Tista’ l-Ministru tgħid jekk persuna bi problemi ta’ saħħa mentali tistax tapplika biex ikollha special ID Card mill-Kunsill Nazzjonali għall-Persuni b’Diżabilità (KNPD)? X’inhuma l-benefiċċji li persuna jkollha l-iSpecial ID Card?
Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-persuna li jkollha nuqqas ta' saħħa mentali tista' tapplika għall-Ispecial ID Card.
Tista’ l-Ministru tgħid meta l-Aġenzija Sedqa se tippubblika l-istandards għar-residenzi li joffru servizzi għall-persuni bi problemi relatati ma’ addiction?
Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li huwa ppjanat li l-istandards għar-residenzi li joffru servizzi għall-persuni bi problemi relatati ma’ addiction jiġu ppublikati fl-ewwel tliet xhur tas-sena d-dieħla.
Tista’ l-Ministru twieġeb mistoqsija parlamentari 5541 u tara li jsiru x-xogħlijiet neċessarji u jinbidel il-bieb tal-komun tal-binja li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament peress li ilu iktar minn 40 sena u jinsab fi stat ħażin ħafna tant li ma jistax jingħalaq?
Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)
Tweġiba għal din il-mistoqsija parlamentari se tingħata f'seduta oħra.
Tista’ l-Ministru tara li jiġi kkuntattjat l-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament li għandu s-saqaf tal-post tiegħu qiegħed jaqa’ u huwa ta’ periklu?
Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-Awtorità tad-Djar ikkuntattjat lill-persuna kkonċernata u se ssir spezzjoni fil-ġranet li ġejjin.
Tista’ l-Ministru tgħid meta l-ħames lifts li ġew approvati qabel Marzu tal-2013 biex ikunu stallati fi blokok tal-appartamenti tal-Awtorità tad-Djar se jkunu stallati?
Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant sabiex jindika liema huma l-ħames lifts li qed jagħmel referenza għalihom.
Tista’ l-Ministru twieġeb il-mistoqsija parlamentari 3184 u ċjoè: B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 2887 tista’ l-Ministru tgħid x’inhu l-grad tas-security guard jew security guards li ġie/ġew trasferit/i għal mas-security officers fir-Residenza San Vinċenz de Paul minn wara l-aħħar elezzjoni? X’kien/u jagħmel/jagħmlu qabel ġie/ġew trasferit/i bħala security guard?
Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-grad tal-impjegati li ġew ittrasferiti għal mal-uffiċjali tas-sigurtà tal-SVPR minn wara l-elezzjoni ‘l hawn huma żewġ persuni li kienu nursing aides, persuna li kienet care worker u oħra li kienet health assistant kitchen.
Ministeru għall-Familja u s-Solidarjetà Soċjali – line votes
Question
Tista' l-Ministru tgħid kemm huwa stmat li hu meħtieġ bħala allokazzjoni finanzjarja addizzjonali taħt il-line votes tal-personal emoluments tal-vot tal-Ministeru u tal-vot tad-Dipartiment sabiex jitħallsu r-renumerazzjonijiet kollha tal-ħaddiema sal-aħħar tas-sena?
Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)
L-informazzjoni qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Ministeru għall-Familja u s-Solidarjetà Soċjali – direttiva
Question
Tista' l-Ministru tgħid għalfejn entitajiet li jaqgħu taħt il-Ministeru tagħha ma jistgħux jitkellmu mal-media jekk l-ewwel ma jagħmlux kuntatt mal-uffiċjali inkarigati mill-komunikazzjoni fil-Ministeru tagħha? Ma taħsibx li din id-direttiva qed tnaqqsas mill-ħidma ta' għarfien fuq issues soċjali li kienu jagħmlu minn jeddhom?
Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li tali direttiva hija biss maħsuba biex ikun hemm kordinament bejn l-entitajiet kollha li jaqgħu taħt il-Ministeru mmexxi minni, anke fejn għandu x’jaqsam ir-relazzjoni mal-midja. Għaldaqstant din id-direttiva tgħin u mhux ixxekkel lill-entitajiet biex ikollhom relazzjonijiet aħjar mal-midja.
Tista' l-Ministru tispjega l-għan tal-Kunsill Nazzjonali tat-Tfal? X’viżjoni għandha l-Ministru għal dan il-Kunsill? Minn min huwa kkostitwit dan il-Kunsill?
Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li dan il-bord ma ltaqgħax wara Marzu 2013, għax għadu ma ġiex rikostitwit minħabba li jridu jsiru xi tibdiliet fl-Uffiċċju tal-Kummissarju tat-Tfal.
Tista’ l-Ministru tikkonferma li kien hemm xi riżenji minn xi bordijiet li jaqgħu taħt il-Ministeru tagħha, liema bordijiet jikkonċernaw il-kura tat-tfal? Jekk fl-affermattiv min huma dawn il-persuni? X’kienet ir-raġuni wara r-riżenja tagħhom? Minn min imtlew il-postijiet vakati minn dawn il-persuni?
Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-unika riżenji kienu fuq il-Bord ta l-Addozzjoni.
