Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #15163 Sitting 272 2000-03-28 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Data Protection Bill

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li diġa' sar l-ewwel qari tad-Data Protection Bill, Computer Misuse Bill, Electronic Communications and Transactions Bills? Meta suppost li l-ewwel kellha titressaq white paper dwarhom?

Response (BONNICI, JOSEF)

Nissuggerixxi lill-Onorevoli Interpellant jaghmel il-mistoqsija lill-Ministru kkoncernat.
Leg 9 PQ #15098 Sitting 271 2000-03-27 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

National Stormwater Masterplan

Question

Jista' l-Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari numru 14812?

Response (BONNICI, JOSEF)

Il-progett li qed jigi preparat jinkludi zvilupp ta` Master Plan sabiex jigi determinat l-ahjar mod kif isir immaniggjar u uzu ta` l-ilma tax-xita. Dan ser ikun wiehed minn serje ta` progetti li ser jigu sottomessi ghall-finanzjament taht il-Pjan ta` Azzjoni (Action Plan) imfassal mill-Euro-Mediterranean Partnership. Ftehim ghall-bazi ghal dan il-Pjan ta` Azzjoni kien gie milhuq mill-Ministri responsabbli ghall-Ilma fil-konferenza ministerjali li saret f`Turin f`Ottubru tal-1999. Dan il-Pjan jippromwovi sitt suggetti ta` azzjoni li huma kkunsidrati ta` prijorita`. Huwa mistenni li s-sejha mill-Kummissjoni ta` l-Unjoni Ewropea ghas-sottomissjoni ta` progetti taht dan il-Pjan ta` Azzjoni ssir fi zmien mhux il-boghod.
Leg 9 PQ #15102 Sitting 271 2000-03-27 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Ġnejna — Telefon fil-bajja

Question

Jista' l-Ministru jara li jiġi nstallat telefon għal pubbliku fil-bajja tal-Ġnejna peress li jekk jiġri inċident hemmhekk m'hemm l-ebda mod ta' komunikazzjoni (is-servizz tal-mobile phones ma jinqabdux)?

Response (BONNICI, JOSEF)

Ninsab infurmat li fil-Bajja tal-Gnejna ghadu mhux teknikament possibbli li tigi nstallata payphone. Il-Maltacom qed taghmel minn kollox biex tinstab soluzzjoni f`dan ir-rigward.
Leg 9 PQ #15130 Sitting 271 2000-03-27 Oral · Final From: MICHAEL FARRUGIA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Naxxar — Birguma - Telephone box

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li ssir telephone box fl-area ta' Birguma, Naxxar? Jekk fl-affermattiv, meta hemm il-ħsieb li din issir?

Response (BONNICI, JOSEF)

Ninsab infurmat li l-Maltacom ser tiddiskuti din it-talba mal-Kunsill Lokali tan-Naxxar u, jekk hemm il-htiega u jekk ikun teknikament possibbli, titwahhal payphone mill-aktar fis possibbli.
Leg 9 PQ #15147 Sitting 271 2000-03-27 Oral · Final From: JOE DEBONO GRECH To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

MIA — Ganado and Associates

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm tħallset tax-xogħol li għamlet fl-MIA il-kumpannija Ganado and Associates għas-snin 1995, 1996, 1997, 1998 u 1999 rispettivament?

Response (BONNICI, JOSEF)

L-informazzjoni mitluba hija ta` natura kummercjali u ghalhekk ma jkunx fl-interess tal-Kumpanija li din tixxandar.
Leg 9 PQ #15148 Sitting 271 2000-03-27 Oral · Final From: JOE DEBONO GRECH To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

MIA — Promotion Services Ltd

Question

Jista' l-Ministru jgħid liema xogħol għamlet fl-MIA l-Promotion Services Ltd u kemm tħallset għal dan ix-xogħol għas-snin 1995, 1996, 1997, 1998 u 1999 rispettivament?

Response (BONNICI, JOSEF)

L-informazzjoni mitluba hija ta` natura kummercjali u ghalhekk ma jkunx fl-interess tal-Kumpanija li din tixxandar.
Leg 9 PQ #15149 Sitting 271 2000-03-27 Oral · Final From: JOE DEBONO GRECH To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

MIA — MISCO

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'xogħol għamlet is-soċjeta' MISCO għall-MIA u kemm tħallset għal dan ix-xogħol għas-snin 1995, 1996, 1997, 1998, 1999 rispettivament?

