Skejjel Primarji u sekondarji — ħin allokat għall-isports
Question
Jista' l-Ministru jgħid fl-iskejjel primarji u sekondarji kemm għandhom ħin allokat l-istudenti għall-isports u attività fiżika kull ġimgħa? Minħabba l-importanza tal-isports għas-saħħa mentali u fiżika tal-istudenti, x'passi se jittieħdu biex jiżdied il-ħin għall-isports fil-ħajja tal-istudenti?
Response (BARTOLO, EVARIST)
It-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant qed jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista’ l-Ministru jagħti spjega qasira tal-Programm tal-Unjoni Ewropea Erasmus? Jista’ jgħid kemm ilha Malta intitolata għal fondi minn dan il-programm? Jista’ jgħid Malta kemm gawdiet fondi sal-lum minn dan il-programm? Kemm gawdew persuni Maltin permezz ta’ dan il-programm?
Response (BARTOLO, EVARIST)
It-tagħrif mitlub mill-Onor. Intepellant qed jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kienu l-ammont ta' fondi allokati lill-Università ta' Malta sabiex jintuża' għall-Erasmus Mobility Programme għas-sena 2012 u għas-sena 2013?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-ammont ta' fondi allokati lill-Università ta' Malta għall-Erasmus Mobility Programme fis-sena 2012 u s-sena 2013 kien ta' € 675,370 u € 613,575 rispettivament.
Erasmus Mobility Program – studenti mill-Università ta' Malta
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm studenti mill-Università ta' Malta applikaw għall-Erasmus Mobility Programme fis-sena 2012 u fis-sena 2013? Kemm intgħażlu studenti mill-Università ta' Malta fl-2012 u kemm intgħażlu studenti mis-sejħa li saret fl-2013? Kemm studenti mill-Università ta' Malta tpoġġew fuq ir-reserve list fis-sena 2012 u fis-sena 2013?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninsab infurmat li fi Frar tal-2012, l-Università ta’ Malta rċeviet 370 applikazzjoni mingħand studenti interessati li jipparteċipaw fil-programm Erasmus matul is-sena akkademika 2012/13 waqt li fi Frar tal-2013, l-Università ta’ Malta rċeviet 408 applikazzjoni mingħand studenti interessati li jipparteċipaw fil-programm Erasmus matul is-sena akkademika 2013/14. Fuq il-bażi ta’ kriterji akkademiċi u ta’ eliġibilità tal-programm, intgħażlu total ta’ 313-il student għas-sena akkademika 2012/2013. Dejjem fuq l-istess kriterji intgħażlu 394 student għas-sena 2013/2014 u li minnhom 190 ġew allokati fond ta’ għajnuna jew grant, waqt li 201 tpoġġew fuq reserve list għal raġuni ta’ nuqqas ta’ fondi u/jew placement barra. Total ta’ 43 student tpoġġew fuq reserve list għas-sena 2012/2013 għal raġunijiet ta’ nuqqas ta’ placements barra, waqt li 14 ma setgħux jiġu kkunsidrati fuq bażi ta’ kriterji akkademiċi jew ta’ eliġibilità. Mit-313-il student magħżula għas-sena akkademika 2012/13, 150 irtiraw il-kandidatura tagħhom waqt li 163 ipparteċipaw fil-programm.
S’issa, mill-istudenti magħzula għal 2013/14, 31 student irtiraw il-kandidatura tagħhom (16 li kienu ġew allokati fond ta’ għajnuna u 15 li kienu fuq reserve list). L-Università għaddejja b’ħidma kontinwa biex tassigura li meta jirtira student, il-placement u il-grant tiegħu jintiret mill-istudent li jmiss fuq ir-reserve list. Bħalissa fadal 175 student fuq ir-reserve list li minnhom 7 ser jipparteċipaw xorta waħda fil-programm imma mingħajr fond ta’ għajnuna.
