Legislature:
Category:
Reset
Active:

Tal-Qroqq — Bini ta' triq

Question

Jista' il-Ministru jagħti r-raġuni għala Avviż Nru. 70 "Bini ta' triq li tiżbokka fl-isptar Mater Dei" li deher fil-gazzetta tal-gvern issa ġie rtirat?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ninsab infurmat li Avviż numru 70 kien ġie irtirat, għar raġuni li l-Awtorita' bdiet tikkonsidra pjanijiet oħra għal estensjoni tas-service duct eżistenti. Dawn ix-xogħlijiet ikunu jridu jsiru qabel ma jingħata l-wiċċ, biex it-triq ma jkollhiex terġa tinqala minħabba servizzi ġodda li jista' jkun hemm bżonn isiru.

Awtorita' Maltija dwar it-Trasport — Toroq ġodda

Question

Jista' il-Ministru jikkonferma li l-Awtorita' Maltija dwar t-trasport ħarġet tenderli kien jgħalaq fis-26 ta' Settembru 2003 biex fost toroq oħra isiru Triq Mons A Caruana Imqabba, Triq Ġdida fi Triq Mons A Caruana fl-Imqabba u Triq Ġdida fi Triq Ġdida fi Triq Mons A Caruana fl-Imqabba? Jista' il-Ministru jgħid jekk dawn it-toroq humiex intiżi li jsiru permezz ta' dan it-tender u jekk fl-affermattiv meta ser isiru?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ninsab informat illi f'Settembru 2003 keinet ħarġet tender sabiex isiru toroq: Triq Mons. A. Caruana, Triq Ġdida fi Triq a. Caruana u Triq Ġdida fi Triq Ġdida fi Triq A. Caruana, hekk kif imsemmi mill-Onor. Interpellant. Dawn it-tenders ma kienux ingħataw minħabba li l-prezzijiet mitluba mill-kuntrattur kienu konsiderevolment ogħla mil-limiti stabiliti mid-Direttorat. Madanakollu, l-imsemmija tenders reġgħu inħarġu fi Frar 2004 u fil-preżent għadhom qed jiġu aġġudikati.

Pelican Crossing — Triq Santa Katerina

Question

B'referenza għal mistoqsija parlamentari 5049, jista' il-Ministru jgħid jekk t-tender sabiex tkun tista' tiġi installata pelican crossing fi Triq Santa Katerina ħarġitx? Jekk iva, meta ħarġet?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Informat illi t-tender għall-istallazzjoni tal-pelican crossing fi Triq Santa Katerina mistennija toħroġ aktar 'il quddiem.

Toroq — Xogħlijiet

Question

Jista' il-Ministru jgħid f'liema toroq prinċipali nbeda x-xogħol li qed isir mill-fondi tal-Protokoll Taljan? X'tip ta' xogħol sar sa llum?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Lista ta' toroq fejn inbeda x-xogħol iffinanzjat mill-protokoll ma' l-Italja hekk kif mitlub mill-Onor. Inerpellant: Xogħlijiet iffinanzjati taħt il-Ħames Protokoll ma' l-Italja Mir-roundabout junction tal-Qlejja, Mosta mal-junction ma' Triq il-Madonna tal-Qlejja; Mir-roundabout junction bejn Triq Notabile Attard u Triq l-Imdina, Żebbuġ mar-roundabout junction bejn triq Żebbuġ, Attard u Triq l-Imdina Żebbuġ; Mir-roundabout junction bejn Triq l-Imdina Żebbuġ u Triq Siġġiewi sa Triq l-Imdina junction ma' Triq Anġlu Borg Qormi. Madanakollu x-xogħlijiet li saru s'issa ma jinkludux: Ko-ordinazzjoni ma immaniġjar tat-traffiku u stallazzjoni tas-sinjali neċessarji; Tfassil tad-dettalji tal-kostruzzjoni; Qlugħ tal-wiċċ tat-triq eżistenti; Xogħlijiet ta' trinek għall-istallazzjoni tas-servizzi.

Toroq — Asfaltar

Question

Jista' il-Ministru jgħid liema kienu t-toroq li ngħataw it-tarmac mill-1 ta' Jannar sa llum?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra l-lista ta' toroq hekk kif mitluba mill-Onor. Interpellant.