Dawn ir-riżenji kienu ta’ Dr Ruth Farrugia minħabba li qegħda ċ-Chairperson tal-Kummisjoni tat-Tfal u Dr Ray Fenech u Ms Connie Griffiths Bianchi minħabba raġuni ta xogħol. Minflok inħatru Dr Adrian Camilleri, Dr Francis Fenech u Dr Dione Mifsud.
Kummissjoni Nazzjonali għall-Iżvilupp ta’ Strateġija u Policy għat-Tfal
Question
Tista’ l-Ministru tgħid il-Kummissjoni Nazzjonali għall-Iżvilupp ta’ Strateġija u Policy għat-Tfal hix qed tissostitwixxi xi struttura oħra? Peress li l-Politika Nazzjonali għat-Tfal hija waħda pjuttost riċenti, tista’ l-Ministru tgħid għaliex inħass il-bżonn li titfassal politika oħra kompletament ġdida f’daqstant żmien qasir?
Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Kummisjoni Nazzjonali għall-Iżvilupp ta’ Strateġija u Policy għat-Tfal mhix tissostitwixxi strutturi oħra. Din il-Kummisjoni qed taħdem biex fiż-żmiem li ġej, pajjiżna ikollu għall-ewwel darba l-Att dwar it-Tfal. Nħass il-bżonn li titfassal politika oħra kompletament ġdida f’daqstant żmiem qasir peress li qatt ma kien hemm struttura li tiffoka fuq strateġija u politika għat-Tfal, iżda dawn kienu jiġu l-aktar ikkunsidratti bħala parti mill-familja.
Ministeru għall-Familja u s-Solidarjetà Soċjali – contract for service
Question
Tista' l-Ministru twieġeb il-mistoqsija parlamentari 5149 u tgħid min huma dawk il-persuni li ngħataw contract for service mid-9 ta' Marzu 'l hawn? Tista' tgħid kemm tħallsu s'issa? Tista' tqiegħed kopja tal-kuntratti tagħhom fuq il-Mejda tal-Kamra?
Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)
L-informazzjoni qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Ministeru Għall-Familja u Solidarjetà Soċjali — persons of trust
Question
Tista’ l-Ministru tgħid jekk hemmx persuni li huma ngaġġati bħala persons of trust (POT) fi ħdan il-Ministeru tagħha jew entitajiet li jaqgħu taħt ir-responsabilità tagħha li ngħataw permess biex jagħmlu xogħol bit-telework? Jekk iva min huma u kemm bħala persentaġġ jistgħu jagħmlu telework mill-ħin kollu?
Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ma hemmx persuni fi ħdan il-Ministeru jew entitajiet li jaqgħu taħt ir-responsabilità tiegħi li ngħataw permess biex jagħmlu xogħol bit-telework.
Ministeru għall-Familja u Solidarjetà Soċjali — konsulenti
Question
Tista’ l-Ministru twieġeb mistoqsija parlamentari 5126 u tagħti lista aġġornata ta' persuni li qed jagħtu konsulenza fil-Ministeru tagħha u kemm qed jitħallsu f'paga, allowances u perkaċċi oħra?
Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)
L-informazzjoni qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Ministeru għall-Familja u Solidarjetà Soċjali – ingaġġ ta’ ħaddiema
Question
Tista’ l-Ministru twieġeb mistoqsija parlamentari 5127 u tagħti lista aġġornata tal-persuni li għandha jaħdmu fil-Ministeru tagħha? Kemm minn dawn ma kinux jaħdmu fis-settur pubbliku qabel ġew ingaġġati mal-Ministeru?
Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)
L-informazzjoni qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Tista’ l-Ministru tgħid jekk hemmx il-ħsieb li l-età legali fejn persuna tista’ tagħti l-kunsens tagħha għal att sesswali tinżel minn 18 għal 16 il-sena?
Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li preżentament il-Ministeru għall-Familja u Soliderjetà Soċjali jinsab fl-ewwel stadji tat-tfassil ta’ liġi komprensiva dwar it-Tfal ( l-Att dwar it-Tfal) għaldaqstant mhux jeskludi li jieħu din il-kwsitjoni in kusiderazzjoni fil-futur.
Tista’ l-Ministru twieġeb il-mistoqsija parlamentari 5307 u tgħid jekk hemmx il-ħsieb li l-età minn meta persuna tista’ tixrob l-alkoħol togħla minn 17-il sena għal 18-il sena?
Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li preżentament il-Ministeru għall-Familja u Soliderjeta’ Soċjali jinsab fl-ewwel stadji tat-tfassil ta’ liġi komprensiva dwar it-Tfal ( l-Att dwar it-Tfal) għaldaqstant mhux eskluż li l-età minima dwar xorb alkoholiku tkun diskussa f’din il-policy.
Ministeru għall-Familja u Solidarjetà Soċjali – Whistleblowing Reporting Officer
Question
Tista’ l-Ministru tgħid xi grad għandu l-Whistleblowing Reporting Officer li ġie appuntat fil-Ministeru tagħha? Min hu/hi l-Whistleblowing Reporting Officer u x’taħriġ ingħata/t?
Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-persuna rċeviet taħrig ġenerali fuq id-disposizzjonijiet tal-ligi u t-tħaddim tagħha. Għandha grad ta’ Assistant Direttur.