Jista' l-Ministru jagħti informazzjoni dettaljata ta' kemm laħqet l-ispiża għall-istampar jew xiri, ta' kartolini għall-Milied 1998 u kemm ġiet tiswa l-ispiża postali konnessa ma' dawn il-kartolini, kemm mill-Ministeru, kemm mid-dipartimenti li jaqgħu taħtu, dipartiment b'dipartiment, u kemm mill-uffiċċju tas-Segretarju Permanenti fi ħdan il-Ministeru? Jista' l-Ministru jgħid fejn ġew stampati l-imsemmija kartolini? Jista' jgħid lil min intbagħtu?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Nixtieq ngħid lill-Onor. Interpellant li l-kartolini tal-Milied li ntbagħtu mid-Dipartiment tas-Saħħa u mill-Ministeru ġew stampati parti għand Beck Graphics San Ġwann, parti L-Eden Foundation u parti fl-istamperija tal-Gvern. Dawn intbagħtu lid-Diretturi, Kapijiet tad-Dipartimenti ambaxxaturi u konsli residenti kemm f'Malta u kemm barra, Korpi Kostitwiti, Bordijiet u Korporazzjonijiet.
L-Ispiża għall-istampar u xiri tal-kartolini hija skond kif ġej:
MINISTERU TAS-SAHHA MINISTERU TAS-SAĦĦA
U KURA TA' L-ANZJANI
U AFFARIJIET
TAL-FAMILJA
1998 1997
-------------------------------------------- --------------
Lm Lm
Kartolini 600.00 1559.42
Posta 160.53 1105.70
----------------------------------------- -----------------
TOTAL 760.53 2665.12
=========================================
DIPARTIMENT TAS-SAĦĦA
Kartolini Posta Total
Stampati
---------------------------------------- -----------
Lm Lm Lm
Perm. Secretary
& DCS 313.35 23.00 336.35
Govt. Pharm.
Services 12.00 2.40 14.40
Nat. Commission
Mental Health 10.60 5.46 16.06
C.G.M.O. 8.00 8.00
F.M.S. 59.00 7.66 66.66
Dept Of Health 71.22 71.22
------------------------------------------- --------
TOTAL 512.69
------------------------------------------ ---------
Jista' l-Ministru jgħid kemm għandu fil-ministeru kif ukoll fid-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu, dipartiment b'dipartiment, linji diretti tat-telephones b'aċċess għal telefonati diretti għal barra minn Malta?
Response (DEGUARA, LOUIS)
In-numru tal' linji diretti tat-telefon b'aċċess għal telefonati diretti għal barra minn Malta fil-Ministeru tas-Saħħa u d-dipartimenti li jaqgħu taħtu huwa kif jidher hawn taħt:
MINISTERU
Secretarjat 7
2(faxes)
PERMANENT SECRETARY
Uffiċċju 2
1(fax)
DIRECTOR CORPORATE SERVICES
Uffiċċju 1
1(fax)
HEALTH
Environmental Health Branch 1
Head Office - Director General 2
Head Office - Human Resources 1
Head Office - Public Health 2
Health Information 1
Health Promotion 1
Majjistral Region 1
Mount Carmel Hospital - Administrator 1
Mount Carmel Hospital - Management Team 1
Primary Health Care 1
SLH - Administration 1(fax)
SLH - Ante Natal Ward 1
SLH - Chief Executive 1(fax)
SLH - Cardiology Department 1
SLH - Diabetes Clinic 1
SLH - Engineering Division 1
SLH - Medical Administration 1
SLH - Medical Administrator 2
SLH - National Blood Transfusion Service 1
SLH - National Blood Transfusion Centre 1
SLH - Supplies Section 1
Boffa Hospital - Chairman Oncology 1
Policy and Planning 1
GOVERNMENT PHARMACEUTICAL SERVICES
Administration 2
2(faxes)
Director GPS 1(fax)
Procurement Section 1(fax)
Jista' l-Ministru jgħid huwiex jikkonsidra li jirranġa s-sistema tar-riċetti għal mediċini fil-health centres? Jaf il-Ministru bil-queues twal li jkun hemm f'health centres bħal, per eżempju ta' Ħal Qormi biex jagħmlu dawn ir-riċetti?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Id-Dipartiment tal-Kura Primarja flimkien ma dak tas-Servizzi Farmaċewtiċi dejjem jaħdmu biex jaraw kif jistgħu jtejbu s-servizzi mogħtija f'dan il-qasam. Id-dewmien li jista' jkun hemm huwa dovut għall-fatt li jkun hemm ġranet fejn in-numru ta' Tobba fiċ-Ċentru tas-Saħħa jkun limitat minħabba n-nuqqas li hemm fil-compliment.
