Jista' il-Prim Ministru jassigura li l-VAT fuq id-dawl u l-ilma mhux se tgħaddi fuq il-konsumatur?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Il-mistoqsija hi ipotetika. F’materja ta’ tassazzjoni ebda Gvern responsabbli ma jista’ jagħti xi assigurazzjoni bħal ma qed tintalab. Madanakollu żgur li dan il-Gvern mhux ser jagħmel bħal ma għamel il-Gvern Laburista meta qabad u żied ir-rati tad-dawl u l-ilma bl-addoċċ.
Peress li ħafna mill-applikazzjonijiet għar-rekluti mal-Forzi Armati ta' Malta li għalqu dan l-aħħar ġew rifjutati minħabba kontravenzjonijiet tat-traffiku li tniżżlu fuq il-kondotti, ma jaħsibx il-Prim Ministru li l-applikanti ma kellhomx jiġu mċaħħda minħabba dawn il-multi tat-traffiku?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Jien infurmat li l-proċess ta’ reklutaġġ fil-Forzi Armati, bħal kull eżami pubbliku ieħor, qiegħed jitmexxa mid-Dipartiment ta’ l-Eżamijiet u għaldaqstant l-Onorevoli Membru għandu jirreferi l-mistoqsija lill-Ministru konċernat.
B'referenza għat-tweġiba li ngħatajt għall-mistoqsija 6496, jista' il-Prim Ministru jwieġeb l-istess mistoqsija din id-darba b'referenza għal dawk maħtura biex imexxu l-MFSA?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-membri tal-Bord tal-MFSA huma maħturin mill-Prim Ministru skond Kap 330 tal-liġijiet ta’ Malta, kif emendat.
Din il-ħatra tinsab regolata skond il-kriterji u fit-termini tal-limitazzjonijiet li hemm stabbiliti fl-artikolu 6 ta’ din il-liġi, li fosthom wieħed isib il-kompetenza professjonali fis-setturi nvoluti u kompetenzi u kapaċitajiet oħra relevanti, kemm f’Malta u kemm barra minn Malta.
L-għażla tal-membri issir b’mod li kemm jista’ jkun (a) il-membership tal-Bord ikopri firxa wiesgħa tas-setturi li jaqgħu taħt il-funzjonijiet statutorji tal-MFSA u (b) jiġi assigurat illi l-Bord igawdi minn taħlita ta’ skills relevanti għat-twettiq ta’ dmirijietu.
Bord ta' Kummissarji — Appelli dwar Taxxa fuq dokumenti u Trasferimenti
Question
Jista' il-Prim Ministru jindika minn fejn wieħed jista' jakkwista' kopji ta' deċiżjonijiet mogħtija mill-Bord tal-Kummissarji Speċjali wara appelli dwar Taxxa fuq Dokumenti u Trasferimenti (Kap. 364)?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li wieħed jista’ jakkwista kopji ta’deċiżjonijiet mogħtija mill-Bord tal-Kummissarji Speċjali wara appelli dwar Taxxa fuq Dokumenti u Trasferimenti (Kap 364) mingħand is-Segretarja tal-Bord tal-Kummissarji Speċjali mid-Dipartiment tal-Capital Transfer Duty, 46, Triq il-Merkanti, il-Belt Valletta.
Persuni fi grad ta' principals li mistenni jirtiraw
Question
Jista' il-Prim Ministru jgħid kemm-il persuna fil-grad ta' principal mistennija li tirtira minn maċ-Ċivil matul il-kumplament ta' din is-sena, fis-sena 2005 u fis-sena 2006? Jsita' il-Prim Ministru jgħid kemm minnhom jaħdmu Għawdex u f'liema Dipartiment?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpllant li l-informazzjoni mitluba qegħda tinġabar u tingħata tweġiba f’xi seduta oħra.
Persuni fi grad ta' principals li mistenni jirtiraw
Question
Jista' il-Prim Ministru jgħid kemm-il persuna fil-grad ta' principal mistennija li tirtira minn maċ-Ċivil matul il-kumplament ta' din is-sena, fis-sena 2005 u fis-sena 2006? Jsita' il-Prim Ministru jgħid kemm minnhom jaħdmu Għawdex u f'liema Dipartiment?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpllant li l-informazzjoni mitluba qegħda tinġabar u tingħata tweġiba f’xi seduta oħra.
Taxxi Interni — Ħlas ta' taxxa fuq reġistrazzjoni ta' konvenji
Question
Jista' il-Prim Ministru jispjega x'kienet ir-raġuni li l-obbligazzjoni li jiġu reġistrati l-konvenji u titħallas 1% bħala taxxa provizjonarja giet proposta sa Ottubru 2004?
