent u b’hekk nassiguraw li jingħata appuntament fejn indikat. Dan it-tisħiħ se jgħin ukoll biex jitjieb l-immaniġjar u tiżdied l-effiċjenza fl-għoti ta’ l-appuntamenti fid-dipartiment ta’ l-Outpatients. Il-proċess se jibqa’ kif inhu jiġifieri li t-tabib jibgħat it-ticket of referral jew mal-pazjent jew bil-posta, u wara li jiġi evalwat, il- pazjent jingħata appuntament kif indikat mill-evalwazzjoni tal-konsulent. Dawk it-Tickets of Referral li ma jiġux mimlijin kif suppost jew b’mod ċar jerġgħu jintbgħatu lura lit-tabib għall-kjarifika. Fil-viċin se jkolna sistema on line biex it-tabib ikun jista jibgħat ir-referral ticket u għalhekk l-aċċessibilta titjieb.
Leg 12 PQ #4326 Sitting 66 2013-10-23 Oral · Final From: CLAUDIO GRECH To: Ministeru għas-Saħħa

Ministeru għas-Saħħa – Capacity Building — talbiet

Question

Jista’ l-Ministru jagħti l-lista ta’ talbiet kollha li l-Ministeru tiegħu għamel fil-proċess tal-capacity building minn Marzu 2013 ’l hawn? Għal kull talba, jista’ jgħid meta saret, jekk din ġietx approvata, u fil-każ li ġiet approvata, meta ġiet approvata?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Ninsab infurmat illi l-eżerċizzju tal-Capacity Building huwa wieħed li jsir bejn il-Ministeru għas-Saħħa u l-awtoritajiet ikkonċernati, jiġifieri l-Ministeru għall-Finanzi u l-Public Administration HR Office fi ħdan l-Uffiċċju tal-Prim Ministru. Dan l-eżerċizzju jsir fuq bażi ta’ numru ta’ laqgħat li jaslu għal ftehim dwar il-vakanzi li jiġu approvati skont il-ħtiġijiet tal-Ministeru fid-dawl tal-amministrazzjoni finanzjarja u l-policies kurrenti dwar l-amministrazzjoni tar-riżorsi umani fis-Servizz Pubbliku. Infurmat ukoll illi d-data tal-approvazzjoni tal- capacity building għal kull sejħa tidher fil-pubblikazzjoni tas-sejħa għall-applikazzjonijiet innifisha.
Leg 12 PQ #4327 Sitting 66 2013-10-23 Oral · Final From: CLAUDIO GRECH To: Ministeru għas-Saħħa

Sptar Mater Dei — Trasferiment tad-Director Nursing

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-persuna li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament, li kienet tokkupa l-kariga ta’ Director Nursing fl-Isptar Mater Dei ġietx ittrasferita kontra r-rieda tagħha?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Ninsab infurmat li l-persuna msemmija għażlet li tippreżenta Protest Ġudizzjarju fil-qorti dwar it-trasferiment tagħha mill-Isptar Mater Dei għall-Isptar ta’ Rijabilitazzjoni Karen Grech. Il-Ministeru għamilha ċara f’aktar minn okkażjoni waħda li dan it-trasferiment sar sabiex il-ħiliet tal-persuna konċernata jintużaw sabiex ikomplu jissaħħu s-servizzi ta’rijabilitazzjoni li jingħataw lill-pazjenti tagħna. Fl-isfond tad-deċiżjoni tal-persuna konċernata li tippreżenta Protest Ġudizzjarju, ninforma lill-Onorevoli Membru li jkun prudenti li f’dan l-istadju ma jsirux kummenti dwar dan il-każ, għax huwa fi stadju Sub- Judice.
Leg 12 PQ #4947 Sitting 66 2013-10-23 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru għas-Saħħa

Problema medika — każ ta’ individwu

Question

Jista’ l-Ministru jinvestiga l-każ tal-persuna li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament peress li għandha problema medika?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Ninsab infurmat li dan il-każ ġie segwid u konkluż mid-Dipartiment tal-Customer Care.
Leg 12 PQ #4948 Sitting 66 2013-10-23 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru għas-Saħħa

ħtieġa ta' operazzjoni — każ ta’ individwu

Question

Jista’ l-Ministru jinvestiga l-każ tal-persuna li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament peress li għandha bżonn operazzjoni urġenti?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Ninsab infurmat li dan il-każ ġie segwid u konkluż mid-Dipartiment tal-Customer Care.
Leg 12 PQ #4949 Sitting 66 2013-10-23 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru għas-Saħħa

bżonn ta' apparat mediku — każ ta’ individwu

Question

Jista’ l-Ministru jinvestiga l-każ tal-persuna li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament peress li għandha bżonn apparat mediku li jingħata mill-isptar imma s’issa għadha mingħajru?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Ninsab infurmat li dan il-każ ġie segwid u konkluż mid-Dipartiment tal-Customer Care.
Leg 12 PQ #4950 Sitting 66 2013-10-23 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru għas-Saħħa