Erasmus Mobility Program – parteċipazzjoni li ma ngħatawx fondi
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm applikanti Erasmus Mobility Programme għas-sena 2013 ikkwalifikaw biex jipparteċipaw fil-programm iżda ma ngħatawx fondi biex jagħmlu dan? Għaliex ġara hekk? Setgħu saru arranġamenti differenti? Ġew ikkunsidrati?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi fi Frar tal-2013, l-Universita' ta' Malta rċeviet 408 applikazzjoni mingħand studenti interessati li jipparteċipaw fil-programm Erasmus matul is-sena akkademika 2013/2014. Fuq il-bażi ta' kriterji akkademiċi u ta' eliġibilita' tal-programm, intgħażlu 394 student għas-sena 2013/2014 u li minnhom 190 ġew allokati fond ta' għajnuna jew grant, waqt li 201 tpoġġew fuq reserve list fuq raġuni ta' nuqqas ta' fondi u/jew placement barra. S'issa, mill-istudenti magħżula għal 2013/2014, 31 student irtiraw il-kandidatura tagħhom (16 li kienu ġew allokati fond ta' għajnuna u 15 li kienu fuq reserve list). L-Universita' għaddejja b'ħidma kontinwa biex tassigura li meta jirtira student, il-placement u il-grant tiegħu jintiret mill-istudent li jmiss fuq ir-reserve list. Bħalissa fadal 175 student fuq ir-reserve list li minnhom 7 ser jipparteċipaw xorta waħda fil-programm imma mingħajr fond ta' għajnuna.
L-Universita' ta' Malta ġiet allokata fondi li jammontaw għal € 455,625 biex jitqassmu lil 150 student taħt l-iskema
Erasmus Student Mobility
Studies
u € 81,000 biex jitqassmu lil 40 student taħt l-iskema
Erasmus Student Mobility Placement.
Jista’ l-Ministru jgħid għalfejn studenti tal-Università ta' Malta li għandhom placement f’istituzzjonijiet edukattivi u li applikaw taħt l-Erasmus Mobility Programme u qegħdin fuq ir-reserve list ta' din is-sena qed jiġu infurmati li jistgħu jmorru għall-istudju tagħhom barra minn Malta imma jridu jħallsu kollox l-istudenti?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi studenti li ġew magħżula għal perjodu ta' studju jew placement f'Universita' barra minn Malta għas-sena akkademika 2013/2014 taħt l-iskema ta' mobilita' Erasmus imma li qegħdin fuq reserve list minħabba nuqqas ta' fondi, għandhom xorta l-possibilta' li jieħdu sehem fil-programm Erasmus. Waqt li dawn jingħataw id-drittijiet kollha bħala studenti Erasmus (ma jitħallsux miżati lill-Universitajiet ospitanti, xorta waħda jingħataw rikonoxximent għall-credits, eċċ.), dawn ma jingħatawx għotja ta' fondi. Din il-miżura kellha tittieħed din is-sena minħabba it-tnaqqis ta' fondi allokati lill-Universita' ta' Malta. Il-Kummissjoni Ewropea tippromwovi wkoll l-mobilita' zero-grant tal-istudenti li japplikaw għall-Erasmus. Għalkemm dan il-fenomenu mhuwiex komuni hawn Malta, din toffri l-għażla lill-istudenti sabiex jesperjenzaw l-mobilita' barra minn Malta xorta waħda, minkejja li ma jkunx hemm biżżejjed fondi disponibbli. F'dan l-istadju, 7 studenti tal-Universita' ta' Malta ddeċidew li jipproċedu għal perjodu Erasmus barra minn Malta fl-ewwel semestru mingħajr għotja ta' fondi.
B’referenza għall-eżamijiet tas-settur pubbliku jista’ l-Ministru jgħid jekk ir-riżultat finali (jiġifieri biż-żewġ intervisti inklużi) ta’ dawk li għaddew mill-eżami ta’ Jannar hux se jiġi ppubblikat qabel ma jsir ir-resit jew qabel ma joħroġ ir-riżultat tar-resit?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi mhux previst li r-riżultati finali, inkluż ir-riżultati tal-intervisti, ikunu ppubblikati qabel ir-resit jew qabel ma joħroġ ir-riżultat tar-resit.