Ħal Għaxaq — Asfaltar ta' toroq

Question

Jista' il-Ministru jgħid jekk Triq il-Pitirross f'Ħal Għaxaq u Triq in-Nigem f'Ħal Għaxaq ukoll humiex responsabbilta' tal-gvern biex jingħataw it-tarmac? Jekk fl-affermattiv, jista' jgħid meta dan ix-xogħol se jsir?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Informat illi t-toroq imsemmija mill-Onor. Interpellant huma toroq mhux asfaltati u għalhekk jaqgħu taħt ir-responsabbilta' tal-Gvern Ċentrali. Fir-rigward ta' Triq In-Niġem, diġa' ħarġet tender u fil-preżent qegħda fil-proċess ta' aġġudikazzjoni. Triq il-Pitirross ġiet inkluża fil-programm ta' kostruzzjoni ta' toroq li qed isiru mid-direttorat, u x-xogħol isir aktar 'il quddiem skond il-prioritajiet li jkollu quddiemu d-Direttorat.

Ħames Protokoll Taljan — Għażla b'lots

Question

Jista' il-Ministru jgħid u jispjega fid-dettall il-proċess għall-għażla b'lots li bbenefikaw mill-ħames Protokoll Taljan?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ix-xogħol ta’ bini ta’ toroq iffinanzjat mill-ħames protokoll bejn Malta u l-Italja nqasam fi tliet ‘LOTS’ sabiex ix-xogħol ikun jista’ jitlesta fiż-żmien allokat. Il-proċess ta’ l-għażla sar minn Bord maħtur mill-Ministeru fuq kriterji stabbiliti fid-dokument ta’ l-offerta, li huma l-prezz, kapaċita’ teknika u finanzjarja ta’ kull kuntrattur li tefa’ din l-offerta.

Espropjazzjoni ta' artijiet — Ħaż Żebbuġ

Question

Jista' il-Ministru jgħid jekk hix se tiġi esproprjata art għat twessiegħ ta' Triq l-Imdina Ħaż-Żebbuġ bejn il-mitħna u l-Bieb de Rohan fid-dħul ta' Ħaż-Żebbuġ? Jekk fl-affermattiv is-sidien ġew mgħarrfa bit-teħid ta' din il-propjeta'? X'sejjer isir f'każ ta' bini li jrid jitwaqqa? Jista' il-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta' pjanta li turi t-twessiegħ tat-triq kif propost?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Hu propost illi Triq l-Imdina, mill-mitħna sal-Mina ta’ De Rohan titwessa’ ħalli tkun tista’ tinbena service road man-naħa ta’ Ħaż-Żebbuġ. Dan il-proġett huwa maħsub li jsir f’żewġ fażijiet. L-ewwel fażi se tinbena service road u single carriageway. It-tieni fażi tinkludi t-twessiegħ tat-triq għal dual carriageway. Din it-tieni fażi tinkorpora l-esproprjazzjoni ta’ l-art u l-bini. L-ewwel fażi se ssir sa l-2005. It-tieni fażi se ssir fl-2006. Is-sidien ta’ dawn l-artijiet kienu nfurmati li se ssir applikazzjoni għat-twessiegħ ta’ din it-triq fuq il-gazzetti u permezz tal-proċedura stabbilita mill-MEPA. Fir-rigward ta’ bini li qed jitwaqqa’ s-sidien jiġu kkuntattjati hekk kif tiġi ppubblikata d-dikjarazzjoni tal-President għall-esproprjazzjoni ta’ din l-art.

Reġistrazzjoni ta' vetturi

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' karozzi u vetturi ġodda reġistrati f'Malta u Għawdex matul l-ewwel ħames xhur tas-sena separatament? Jista' jipprovdi l-istess informazzjoni għall-istess perjodu għall-aħħar ħames snin separatament?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra kopja ta' l-informazzjoni li qed jirreferi għaliha l-Onor. Interpellant.

Ħal Tarxien — Trq il-25 ta' Marzu

Question

Jista' il-Ministru jgħid fiex waslu l-pjani biex Triq il-25 ta' Marzu f'Ħal Tarxien tiġi asfaltata?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Nirreferi l-Onor. Interpellant għar-risposta mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 1569.

Ħal Tarxien — Triq Dun Ġużepp Calleja

Question

Jista' il-Ministru jgħid fiex waslu l-pjani biex Triq Dun Ġużepp Calleja f'Ħal Tarxien tiġi asfaltata?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Nirreferi l-Onor. Interpellant għar-risposta mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 1572.

Ħal Tarxien — Triq il-Madonna tad-Dutrina

Question

Jista' il-Ministru jgħid fiex waslu l-pjani biex Triq il-Madonna tad-Dutrina f'Ħal Tarxien tiġi asfaltata?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Nirreferi l-Onor. Interpellant għar-risposta mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 1568.