Peress li dan l-aħħar kien hemm diversi rapporti li pazjenti ma' kienux qed jingħataw siringi biżżejjed biex jieħdu l-insulina, jista' l-Ministru jgħid kemm se ddum din is-sitwazzjoni ta' nuqqas ta' siringi u jekk dawk dipendenti mid-droga, li huma wkoll intitolati għal siringi b'xejn, humiex se jingħataw anqas b'periklu li jxerrdu l-marda ta' l-Aids?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Kemm fil-preżent kif ukoll dan l-aħħar id-dijabetiċi dejjem ingħataw l-intitolament kollu tagħhom tas-siringi fix-xahar mill-ispiżeriji taċ-Centri tas-Saħħa u ma hemm l-ebda nuqqas ta' siringi f'dan ir-rigward.
Skond ir-rekords tad-Dipartiment il-persuni dipendenti mid-droga dejjem jingħataw siringi meta jitolbu dawn miċ-Ċentri tas-Saħħa u ma hemm l-ebda pjan sabiex jingħataw inqas siringi.
Jista' l-Ministru jgħid kemm intnefqu flus s'issa fl-uffiċini tal-Ministeru biex jiġu rranġati mill-5 ta' Settembru, 1998 sal-lum? Jista' l-Ministru jagħti rendikont itemized dwar l-flus li ntnefqu?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Nixtieq ngħid lill-Onor. Interpellant li mill-5 ta' Settembru 1998 sa llum ma ntefqux flus fl-irranġar ta' l-uffiċini tal-Ministeru. L-uniku xogħol li qed isir bħalissa hu xogħol ta' restawr fit-taraġ u l-indana prinċipali, liema xogħol qed isir mill-istudenti ta' l-iskola Ġilormu Cassar.
Jista' l-Ministru jgħid bejn il-5 ta' Settembru,1998 u t-28 ta' Frar, 1999: (i) x'kienu l-kuntratti li ngħataw mill-ministeru tiegħu; (ii) min għamel l-ispecifications; (iii) min għamel l-award; (iv) intalbu quotations; (v) kemm kienet kull quotation; (vi) min rebaħ kull kuntratt; u (viii) ingħataw extensions?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Billi x-xogħol li jrid isir fuq din il-mistoqsija huwa wieħed voluminuż, jista' l-Onor. Interpellant ikun aktar speċifiku jekk għandu xi ħaġa partikulari f'moħħu.
Jista' l-Ministru jgħid jekk il-ministeru kif ukoll id-dipartimenti li jaqgħu taħtu jżommux inventarju aġġornat ta' l-affarijiet kollha li wieħed jista' jsib f'dawn il-postijiet imsemmija aktar 'il fuq?
Jista' l-Ministru jgħid kemm hi twila l-waiting list għall-operazzjonijiet tal-katarretti?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Fil-preżent hemm 503 pazjent jistennew operazzjoni tal-kataretti. 275 minnhom huma ta' waħda mill-firms u għandhom waiting time ta' 7 xhur. Il-firm l-oħra għandha 225 pazjent u waiting time ta' 5 xhur. L-ebda minn dawn l-operazzjonijiet m'huma urġenti.