Jista' jispjega għaliex sa l-aħħar minuta n-nutara ma ġewx informati bl-arranġament il-ġdid?
Jista' jagħti dettalji nutar, nutar ta' kemm ġew reġistrati konvenji taħt dawn ir-regolamenti?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninsab infurmat li l-estensjoni ngħatat fuq talba ta’ diversi avukati minħabba kawżi pendenti u proċeduri fil-Qrati u fuq talba tan-Notarjat in ġenerali.
Id-deċiżjoni ttieħdet fl-aħħar ġimgħa ta’ Ġunju u n-nutara interessati ġew avżati.
In-numru ta’ konvenji ta’ bejgħ jew ta’ trasferiment ta’ proprjetà immobbli sal-1 ta’ Lulju, 2004 li bihom kien avżat il-Kummissarju tat-Taxxi Interni għall-fini tar-regoli ta’ l-Att dwar it-Taxxa fuq Dokumenti u Trasferimenti (Kap. 364) kien ta’ ħamest elef, tlett mija u sitta u tletin (5,336) li minnhom erbat elef, tmien mija u tnejn u sittin (4,862) kellhom bħala xhud tal-firem tal-partijiet in-Nutara kif muri fil-lista annessa.
Jista' jiġi verifikat jekk fil-bord li jmexxi l-Borża ta' Malta hemmx min għandu konflitt ta' interess peress li għandu kumpanniji fil-qasam finanzjarju? Tista' din il-persuna titneħħa mill-ħatra biex ma jkun hemm ebda suspett li xi ħadd jista' jieħu vantaġġ mill-mod kif taħdem u titmexxa l-Borża ta' Malta?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Filwaqt li nikkonferma li fost il-membri tal-Kunsill tal-Borża hemm min hu attiv fis-settur finanzjarju, ma jirriżultax li hemm xi persuna li għandha konflitt ta’ interess li jimpedih jew jillimitah milli jaqdi dmiru bl-ogħla integrità u imparzjalità. Dan qed jingħad anke in vista tal-funzjonijiet tal-Borża kif ġew ridefiniti bl-Att XVII ta’ l-2002, liema Att għadda r-responsabbiltajiet regolatorji u ta’ sorveljanza tal-Borża kif ukoll il-liċenzjar ta’ l-
istockbrokers
lill-Awtorità Kompetenti (
MFSA
), filwaqt li l-
Listing Authority
assumiet ir-responsabbiltà għall-awtorizzar ta’ l-ammissibilità tat-titoli għall-Lista Uffiċjali.
Jista' il-Prim Minisru jgħid jekk dan l-aħħar wasallux tagħrif dwar kif ingħataw kuntratti fl-isptar il-ġdid u jekk ħax passi dwar dan it-tagħrif u fil-każ x'passi ħa?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Jekk l-Onorevoli Interpellant qiegħed jirreferi għall-kuntratt ma’ l-iskanska, allura nikkonferma li kelli laqgħat ma’ uffiċjali għolja ta’ din is-soċjetà biex jibdew laqgħat tekniċi intensivi ħalli tiġi kristallizzata l-kwistjoni dwar l-ispiża kapitali ta’ l-isptar.
Jekk l-Onorevoli Membru qiegħed jirreferi għal għoti tal-kuntratt ta’ apparat, allura, min għandu interess jista’ jeżerċita d-dritt li tagħtih il-liġi u jirrikorri lejn l-awtoritajiet kompetenti.
Uffiċċju nazzjonali ta' l-istatistika — Popolazzjoni
Question
Jista' il-Prim Ministru jgħid kemm tgħodd il-popolazzjoni fil-gżejjer Maltin u Għawdxin preżentement?
Jista' jingħata breakdown skond is-sessi u l-age groups (maqbudin għaxar snin għaxar snin mit-twelid sa l-eta' ta' 80 sena?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li t-tagħrif mitlub jinsab fit-tabelli 3A u 3B. It-total tal-popolazzjoni jinkludi anke barranin li kienu qed jgħixu Malta sal-31 ta’ Diċembru 2003.
Dipartiment tat-taxxi interni — Ħlas ta' NI contributions
Question
Jista' il-Prim Ministru jgħid kemm hemm nies li qed iħallsu NI contributions bħalissa? Kemm hemm kategoriji differenti ta' NI? Kemm hemm nies f'kull kategorija?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li n-numru ta’ persuni li ħallsu l-kontribuzzjoni tas-Sigurtà Soċjali matul is-sena 2003 huwa dan:
Self-Employed 19,371
Impjegati 128,329
Għar-rigward ta’ kategoriji differenti, it-tagħrif jinstab fil-website tad-Dipartiment tat-Taxxi Interni. Ninforma wkoll li d-Dipartiment ma jżommx record tan-nies li hemm f’kull kategorija.