B'referenza għal dak li ġie kkwotat li qal is-Segretarju Parlamentari għar-Riċerka, l-Innovazzjoni, Żgħażagħ u Sport fil-laqgħa li saret f'Kastilja nhar l-Erbgħa 12 ta' Ġunju, jista' l-Ministru jgħid liema huma l-ftehim li saru ma' għaqdiet sportivi qabel l-elezzjoni biex għaqdiet sportivi jingħataw barrieri? Meta kien iffirmat kull ftehim? Jekk il-Gvern se jonora dawn il-ftehim u jekk le għaliex?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li ġie ffirmat kuntratt bejn il-Kunsill Malti Għall-Isport u l-Malta Motorsport Federation fit-23 ta' Jannar 2012 li permezz tiegħu il-federazzjoni ngħatat barriera fil-Mellieħa. Għall-kuntrarju ta' dak li qed jgħid l-Onorevoli Interpellant, dan mhux ftehim iżda kuntratt ta' 49 sena. Ta' min jgħid li, wara li ngħatatilha l-art, il-federazzjoni issa trid tħallas kont ta' € 33,000 lill-MEPA biex l-użu tal-art jinbidel għal wieħed sportiv.
Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol — konsulenzi
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm ingħata xogħol ta’ konsulenza mill-Ministeru tiegħu jew dipartimenti, entitajiet, aġenziji u awtoritajiet li jaqgħu fid-dekasteru tiegħu lill-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament, mill-1998 sal-lum? Jista’ jgħid jekk dan ix-xogħol ingħatax b’direct order jew b’tender u kemm kienet l-ispiża f’kull każ?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninsab infurmat mid-dekasteru tiegħi illi l-kumpanija/persuna ndikata mill-Onor. Interpellant ingħatat xogħol ta' konsulenza kif jidher fit-tabelli mmarkati 'A', 'B' u 'C' u li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Tabella 'A' - Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol
Tabella 'B' - Korporazzjoni ta' Xogħol u Taħriġ
Tabella 'C' - Fondazzjoni għal Servizzi Edukattivi
Infurmat ukoll li d-ditta li jifforma parti minnha l-persuna ndikata ngħatat xogħol ta' Legal Advisor mal-Fondazzjoni għall-Iskejjel t'Għada. Din id-ditta titħallas retainer fee ta' €3023.52c fis-sena u x-xogħol ingħata b'expression of interest.
Barra minn hekk, fl-2009 il-persuna ndikata kienet intgħażlet fuq bord ta' dixxiplina tal-Kunsill Malti għall-Isport kontra l-Manager tal-Pixxina Nazzjonali. Hu kien intgħażel fuq parir tal-avukat tal-Kunsill Malti għall-Isport wara ftehim mal-UĦM. Il-każ imur lura fl-2008 meta kien allegat li l-Manager ma rrappurtax allegat każ ta' Deckhand li kien daħal fic-changing room tat-tfajliet waqt li kien hemm tfajliet ibiddlu. Fl-2012, l-istess persuna kien intgħażel biex joffri s-servizzi legali tiegħu f'każ li jikkonċerna l-Antidoping Commission peress li r-rappreżentant legali tal-Kummissjoni, li kien parti mill-Kummissjoni, kien irtira mill-każ minħabba konflitt ta' interess.
Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol — spiża fuq IT
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm inxtraw jew inkrew computers/laptops/mobile devices għall-impjegati tas-Segretarjat tal-Ministru? Meta nxtraw u kemm hu l-valur li nxtraw bih? Kemm inkrew, jekk inkrew u kemm hi l-kirja? Kemm kienet l-ispiża inizjali? Hemm spiża rikorrenti u kemm hi?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-uffiċju tal-Ministru kien provdut b'żewġ laptops lightweight, erba' laptops standard u erba' desktops. Dawn il-kompjuters/laptops huma mikrija u ġew imħallsa mill-MITA.