Ħal Tarxien — Triq Kelinu Cachia

Question

Jista' il-Ministru jgħid fiex waslu l-pjani biex Triq Kelinu Cachia f'Ħal Tarxien tiġi asfaltata?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Nirreferi l-Onor. Interpellant għar-risposta mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 1573.

Ħal Tarxien — Triq Marjanu Gerada

Question

Jista' il-Ministru jgħid fiex waslu l-pjani biex Triq Marjanu Gerada f'Ħal Tarxien tiġi asfaltata?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Nirreferi l-Onor. Interpellant għar-risposta mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 1571.

Ħal Tarxien — Triq Odilone Caruana

Question

Jista' il-Ministru jgħid fiex waslu l-pjani sabiex Triq Odilone Caruana f'Ħal Tarxien tiġi asfaltata?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ninsab informata illi Triq Odilone Caruana hija triq asfaltata ħlief għal parti żgħira li tmiss ma Triq Kurunell Mass, liema parti tat-triq issir aktar 'il quddiem meta l-iżvilupp fiha jitlesta.

Settur tat-trasport pubbliku

Question

Jista' il-Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari 6092 u cioe' jista' jgħid jekk issa li Malta saret membru ta' l-Unjoni Ewropea, hemmx il-ħsieb li jiġi liberalizzat is-settur tat-trasport pubbliku b'mod partikolari n-numru ta' karozzi tal-linja, minibuses u taxis?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Il-leġislazzjoni tal-Komunita' Ewropea kif inhi sal-lum ma timponix li għandhom ikunu liberalizzati s-setturi tal-karozzi tal-linja, tal-minibuses u tat-taxis. Dan ma jfissirx li 'il quddiem ma jistax ikun hemm tibdil li jista' jikkonċerna xi settur partikolari. Dwar in-numru ta' minibuses u taxis, din hi materja ta' politika li jiddeċiduha l-awtoritajiet Maltin.

Vetturi bil-mutur — Reġistrazzjoni

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm ġew reġistrati vetturi bil-mutur ġodda f'dawn l-aħħar ħames snin, sena b'sena? Kemm ġew reġistrati vetturi second hand u x'tip kienu f'kull kategorija?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra kopja ta' l-informazzjoni li qed jirreferi għaliha l-Onor. Interpellant.

Ħaż Żebbuġ — Triq Santu Rokku - culvert

Question

In vista tal-fatt li qed isiru xogħlijiet biex titranġa Triq l-Imdina, f'Ħaż Żebbuġ, jista' il-Ministru jgħid jekk hemmx ħsieb biex il-culvert li hemm fi Triq Santu Rokku, f'Ħaż Żebbuġ tiġi mibdula f'waħda aktar wiesgħa minħabba li din taqsam Triq l-Imdina qabel ma tispara f'Wied is-Sewda? Huwa magħruf li din il-culvert mhux qed tlaħħaq ma' l-ilma li jinġabar fi Triq Santu Rokku waqt il-maltemp u tkun dnub jekk nerġgħu naqilgħu t-triq fil-futur għax ma nkunux ħsiebna għal dak li hemm bżonn isir?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ninsab informat illi bħala parti mill-proġett ta' kostruzzjoni ta' Triq l-Imdina hemm ippjanat li jsir culvert għall-ilma tax-xita tul Triq l-Imdina sa Wied is-Sewda hekk kif imsemmi mill-Onor. Interpellant. L-istess xogħol mistenni jinkludi wkoll il-bini ta' catchments għall-ġbir ta' l-ilma fil-bidu ta' kull side street kif ukoll manholes li jkunu jistgħu jintużaw biex jitqabbdu culverts ġodda fil-futur.

Birkirkara — Triq Olaf Gollcher

Question

Jista' il-Ministru jgħid meta se tinfetaħ Triq Olaf Gollcher f'Birkirkara peress li din it-triq hi importanti għar-residenti ta' din l-area għax tgħaqqad il-bypass ta' Birkirkara mal-parti l-qadima tar-raħal?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ninsab informat illi t-triq imsemmija ġiet spezzjonata minn perit ta' l-Awtorita' dwar it-Trasport u nstab illi biex din tkun tista' tinfetaħ jeħtieġ li tittieħed parti minn għalqa li tinsab fit-tarf ta' din it-triq. L-awtorita' mistennija tikkonsidra t-talba ta' l-Onor. Interpellant sabiex tara x'inhu l-aħjar li jsir.