F'sitwazzjoni meta l-pazjent ikollu kataretti avvanzati f'għajnejh it-tnejn w allura jkollu problemi kbar tal-vista, l-operazzjoni tingħata prijorita' u l-pazjent ma jitħalliex jistenna fil-waiting list normali.
Minħabba li fiċ-Ċimiterju ta' Santa Maria Addolorata hemm ħafna oqbra mitluqa u jidher li m'huma ta' ħadd, waqt li hemm ħafna li qegħdin fuq il-waiting list jistennew biex jixtru qabar, jista' l-Ministru jgħid x'jista' jagħmel? Kemm hemm oqbra vojta preżenti f'dan iċ-Ċimiterju? Kemm hemm applikazzjonijiet pendenti għal qabar ġdid?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li bħalissa għaddej eżerċizju mid-Dipartiment tas-Saħħa sabiex jiġu identifikati l-oqbra privati li ilhom ħamsin sena jew aktar ma jintużaw għad-dfin. Meta jitlesta dan l-eżercizju nkun f'pożizzjoni aħjar sabiex ninvestiga x'jista' jsir. Għalhekk l-informazzjoni għal din il-parti tad-domanda tingħata aktar tard.
Dwar oqbra vojta, bħalissa jeżistu ħamsin qabar vojt. Iżda dawn huma kollha 'tal-komun' jiġifieri jintużaw għal dfin ta' persuni li m'għandhomx jew ma jistgħux jindifnu f'qabar privat.
Ninforma wkoll li sa llum hemm 1349 applikazzjoni pendenti għal qabar ġdid.
Jista' l-Ministru jgħid kemm għamlet reklami l-Foundation of Medical Services mill-5 ta' Settembru, 1999? Tista' titqiegħed kopja ta' kull reklam fuq il-Mejda tal-Kamra? Kemm ġew jiswew kull sensiela ta' kull reklam fil-ġurnali?
Response (DEGUARA, LOUIS)
In-numru ta' riklami mill-5 ta' Settembru 1998 magħmula mill-Foundation of Medical Services kienu skond il-lista kif ġej:
Ingaġġ ta' Lm
Medical Equipment Engineer 1164.90
----------------------------------------- ------------
Personal Assistant to Chief
Executive Officer
Transport Officer for Ambulance 653.78
Garage SLH
------------------------------------------------ -----
Financial Controller for Government
Pharmaceutical Services (1) 352.50
------------------------------------------ -----------
Financial Controller for Government
Pharmaceutical Services (2) 1369.35
------------------------------------------------ -----
Head of Institutional Operations 1307.55
----------------------------------------- ------------
Appointment of:
Financial Auditors - F.M.S. 304.50
------------------------------------------ -----------
Avviż dwar:
Technical Information and Specifications
on Medical Equipment 1307.55
----------------------------------------- ------------
Spiża Totali 6460.43
----------------------------------------- ------------
Jista' l-Ministru jgħid min huma l-membri l-ġodda tal-Foundation of Medical Services? X'inhi l-professjoni tagħhom? X'inhi l-ID Card tagħhom? X'rwol se tilgħab il-Foundation of Medical Services fuq il-proġett ta' bini ta' sptar ġdid f'Tal-Qroqq?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Ir-risposta ghad-domanda ta' l-Onor. Intepellant hija skon kif ġej:
Membri Professjoni I.D. No.
------------------------------------------------ ---------------
Dr. Joseph L. Pace Dermatologist 467546(M)
Dr. Ray Busuttil Director General Health 415957(M)
Dr. Ray Xerri Director Policy &
Planning 252156(M)
Dr. Natasha Azzopardi Muscat Medical Officer 349573(M)
Mr. Albert A. Attard Retired 186436(M)
Mr. Rene H. Formosa Retired 743435(M)
Mr. David Spiteri Gingell Central Information
Managment Officer 000166(M)
--------------------------------------- ------------------------
Il-Bord ta' F.M.S. ser ikollu l-funzjoni tal-Kliejent u responsabilita totali tal-proġett ta' lIsptar il-Ġdid f'tal-Qroqq.
