Nirreferi lill-Ministru għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari numru 9602. Jekk ma jinżammux dettalji separati dwar flus minfuqa speċifikament fuq manutenzjoni għall-għases, jista' l-Ministru jgħidilna kif jista' jsir kontroll fuq il-flus minfuqa fuq materjal li jintuża u jkun żgurat li ma jkunx hemm abbużi? Min hu responsabbli fil-Korp tal-Pulizija biex jara li l-infiq fuq manutenzjoni ta' għases ikun sar sewwa?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat li għalkemm ma jinżammux dettalji separati dwar flus minfuqa speċifikament fuq manutenzjoni għall-Għases, fl-Uffiċċju tal-Quartermaster jinżammu records ta' kull requisition u ħruġ ta` materjal u/jew provvisti oħra relatati ma' dan ix-xogħol. Billi dawn ir-records ma jinżammux taħt forma kompjuterizzata, biex tinġabar l-informazzjoni mitluba jrid isir eżami manwali tar-records li jinħtieġ ħafna żmien u riżorsi. Ma jidhirlix li l-użu ta' dan iż-żmien u riżorsi biex isir eżami msemmi hu ġustifikat.
Ninsab infurmat ukoll li l-Korp tal-Pulizija għandu uffiċċjal inkarigat mit-Taqsima tas-Snajja li huwa responsabbli biex jara li x-xogħol kollu ta' dan it-tip ikun sar sewwa.
19.10.99 (p.m.)
Jikkonferma l-Ministru li waħda mir-raġunijiet - jekk mhux dik prinċipali - li għadhom ma ġewx appuntati supritendenti ġodda fil-Korp tal-Pulziija huwa għaliex l-awtoritajiet qed jistennew l-eżitu ta' passi dixxiplinari kontra xi spetturi, kif elenkat fil-mistoqsija parlamentari numru 9869?
Response (BORG, TONIO)
M'għandi xejn xi nżid mat-Tweġiba li jien tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 9597 dwar dan is-suġġett.
19.10.99 (p.m.)
Jista' l-Ministru jgħid jekk f'każ ta' toroq/trejqiet privati li jiġu surfaced b'materjal tal-gvern bi spejjeż għal gvern dawn it-toroq/trejqiet isirux pubbliċi minkejja li ma ssirx expropriation tagħhom?
Response (BORG, TONIO)
Il-kompitu tat-Taqsima tal-Proprjeta` tal-Gvern fi ħdan il-Ministeru tiegħi mhux li tiddeċiedi jekk art hix pubblika jew le, iżda hix tal-Gvern jew le.
Art privata ssir tal-Gvern wara li jiġi ffirmat it-trasferiment b'kuntratt pubbliku.
19.10.99 (p.m.)
Jista' l-Ministru jgħid kemm kienu jammontaw il-persuni li tressqu l-qorti mill-pulizija akkużati b'logħob ta' l-azzard matul is-snin 1993, 1994, 1995, 1996, 1997 u 1998 sena b'sena?
Jista' l-Ministru jgħid kemm minnhom inqatgħetilhom il-kawża u kemm minnhom instabu ħatja u x'ġew ikkundannati?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat li t-tagħrif hekk kif mitlub mill-Onorevoli Interpellant ma jinżammx taħt forma ta' statistika.
19.10.99 (a.m.)
Jista' l-Ministru jgħid kemm kienu jammontaw il-persuni li tressqu l-qorti mill-pulizija akkużati b'dagħa jew kliem ħażin fil-pubbliku matul is-snin 1993, 1994, 1995, 1996, 1997 u 1998 sena b'sena?
Jista' l-Ministru jgħid kemm minnhom inqatgħetilhom il-kawża u kemm minnhom instabu ħatja u x'ġew ikkundannati?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat li t-tagħrif hekk kif mitlub mill-Onorevoli Interpellant ma jinżammx taħt forma ta' statistika.
19.10.99 (a.m.)
Jista' l-Ministru jgħid kemm kienu jammontaw il-persuni li tressqu l-qorti mill-pulizija akkużati b'vandaliżmu fuq siti storiċi u arkeoloġiċi matul is-snin 1993, 1994, 1995, 1996, 1997 u 1998 sena b'sena?
Jista' l-Ministru jgħid kemm minnhom inqatgħetilhom il-kawża u kemm minnhom instabu ħatja u x'ġew ikkundanati?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat li t-tagħrif hekk kif mitlub mill-Onorevoli Interpellant ma jinżammx taħt forma ta' statistika.
19.10.99 (a.m.)
Jista' l-Ministru jgħid kemm kienu jammontaw il-persuni li tressqu l-qorti mill-pulizija akkużati b'evażjoni tat-taxxa tal-Boll matul is-snin 1993, 1994, 1995, 1996, 1997 u 1998 sena b'sena?