Kartuna s-safra — każ ta’ individwu

Question

Jista’ l-Ministru jinvestiga l-każ tal-persuna li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament peress li għadha qed tistenna biex tingħata l-kartuna s-safra?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Ninsab infurmat li dan il-każ ġie segwid u konkluż mid-Dipartiment tal-Customer Care.
Leg 12 PQ #4951 Sitting 66 2013-10-23 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru għas-Saħħa

ħtieġa ta' gold implant — każ ta’ individwu

Question

Jista’ l-Ministru jinvestiga l-każ tal-persuna li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament peress li għandha bżonn gold implant imma s’issa għadha bla risposta?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Ninsab infurmat li dan il-każ ġie segwid u konkluż mid-Dipartiment tal-Customer Care.
Leg 12 PQ #5079 Sitting 66 2013-10-23 Oral · Final From: ETIENNE GRECH To: Ministeru għas-Saħħa

Każijiet ta’ tuberkolożi

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm każijiet ta’ tuberkolożi notifikati kull sena mis-sena 2008 sas-sena 2012? Dawn kienu ċittadini Maltin jew immigranti?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Ninsab infurmat li skond in-notifikazzjonijiet mibgħuta lit-Taqsima Kontroll u Prevenzjoni ta’ Mard, l-informazzjoni mitluba dwar in-numru ta’ każijiet ta’ tuberkolożi attiva ( pulmonari u mhux pulmonari ) bejn 2008 u 2012 rapportati huma kif se nsemmi: 2008 2009 2010 2011 2012 Maltin 13 9 7 6 7 Immigranti 34 32 23 24 28 Baranin 8 3 2 2 6 Total 55 44 32 32 41
Leg 12 PQ #5080 Sitting 66 2013-10-23 Oral · Final From: ETIENNE GRECH To: Ministeru għas-Saħħa

Każijiet ta’ lebbra

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm każijiet ta’ lebbra (leprosy) notifikati kull sena bejn is-snin 2008 u l-2012? Dawn kienu ċittadini Maltin jew immigranti?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Ninsab infurmat li skond in-notifikazzjonijiet mibgħuta lit-Taqsima Kontroll u Prevenzjoni ta’ Mard, l-Informazzjoni mitluba dwar in-numru ta’ każijiet ta’ lebbra (leprosy) bejn 2008 u 2012 rapportati huma kif se nsemmi: 2008 2009 2010 2011 2012 Maltin 0 0 0 0 0 Immigranti 1 (raġel, impurtat) 0 0 1 (raġel, impurtat) 0
Leg 12 PQ #5081 Sitting 66 2013-10-23 Oral · Final From: ETIENNE GRECH To: Ministeru għas-Saħħa

Każijiet ta’ HIV

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm każijiet ta’ HIV notifikati kull sena bejn is-snin 2008 u l-2012? Dawn kienu ċittadini Maltin jew immigranti?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Ninsab infurmat li skond in-notifikazzjonijiet mibgħuta lit-Taqsima Kontroll u Prevenzjoni ta’ Mard, l-informazzjoni mitluba dwar in-numru ta’ każijiet ta’ HIV bejn 2008 u 2012 rapportati huma kif se nsemmi: Sena HIV AIDS Immigranti Baranin Maltin 2008 28 8 15 11 10 2009 18 2 8 8 4 2010 17 6 8 7 8 2011 24 5 11 5 13 2012 30 5 17 5 13
Leg 12 PQ #5190 Sitting 66 2013-10-23 Oral · Final From: MICHAEL GONZI To: Ministeru għas-Saħħa