Jista' l-Ministru jgħid meta ħadem u x'ħinijiet tax-xogħol ħadem tul ix-xahar ta' Frar, 1999 il-hospital surveillance officer li ismu qed jintbagħat separatament?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Peress li l-imsemmi Security Guard bħalissa huwa temporanjament posted fil-Construction and Maintenence Department tal-Works Division, l-informazzjoni għadha qed tinġabar u t-tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm każi ta' meningococcol meningitis mill-1 ta' Jannar, 1999 sal-lum? Kemm kien hemm każi ta' meningococcol septicaemien mill-1 ta' Jannar, 1999 sal-lum? Kemm kien hemm każi ta' mwiet f'kull każ? X'kienu l-etajiet ta' dawk li mardu fiż-żewġ każi?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi mill-1 ta' Jannar 1999 sal-lum kellna ħames(5) każi ta' mard kaġunat mill-Meningococcus li jinqasmu kif ġej: Każ wieħed(1) Meninġite u erba' (4) każi Septicaemia.
Minn dawn, il-każ ta' Meninġite u wieħed mill-erba' każi ta' Septicaemia rriżultaw f'imwiet.
L-etajiet tal-każi huma kif indikati fit-tabella hawn taħt.
---------------------------------
| Tip ta' Marda | Eta' |
|-----------------|---------------|
| MM | 50 sena |
| SM | 7 snin |
| SM | 22 xahar |
| SM | 48 sena |
| SM | 13 il-sena |
---------------------------------
SM = Septicaemia Meningococcal
MM = Meningitis Meningococcal
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm każi ġodda ta' MRSA mill-1 ta' Jannar, 1999 sal-lum fl-Isptar San Luqa?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Il-każijiet ġodda ta' Methicillin Resistant Staphylococcus Aureus ġewwa l-Isptar San Luqa fl-ewwel xahrejn tas-sena 1999 kienu dawn:
----------------
| JANNAR 25 |
----------------
| FRAR 37 |
----------------
B'riferenza għall-allegat każ ta' abbuż etiku kif rapportat f'gazzetta lokali riċentement minn spiżerija privata f'Buġibba, u għal fatt dikjarat li l-Medical Council ma jista' jieħu l-ebda azzjoni jekk ma jkunx hemm rapport uffiċjali, jista' l-Ministru jikkonsidra emenda b'mod urġenti fl-istatut tal-Medical Council sabiex simili bħalma hemm stipulat fil-liġi ta' l-Ombudsman jkun jista' fuq inzijattiva tiegħu jinvestiga rapporti fil-mezzi ta' komunikazzjoni soċjali jew fejn ikun hekk magħruf dwar allegat ta'abbużi etiċi fil-kamp mediku in ġenerali?
Xi żviluppi kien hemm s'issa fil-każ imsemmi ta' Buġibba?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Il-proposta ta' l-Onor. Interpellant ġiet notata u qed tiġi kkunsidrata fid-dawl tat-tibdil li jrid isir fid-Department of Health (Constitutions) Ordinance. Nixtieq ninforma lill- Onor. Interpellant, li għadu kmieni wisq biex wieħed jikkumenta dwar l-investigazzjonijiet li qed isiru dwar dan il-każ, minħabba li dawn għadhom fl-ewwel fażi tagħhom.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm pazjenti bħalissa fis-sala għaxra (Male Ward 10) fl-Isptar Monte Carmeli? Kemm daħlu pazjenti fl-istess sala mill-24 ta' Diċembru, 1998 sal-lum? Kemm minnhom kienu first admissions u kemm kien hemm re-admissions? Kemm kien hemm transfers ta' pazjenti minn swali oħra ta' l-istess sptar għal din is-sala?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Illum 25 ta' Frar 1999, fis-sala numru 10 ta' l-irġiel hemm erba'(4) pazjenti. Tlieta(3) riferuti mill-Corradino Correctional Facility u wieħed(1) trasferit mill-Male Ward 2 (transfer intern).