Jista' l-Ministru jgħid kemm minnhom inqatgħetilhom il-kawża u kemm minnhom instabu ħatja u x'ġew ikkundannati?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat li t-tagħrif hekk kif mitlub mill-Onorevoli Interpellant ma jinżammx taħt forma ta' statistika.
19.10.99 (a.m)
Jista' l-Ministru jgħid kemm kienu jammontaw il-persuni li tressqu l-qorti mill-pulizija akkużati b'evażjoni tat-taxxa tal-VAT matul is-snin 1995, 1996, 1997 u 1998 sena b'sena?
Jista' l-Ministru jgħid kemm minnhom inqatgħetilhom il-kawża u kemm minnhom instabu ħatja u x'ġew ikkundannati?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat li t-tagħrif hekk kif mitlub mill-Onorevoli Interpellant ma jinżammx taħt forma ta' statistika.
19.10.99 (a.m.)
Jista' l-Ministru jgħid kemm kienu jammontaw il-persuni li tressqu l-qorti mill-pulizija akkużati b'evażjoni tat-taxxa ta' l-Income matul is-snin 1993, 1994, 1995, 1996, 1997 u 1998 sena b'sena?
Jista' l-Ministru jgħid kemm minnhom inqatgħetilhom il-kawża u kemm minnhom instabu ħatja u x'ġew ikkundanati?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat li t-tagħrif hekk kif mitlub mill-Onorevoli Interpellant ma jinżammx taħt forma ta' statistika.
19.10.99 (a.m.)
Jista' l-Ministru jara li l-Awtorita' ta'l-Ippjanar tibgħat uffiċjali tagħha jispezzjonaw il-bini kollu li hemm fi Triq is-Sebuqa f'San Ġwann? Tista' l-Awtorita' ta'l-Ippjanar tivverifika jekk fit-triq imsemmija sarx żvilupp ta' bini meta ma kienx hemm applikazzjoni għalih?
Response (BORG, TONIO)
B'riferenza għal-Mistoqsija Parlamentari Nru. 10268 dwar żvilupp illegali fi Triq is-Sebuqa f'San Ġwann, ninforma l-Onorevoli Membru illi jirriżulta li fiż-żona ndikata nħareġ Stop and Enforcement Notice skond l-Att I ta' l-1992 dwar l-Iżvilupp, avviż numru ECF 153/99, fil-15 ta' Frar 1999. Dan għaliex irriżulta li l-iżvilupp li sar ma kienx konformi mal-permess PA 5404/98 maħruġ fid-29 ta' Ottubru 1998.
Sussegwentement, fl-24 ta' Marzu 1999 saret applikazzjoni (PA 1498/99) sabiex tissana l-iżvilupp li sar, kif ukoll sabiex isiru xi alterazzjonijiet għall-permess oriġinali, liema applikazzjoni għada pendenti quddiem l-Awtorita` ta' l-Ippjanar.
19.10.99 (a.m.)
Jista' l-Ministru jagħti lista tal-ħlasijiet speċjali u/jew allowances oħra mogħtija wara s-6 ta' Settembru, 1998 lil uffiċjali fil-Ministeru/dekasteru tiegħu għal servizzi mogħtija qabel dik id-data, u dan b'deċiżjoni speċifika tal-Gvern preżenti, skond kull każ? Jista' jekk jogħġbu f'kull każ, jagħti r-raġunijiet għall-ħlasijiet li jsiru/jew saru?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat li l-uniku ħlas li sar mid-Dekasteru ta' l-Intern fir-rigward ta' servizzi mogħtija qabel is-6 ta' Settembru, 1998, jikkonċernaw l-allowance dovuta lill-Kummissarju tal-Pulizija talli kien qed jaqdi d-dmirijiet bħala Kap tas-Servizzi ta' Sigurta`. L-ammont li tħallas kien ta' Lm4,327.10 li jkopri l-perijodu 1 ta' Settembru, 1996 sal-5 ta' Settembru, 1998.
It-tagħrif dwar xi ħlasijiet li setgħu saru mill-Awtorita` ta' l-Ippjanar jingħata f'xi seduta oħra jekk ikun il-każ.
19.10.99 (a.m.)
Jista' l-Ministru jgħid kemm kienu jammontaw il-persuni li tressqu l-qorti mill-pulizija akkużati b'serq aggravat bi vjolenza matul is-snin 1993, 1994, 1995, 1996, 1997 u 1998 sena b'sena?
Jista' l-Ministru jgħid kemm minnhom inqatgħetilhom il-kawża u kemm minnhom instabu ħatja u x'ġew ikkundannati?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat li t-tagħrif hekk kif mitlub mill-Onorevoli Interpellant ma jinżammx taħt forma ta' statistika.
18.10.99
Jista' l-Ministru jgħid kemm kienu jammontaw il-persuni li tressqu l-qorti mill-pulizija akkużati b'serq matul is-snin 1993, 1994, 1995, 1996, 1997 u 1998 sena b'sena?