Response (BONNICI, JOSEF)

L-informazzjoni li qed jitlob l-Onorevoli Interpellant hija ta` natura kummercjali u ghalhekk mhux ragjonevoli li din issir pubblika.
Leg 9 PQ #15150 Sitting 271 2000-03-27 Oral · Final From: JOE DEBONO GRECH To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

MIA — Uffiċini - Xogħlijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid għaliex tkissru l-uffiċini ta' l-MIA li kienu għadhom ġodda? Kemm se jiswew ix-xogħlijiet u minn min sejrin isiru? Ħarġet offerta għal dan ix-xogħol?

Response (BONNICI, JOSEF)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant ghat-twegiba li tajt ghall-mistoqsija numru 13651 waqt is-Seduta numru 235 maghmula minnu stess fejn spjegajt ir-ragunijiet ghaliex sar ix-xoghol fl-ufficini ta` l-M.I.A.
Leg 9 PQ #15151 Sitting 271 2000-03-27 Oral · Final From: JOE DEBONO GRECH To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

MIA — Impjegati

Question

Jista' l-Ministru jgħid fuq liema merti ċertu safety security assistant ġie mogħti promozzjoni ta' supervisor safety/security fejn ix-xogħol li kellu u għadu jagħmel hu ta' xufier taċ-chairman ta' l-MIA? Fuq liema merti ġiet mogħtija promozzjoni lill-ċertu impjegata safety/security assistant għal supervisor fejn issa xogħolha jidher li huwa ta' cleaner/teamaker fl-uffiċċju tal-manager safety/security?

Response (BONNICI, JOSEF)

Tajjeb jinghad li l-promozzjonijiet li inghataw dan l-ahhar fl-M.I.A., saru fuq kriterji cari u stabbiliti u bbazati fuq l-esperjenza fix-xoghol u l-hila ta` l-applikant. Il-fatt li persuna llum qed taghmel xoghol ta` sewqan mac-Chairman, bl-ebda mod ma ghandu jippenalizza lil dan l-impjegat. Ta` l-impjegat ilu jahdem fuq xoghol ta` sigurta` ghal dawn l-ahhar tmien snin. Dwar l-allegazzjoni li persuna li nghatat promozzjoni ghal supervisor u li issa qed taghmel xoghol ta` cleaner teamaker, ninsab infurmat li din hija infondata.
Leg 9 PQ #15185 Sitting 271 2000-03-27 Oral · Final From: JASON AZZOPARDI To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Enemalta — Fuel

Question

Wara r-rapporti fil-ġurnali li l-Korporazzjoni Enemalta ħejjiet pjanijiet biex tmexxi l-ħażna tal-fuel tagħha minn Birżebbuga għal-lokalita' anqas abitata, jista' l-Ministru jgħid għaliex il-korporazzjoni qed tonfoq tant flus fl-istess installazzjoni antika b'tinda ġdida fejn jgħabbu l-bowsers, pajpijiet ġodda lejn din l-installazzjoni u oħrajn u sistema ġdida ta' fire fighting?

Response (BONNICI, JOSEF)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li x-xogholijiet indikati minnu kienu bdew fi zmien l-amministrazzjoni precedenti. Jiena nfurmat li t-trasferiment ta` l-impjant ghal sit iehor mhux mistenni li jsir qabel is-sena 2005 u ghalhekk dan ix-xoghol irid jitlesta. Tajjeb jinghad ukoll li z-zewg `floating roof tanks` li kellhom jinbnew f`Birzebbuga mhux ser isiru.
Leg 9 PQ #15186 Sitting 271 2000-03-27 Oral · Final From: JASON AZZOPARDI To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Enemalta — Impjegati - Kumpens fuq inġustizzji

Question

In vista' tar-risposta għall-interpellanza numru 12150 tas-seduta numru 215 ta' l-10 ta' Jannar, 2000, jista' l-Ministru jissottometti r-rapport mitlub li għandu jinkludi l-ismijiet tal-persuni li ngħataw kumpens, l-ammont li ngħata lil kull individwu u x'kienet f'kull każ l-allegata inġustizzja li ġiet ikkumpensata? Kien hemm talbiet għal kumpens li ma ġewx aċċettati?