Mill-24 ta' Diċembru 1998 daħlu 19 il-pazjent. Tlettax(13) il-pazjent riferuti mill-Corradino Correctional Facility u sitt(6) pazjenti trasferiti internament.
Mill-Corradino Correctional Facility, kien hemm ħamsa(5) 'first admissions' u tmienja(8) 're-admisssions'. Transfers minn swali oħra kien hemm sitta(6).
Jista' l-Ministru jgħid kemm għandu computers kemm fil-ministeru kif ukoll fid-dipartimenti kollha li jaqgħu fir-responsabbilta' tad-dekasteru tiegħu dipartiment b'dipartiment?
Jista' l-Ministru jgħid x'ditta huma?
Meta nxtraw?
Kemm swew fi spejjeż?
Response (DEGUARA, LOUIS)
L-informazzjoni mitluba tirrikjedi ħafna xogħol li l-ministeru ma huwiex f'posizzjoni li jagħmel għax għandu affarijiet ħafna aktar importanti x'jagħmel.
Jekk l-Onorevoli Interpellant għandu xi raġuni speċifika għaliex irid ikun infurmat rigward xi kompjuters partikolari, jagħtini d-dettalji biex imbagħad tinġabar l-informazzjoni mitluba.
Jista' l-Ministru jgħid kif inhu organizzat ix-xogħol tal-manutenzjoni fl-Isptar Monte Carmeli? Kemm hemm ħaddiema? Kemm hemm min jissorvelja u jorganizza x-xogħol? X'inhu l-budget għal dan ix-xogħol? X'inhuma r-riżultati miksuba?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Ix-xogħol ta' manutenzjoni fl-Isptar Monte Carmeli huwa mqassam f'ħames sezzjonijiet.
1. Is-sezzjoni tal-Mastrudaxxi fejn hemm Supervisor u Technical Officer
2. Is-sezzjoni taż-Żebbiegħa b'Supervisor u Technical Officer.
3. Is-sezzjoni tal-Mechanical/Electrical/Upholsterer b'Supervisor.
4. Il-Boiler House b'Technical Officer.
5. Is-sezzjoni tal-Blacksmiths b'Supervisor.
In-numru ta' ħaddiema li jaqgħu taħt dawn is-sezzjonijiet huwa 43 minbarra is-Supervisors, it-Technical Officers u s-Senior Technical Officers.
B'dan il-mod il-livell tax-xogħol jinżamm tajjeb kemm jista' jkun. Il-budget tas-Sezzjoni tal-Manutenzjoni jifforma parti mill-budget tal-Isptar Monte Carmeli.
Jista' l-Ministru jispjega kif fl-Isptar Monte Carmeli t-transport supervisor jidħol jagħmel xogħol overtime ta' telephone operator u l-assistant technical officer jidħol jagħmel xogħol overtime ta' transport supervisor? Fuq liema bażi jitqassam dan l-overtime?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Minħabba li kien hawn operators bis-'sick leave' fl-istess żmien, saru arranġamenti proviżorji biex is-servizz jibqa' miexi. Ta' min jgħid ukoll li preżentament qed jiġu kkunsidrati miżuri addattati biex is-servizz jibqa' jitmexxa mingħajr il-bżonn ta' 'overtime'. Fl-ambitu ta' dawn il-ħtiġijiet inqalgħet okkażżjoni waħda fejn din il-persuna għamlet xogħol ta' 'overtime' ta' Transport Supervisor.