Jista' l-Ministru jgħid kemm minnhom inqatgħetilhom il-kawża u kemm minnhom instabu ħatja u x'ġew ikkundannati?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat li t-tagħrif hekk kif mitlub mill-Onorevoli Interpellant ma jinżammx taħt forma ta' statistika.
18.10.99
Jista' l-Ministru jgħid kemm tressqu persuni l-qorti mill-pulizija fuq: (a) vjolenza domestika; u (b) abbuż fuq it-tfal u x'kien it-tip ta' abbuż f'kull każ?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat li t-tagħrif hekk kif mitlub mill-Onor. Interpellant ma jinżammx taħt forma ta' statistika.
18.10.99
Jista' l-Ministru jgħid jekk il-Planning Authority hijiex se tibqa' tagħti permess għal change of use ġo bini eżistenti ġewwa Ta' Xbiex? Jekk iva, kemm hemm applikazzjonijiet ta' dan it-tip pendenti? Kemm ingħataw permessi sena b'sena fil-ħames snin li għaddew?
Response (BORG, TONIO)
Dwar l-ewwel parti tal-Mistoqsija ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Bord tal-Kummissjoni għal Kontroll ta' l-Iżvilupp jeżamina kull applikazzjoni u jiddeċiedi kull każ skond il-meriti tiegħu.
Hemm sitt applikazzjonijiet ta' dan it-tip pendenti.
Il-permessi li għaddew f'dawn l-aħħar ħames snin kienu hekk :
1993 - 1
1994 - 1
1995 - 1
1996 - 2
1997 - 6
1998 - 5
1999 - 4
Ma' dawn wieħed għandu jżied tlett (3) permessi li ngħataw mill-Bord ta' l-Appell [wieħed (1) fl-1998 u tnejn (2) fl-1999].
18.10.99
Jista' l-Ministru jgħid jekk din is-sena l-pulizija tellgħetx nisa ta' nazzjonalita' barranija l-qorti fuq reati konnessi ma' prostituzzjoni u/jew għemil żieni? Jekk iva, min liema pajjiżi kienu u x'weħlu f'kull każ?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat li din is-sena, sa l-aħħar ta' Settembru, ma kienx hemm nisa ta' nazzjonalita` barranija li ttellgħu l-Qorti fuq reati konnessi ma`
Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-aħħar statut ta' l-Assoċjazzjoni Sportiva Tigne'?
Response (BORG, TONIO)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta` l-istatut li kienet ġiet ippreżentata ma` l-applikazzjoni sabiex tiġi reġistrata l-assoċjazzjoni li rrefera għaliha l-Onor. Interpellant.
18.10.99
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari numru 10061?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat li biex jinġabar it-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant għal Mistoqsija Parlamentari Nru. 10061 irid isir eżami manwali tal-files u r-records li jinħtieġ ħafna żmien u ħafna riżorsi. Ma jidhirlix li l-użu ta' dan iż-żmien u riżorsi biex isir dan l-eżami hu ġustifikat.
18.10.99
Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx applikazzjoni u jekk fl-affermattiv ġietx approvata, għall-istallazzjoni ta' airconditioner fuq barra mill-każin tal-Malta Labour Party fi Triq ir-Repubblika, il-Belt?
Response (BORG, TONIO)
B'riferenza għal-Mistoqsija Parlamentari Nru. 10405 dwar jekk hemmx applikazzjoni għall-installazzjoni ta' airconditioner fuq barra mill-każin tal-Malta Labour Party fi Triq ir-Repubblika, il-Belt, jirriżulta li nħareġ Stop and Enforcement Notice skond l-Att I ta' l-1992 dwar l-Iżvilupp, avviż numru ECF 874/99, fis-7 ta' Ottubru 1999 għall-installazzjoni ta' kompressur a/c fuq il-faċċata tal-Każin tal-MLP f'numru 41, Triq ir-Repubblika, il-Belt Valletta. Sal-lum ma saret l-ebda applikazzjoni jew appell sabiex tissanzjona din l-Enforcement Notice.
18.10.99
Jista' l-Ministru jgħid jekk id-Dipartiment ta' l-Artijiet biddilx il-policy tiegħu dwar il-kiosks ta' Buġibba peress li qiegħed jidher li xi sidien qegħdin ipoġġu l-kiosks tagħhom fil-pożizzjoni li kellhom qabel ma sar il-proġett ta' Buġibba?
Response (BORG, TONIO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-policy tad-Dipartiment ta' l-Artijiet dwar il-kiosks ma inbidlitx.
Pero` ninsab infurmat li operatur ta' kiosk f'Buġibba ċaqlaq il-kiosk tiegħu mingħajr permess u d-Dipartiment qed jieħu l-miżuri kollha meħtieġa biex din titneħħa.
18.10.99