Response (BONNICI, JOSEF)

Ma ghandi xejn xi nzid mat-twegiba li tajt ghall-mistoqsija numru 12150 waqt is-Seduta numru 215.
Leg 9 PQ #15189 Sitting 271 2000-03-27 Oral · Final From: JASON AZZOPARDI To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Enemalta — Impjegati

Question

Jista' l-Ministru jgħid min huma dawk l-impjegati tal-Korporazzjoni Enemalta li qegħdin fil-grad ta' executive officer u senior supervisor? Jista' jgħid, għal kull individwu, meta dan/din laħaq/laħqet u x'mezz intuża mill-korporazzjoni għall-upgrading/promozzjoni tagħhom?

Response (BONNICI, JOSEF)

Twegiba tinghata f`xi Seduta ohra.
Leg 9 PQ #15206 Sitting 271 2000-03-27 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Enemalta — Għawdex - Arbli tad-dawl

Question

Jista' l-Ministru jara li l-Korporazzjoni Enemalta fl-aħħar ssolvi l-problema li hemm f'Għawdex dwar t-twaħħil ta' l-arbli tad-dawl? Jaf il-Ministru li l-kuntrattur il-ġdid li ġie nkarigat mill-korporazzjoni m'għandux arbli tad-dawl, peress li dawn l-istess arbli tad-dawl qegħdin fil-pussess tal-kuntrattur il-qadim u li qiegħed jirrifjuta li jagħti dawn l-arbli lill-kuntrattur il-ġdid?

Response (BONNICI, JOSEF)

Jiena nfurmat li hija l-prattika li l-kuntrattur li jkun inkarigat mill-kuntratt il-qadim ta` twahhil ta` l-arbli, jispicca x-xogholijiet li jkun ghadu nkarigat minnhom skond il-kuntratt u ghalhekk mhuwiex il-kaz li l-kuntrattur il-gdid ma bediex ix-xoghol ghar-raguni moghtija mill-Onorevoli Interpellant. Skond il-kuntratt attwali, il-kuntrattur il-gdid jista` jghabbi l-arbli li ghandu bzonn mill-imhazen tal-Korporazzjoni Enemalta.
Leg 9 PQ #13348 Sitting 270 2000-03-22 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Ministeru tas-Servizzi Ekonomiċi — Karozzi mikrija

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk mill-5 ta' Settembru, 1998 'l hawn kienx hemm xi karozzi mikrija lill-Ministeru jew xi entita' oħra li taqa' taħt id-dekasteru tiegħu, jew mixtrija mill-ministeru jew minn xi entita' oħra li taqa' taħt id-dekasteru tiegħu, jew proprjeta' tal-ministeru jew ta' xi entita' oħra li taqa' taħt id-dekasteru tiegħu, li qed jintużaw minn individwi li m'humiex uffiċjali jew impjegati mal-ministeru jew xi entita' oħra li taqa' taħt id-dekasteru tiegħu? Jekk fl-affermattiv, jista' l-Ministru jgħid: (1) minn min qed jintużaw; (2) minn meta bdew jintużaw; (3) x'marka huma l-karozzi u meta nxtraw; (4) kemm swew fi flus Maltin; (5) xi kriterji ntużaw biex qed jintużaw minn min qed jintużaw?

Response (BONNICI, JOSEF)

Fil-kaz ta` membri tas-Segretarjat tieghi u taz-zewg Segretarji Parlamentari li jiffurmaw id-dekasteru tieghi, il-kriterji dwar uzu ta` karozzi ufficjali huma mnizzlin fid-dokument `Engagement of Staff for Private Secretariats` li tpogga fuq il-Mejda tal-Kamra. Fil-kaz ta` ufficjali ohra fid-deksteru tieghi li ghandhom ftehim jew kuntratt, l-uzu huwa regolat minn tali ftehim jew kuntratt. Il-karozzi ufficjali l-ohra kollha ghandhom jintuzaw minn min ghandu l-permess jaghmel dan. Jekk l-Onorevoli Interpellant ghandu xi kaz f`mohhu li huwa jidhirlu li jiena ghandi nkun naf bih, nitolbu jaghtini l-informazzjoni rilevanti.
Leg 9 PQ #14841 Sitting 270 2000-03-22 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Prodotti ta' l-ikel — Data ta' skadenza

Question

Fl-ewwel xahrejn ta' din is-sena kemm inqabdu ħwienet li kienu qed jbiegħu affarijiet ta' l-ikel, ħelu u materjal ieħor li kien skadut jew kienet għaddiet il-best by date? Xi prodotti kienu? X'sar minnhom? F'liema inħawi nqabdu? X'passi ttieħdu? Kemm saru spezzjonijiet minn uffiċjali tad-dipartment għal dan il-għan?