Mediċini out-of-stock

Question

Jista’ l-Ministru jagħti spjegazzjoni dettaljata lil din il-Kamra għaliex dawn il-mediċini importanti għas-saħħa tal-pazjenti jinstabu out-of-stock sa mill-18 ta’ Ottubru 2013: a) Travaprost eye drops b) Testosterone enante injection c) Lisinopril 5mg u 10mg d) Amiodarone 200mg e) Compount aliginate tablets f) Salbutamol inhaler g) Enalapril 5mg tablets h) Sotalol 80mg tabs i) Warfarin 1mg, 5mg j) Quetiapine 25mg k) Mesalazine 400mg l) Fybogel m) Pancreatin 10,000 n) Atenolol 25mg o) Simvastatin 20mg p) Thickening agent q) Mesalazine 1mg r) Spironolactone 25mg s) Risperidone 1mg t) Etanercept 25mg injection? X’qed jagħmel biex isolvi din il-problema kemm jista’ jkun malajr? X’qed ikunu l-linji gwida għall-pazjenti li ma jgħaddux mingħajr ċertu mediċini (eżempju l-warfarin)? Kemm minn dawn il-pazjenti qegħdin jiddaħħlu l-isptar minħabba li ma jkomplux it-trattament li suppost jieħdu?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Ninsab infurmat li l-lista tal-mediċini out of stock hija dinamika u tvarja minn ġurnata għal oħra. Ghaldaqstant, il-lista mhux neċċessarjament tirrifletti l-posizzjoni tal-istess stokk fil-213-l ispiżerija fil-Kommunita li qed tipparteċipa fl-Iskema tal-Ispiżerija tal-Għażla Tiegħek [POYC]. Barraminhekk, mhux bilfors li l-mediċina out of stock tkun nieqsa mill-ispiżeriji kollha fl-istess ħin -- f’dan ix-xenarju l-POYC Unit jgħamel dak kollu possibbli biex jittrasferixxi dik il-mediċina partikolari minn spiżerija fl-Iskema tal-POYC għall-oħra sabiex il-pazjent jkun jista jinqedgħa. Ta’ minn jgħid li l-Iskema tal-Ispiżerija tal-Għażla Tiegħek [POYC] tipprovdi biex meta mediċina tkun out of stock mill-ispiżeriji tal-Kommunita, il-pazjenti li jibbenifikaw mill-Iskema jistgħu jinqdew mil-lokalitajiet l-oħra fil-Qasam tas-Saħħa. Minħabba din il-varjazzjoni u d-dinamika kbira fil-parametri, huwa diffiċili li wieħed jikkwantifika u jiddentifka kemm kienu dawk il-mediċini li attwalment kienu out of stock matul dan il-perijodu.
Leg 12 PQ #5224 Sitting 66 2013-10-23 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru għas-Saħħa

Servizzi għall-persuni bi problemi ta’ saħħa mentali

Question

B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 845, jista’ l-Ministru jgħid jekk hux se jwaqqaf aġenzija (bħall-Aġenżija Sapport) biex toffri servizzi professjonali għall-persuni b’nuqqas ta’ saħħa mentali?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Nirreferi għat-tweġiba li ngħatat f’mistoqsija Parlamentari numru 845. Ninsab infurmat li mhux il-ħsieb tal- MJF li jidduplika ħidma diġa eżistenti. Persuni li jbagħtu b’mod ta’din ix-xorta għandhom kull sosten mill-qasam tal-kura kommunitarja u ta’sptar akut skond l-att tal-liġi tas-saħħa mentali.
Leg 12 PQ #5302 Sitting 66 2013-10-23 Oral · Final From: JUSTYNE CARUANA To: Ministeru għas-Saħħa

Għaddasa – trattamenti urġenti

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm ingħataw trattamenti urġenti lill-għaddasa f’Għawdex u f’Malta rispettivament minn Mejju sal-lum?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Ninsab infurmat li minn Mejju 2013 sal-llum ingħataw 15 il-trattament f’Għawdex u 17 il-trattament f’Malta lill-għaddasa b’urġenza.
Leg 12 PQ #4014 Sitting 65 2013-10-22 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru għas-Saħħa

Ministeru għas-Saħħa — xogħol mogħti lil individwu

Question

Jista’ l-Ministru jagħti lista ta’ xogħlijiet li ngħataw lill-individwu u/jew kumpanija li dettalji tagħhom qed jingħataw separatament, sena b’sena, mill-2004 sa Marzu 2013 mill-Ministeru tiegħu u entitajiet, aġenziji, awtoritajiet u korporazzjonijiet li jaqgħu taħtu? Jista’ jgħid jekk f’kull każ, ix-xogħol ingħatax b’direct order jew wara li saret sejħa għall-offerti? Jista’ jgħid f’kull każ kemm kienet l-ispiża? F’kull każ, min awtorizza li jsir il-ħlas? F’kull każ fiex kien jikkonsisti x-xogħol?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Leg 12 PQ #4208 Sitting 65 2013-10-22 Oral · Final From: CLAUDIO GRECH To: Ministeru għas-Saħħa

Primary Health Care — Kap Eżekuttiv – kuntratt

Question

Jista’ l-Ministru jgħid min qiegħed jagħmel ix-xogħol ta’ Kap Eżekuttiv tal-Primary Health Care u jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-kuntratt tal-persuna konċernata, jgħid kif intgħażlet u jipprovdi wkoll il-kwalifiċi u l-esperjenza tal-istess persuna?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Ninsab infurmat li l-kura Primarja għanda Kap Eżekuttiv u ntagħżel minħabba l-ħiliet u l-esperjenza li għandu fil-qasam tal-kura komunitarja. Hu kien jokupa kariga għolja fil-managment minn sa Mejju 2012 fejn kien Assistent Direttur fil-kura Primarja.
Leg 12 PQ #4209 Sitting 65 2013-10-22 Oral · Final From: CLAUDIO GRECH To: Ministeru għas-Saħħa

Kunsill għall-Qwiebel u l-Infermiera — laqgħat

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il darba ltaqa’ l-Kunsill għall-Qwiebel u l-Infermiera mill-11 ta’ Marzu 2013 sal-lum?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Ninsab infurmat li minn Marzu sas- 16 ta’ Ottubru 2013, Il-Kusill għall-Infermiera u Qwiebel iltaqa’ tlett darbiet.