Ministeru tal-Finanzi — Xiri ta' ambaxxata ġdida fi Brussels
Question
Jista' il-Prim Ministru jgħid x'kien is-sehem tal-Ministeru tal-Finanzi fid-deċiżjoni li wasslet għax-xiri ta' l-Ambaxxata ġdida ta' Malta fi Brussels li tiswa Lm6.5 miljun? Kien hemm senserija involuta? Kif ġiet identifikata l-proprjeta' mixtrija?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-involviment tal-Ministeru tal-Finanzi f’dan il-każ kien prinċipalment l-aspett finanzjarju tat-tranżazzjoni. F’dan ir-rigward, il-Ministeru tal-Finanzi hu responsabbli għall-finanzjament ta’ l-ispiża relatata.
Mid-dokumenti li għandu l-Ministeru tal-Finanzi, ma jirriżultax li kien hemm involuta senserija.
Elezzjonijiet tal-kunsilli lokali — Votanti li talbu l-għajnuna tal-kummissarji elettorali
Question
Jista' il-Prim Ministru jgħid, lokalita' b'lokalita', kemm kienu dawk il-votanti li talbu l-għajnuna tal-kummissarji elettorali sabiex jivvotaw fl-elezzjonijiet tal-kunsilli lokali li saru fit-12 ta' Ġunju?
Response (GONZI, LAWRENCE)
L-għadd ta’ votanti li talbu l-għajnuna ta’ l-assistenti kummissjonarji elettorali sabiex jivvotaw fl-elezzjonijiet tal-kunsilli lokali fit-12 ta’ Ġunju 2004, lokalità b’ lokalità kienu skond it-tabella annessa.
Elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew — Votanti li talbu l-għajnuna tal-kummissarji elettorali
Question
Jista' il-Prim Ministru jgħid kemm kien hemm votanti li talbu l-għajnuna lil kummissarji elettorali biex jivvotaw fl-elezzjoni għall-Parlament Ewropew li saru fit-12 ta' Ġunju? Jista' jagħti l-figura għal Għawdex separatament?
Response (GONZI, LAWRENCE)
L-għadd ta’ votanti li talbu l-għajnuna lill-assistenti kummissjonarji elettorali sabiex jivvotaw fl-elezzjoni għall-membri tal-Parlament Ewropew li saret fit-12 ta’ Ġunju 2004, kien ta’ 12,679. F’Għawdex l-ammont kien ta’ 1,010.
Jista' il-Prim Ministru jgħid kemm inqatgħu biljetti ta' l-ajru u akkomodazzjoni ta' lukandi mill-aġenzija li l-isem tagħha qed jintbagħat separatament, mill-Bank Ċentrali fiż-żmien li kien Ministru tal-Finanzi l-Onor. Dalli?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Fi żmien li l-Onorevoli John Dalli kien Ministru tal-Finanzi (i.e. bejn l-14 t’April 2003 u t-22 ta’ Marzu 2004), il-Bank Ċentrali ta’ Malta qata’ 69 biljett ta’ l-ajru (li jirrappreżentaw 29% tal-biljetti kollha ta’ l-ajru li nqatgħu) u 3 okkażjonijiet ta’ okkomodazzjoni ta’ lukandi mill-aġenzija Tourist Resources. Fl-istess perjodu l-Bank qata’ 167 biljetti oħra ta’ l-ajru mingħand tliet aġenziji oħra.
Il-Kabinett kien iddeċieda dwar in-negozjati tal-Ministeru tal-Finanzi dwar ix-xiri ta' l-ambaxxata l-ġdida ta' Brussell qabel sar il-konvenju? Tista' tikkonferma jekk fin-negozjati infushom kienx hemm provvediment biex isir ħlas fit-tul jew inkella pagament kontanti? Huwa minnu li qed jiġi kkunsidrat sale and leaseback arrangement tal-proprjeta'? Jekk dan huwa minnu, dan ser isir minħabba problemi ta' cash flow u nuqqas ta' provvediment baġitarju?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Kabinett iddeċieda fuq ir-rakkomandazzjonijiet li sarulu mill-MIMCOL, u qabel ma ġie ffirmat il-konvenju.
Kemm fil-każ tal-konvenju kif ukoll fil-każ tal-kuntratt proprju, il-ħlas sar kif stipulat, jiġifieri, pagamenti fil-waqt proprju u mhux fit-tul.
F’dan l-istadju, mhux il-każ li qed jiġi kkunsidrat xi arranġament ta’ sale and leaseback tal-proprjetà.