Response (BONNICI, JOSEF)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant jaghmel din il-mistoqsija lill-Ministru tas-Sahha.
Leg 9 PQ #14848 Sitting 270 2000-03-22 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

WSC — Kontijiet

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari numru 14602, Seduta Nru. 261?

Response (BONNICI, JOSEF)

Jiena nfurmat li n-numru ta` kontijiet tad-dawl u ta` l-ilma li hargu matul Jannar u Frar ta` din is-sena jammontaw ghal 201,941. Sal-15 ta` dan ix-xahar l-ilmenti dwar zieda fil-konsum tad-dawl u ilma kienu jammontaw ghal 8,195 jigifieri erbgha fil-mija tal-kontijiet li nhargu. Minn dan l-ammont ta` ilmenti, 926 kienu gustifikati. Dan ifisser li 11 fil-mija biss ta` l-ilmenti kienu gustifikati. L-ilmenti gustifikati fil-maggoranza taghhom kienu jitrattaw in-numru ta` persuni f`kazi fejn il-konsumatur qatt ma kien informa lill-Korporazzjoni ghas-Servizzi ta` l-Ilma dwarhom u stimi f`kazi fejn il-konsumatur ma fetahx meta l-meter reader mar jiehu l-qari ta` l-arloggi. Mhux possibbli li tinghata c-cifra globali li tnaqqset minghajr riferenza specifika ghal kull file tal-kontijiet. Apparti li dan jiehu hafna zmien, aggustamenti bhal dawn isiru kuljum u ghalhekk ic-cifra ma tkunx wahda ezatta.
Leg 9 PQ #14798 Sitting 269 2000-03-22 Oral · Final From: JOSEPH M. SAMMUT To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Żurrieq — Triq Luca Zurki

Question

Jista' l-Ministru jara li l-vultaġġ tal-kurrent elettriku fi Triq Luca Zurki, Żurrieq, ikun wieħed stabbli u mhux tant baxx illi ma jsostnix lanqas fridge, bil-konsegwenza li r-residenti qegħdin isofru finanzjarjament minħabba l-ħsara li ta' spiss tiġrilhom fl-appliances?

Response (BONNICI, JOSEF)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant ghat-twegiba li tajt ghall-Mistoqsija numru 14791 dwar l-istess suggett waqt is-Seduta numru 268.
Leg 9 PQ #14837 Sitting 269 2000-03-22 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

WSC — Kontijiet

Question

B'riferenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 14313 dwar kontijiet tad-dawl u l-ilma, jista' l-Ministru jgħid kemm fil-fatt kienu l-ilmenti li waslu dwar dawn il-kontijiet? Peress li hemm partijiet mill-mistoqsija li ma weġibx għaliha, jikkonferma l-Ministru li: (a) xi kontijiet tnaqqsu b'mod sostanzjali u kemm kien in-numru ta' dawn il-kontijiet; u (b) jista' jgħid b'liema mod il-gvern preżenti irreveda t-tariffi peress li xorta waħda ħafna mill-kontijiet huma ħafna ogħla?

Response (BONNICI, JOSEF)

Twegiba tinghata f`xi Seduta ohra.
Leg 9 PQ #14967 Sitting 269 2000-03-22 Oral · Final From: JOE CILIA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Ta' Qali — Crafts Village

Question

Jista' l-Ministru jgħid fiex waslu l-pjanijiet dwar il-Crafts Village ta' Ta' Qali? X'kienet ir-reazzjoni ta' dawk li jistgħu jintlaqtu? Meta huwa mistenni li jibda x-xogħol?

Response (BONNICI, JOSEF)

Twegiba tinghata f`xi Seduta ohra.
Leg 9 PQ #14969 Sitting 269 2000-03-22 Oral · Final From: JOE CILIA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Luqa — Negozji żgħar

Question

B'riferenza għall-allokazzjoni ta' siti għal negozji żgħar li saru f'Ħal Luqa, jikkonferma l-Ministru li malli tħaffru dawn is-siti nstabu diversi cables ta' servizzi u kellu jieqaf ix-xogħol? Kemm-il każ hemm minn dawn? Kemm kien id-dewmien involut?

Response (BONNICI, JOSEF)

Twegiba tinghata f`xi Seduta ohra.