Inxtara wkoll
mobile Blackberry 9900 Dakota
għall-prezz ta' €599.01c. Il-
mobile
nxtara fis-17 ta' Mejju 2013.
Segretarju Parlamentari għar-Riċerka, Innovazzjoni, Żgħażagħ u Sport — spiża fuq IT
Question
Jista' l-Ministru jghid kemm inxtraw jew inkrew computers/laptops/mobile devices għall-impjegati tas-Segretarjat tas-Segretarju Parlamentari għar-Riċerka, Innovazzjoni, Żgħażagħ u Sport? Meta nxtraw u kemm hu l-valur li nxtraw bih? Kemm inkrew, jekk inkrew u kemm hi l-kirja? Kemm kienet l-ispiża inizjali? Hemm spiża rikorrenti u kemm hi?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-uffiċju tas-Segretarju Parlamentari kien provdut b'żewġ laptops lightweight, erba' laptops standard u erba' desktops. Dawn il-kompjuters/laptops huma mikrija u ġew imħallsa mill-MITA.
Inxtara wkoll
mobile iphone 516GB
għall-prezz ta' €729. Il-
mobile
nxtara fis-17 ta' Mejju 2013.
Ministeru għall-Edukazzjoni u Xogħol — Konsulenti u Kumitati
Question
Jista’ l-Ministru jagħti lista aġġornata tal-konsulenti li nħatru minn Marzu tal-2013 ’l hawn? Kemm hu l-ħlas tagħhom individwalment fix-xahar, x’servizz huma mitluba li jagħtu u kemm-il siegħa huma mitluba jaħdmu fix-xahar fuq ix-xogħol ta’ konsulenza? Jista’ fil-lista jinkludi ukoll il-membri ta’ kull kumitat li nħatru minn Marzu tal-2013 ‘l hawn, kemm qed jitħallsu u x’servizz hu mitlub li jagħti kull membru?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Rigward l-ewwel parti tal-mistoqsija, nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġibiet mogħtija għall-Mistoqsijiet Parlamentari numri 343 u 2338.
Rigward it-tieni parti tal-mistoqsija, nitlob lill-Onor. Interpellant tgħid għal liema kumitati qed tirreferi.
Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol — lista ta' bordijiet
Question
Jista’ l-Ministru jagħti lista tal-bordijiet kollha li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu? Jista’ jgħid min huma d-diretturi li jservu fuq kull bord? Jista’ jgħid ukoll min kienu l-membri fuq kull bord sad-9 ta' Marzu 2013?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista tal-bordijiet kollha li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħi. Qed inpoġġi wkoll lista bit-tagħrif mitlub fit-tielet parti tal-mistoqsija.
Rigward it-tieni parti tal-mistoqsija, għad iridu jiġu kkonfermati ċerti karigi u għaldaqstant ma tistax tingħata tweġiba finali għalissa.
(Ara dokument Nru. 705 li tpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra f'Seduta 34 tat-Tnejn, 24 ta' Ġunju 2013)
Kunsill Malti għall-Isport — parteċipazzjoni fil-programmi sportivi
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kif qiegħed jipproġetta li jżid il-parteċipazzjoni fil-programmi sportivi tal-Kunsill Malti għall-Isport matul il-ħames snin li jmiss? X’hemm ippjanat differenti minn dak li kien qed isir diġà jew differenti minn dak li kien ippjanat diġà?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li d-Dipartiment tal-Programmi tal-Kunsill Malti għall-Isport qed iħejji sensiela ta' proposti għall-programmi ġodda biex fil-ġimgħat li ġejjin jitressqu quddiem il-Bord tad-Diretturi għall-approvazzjoni tagħhom.
Jista’ l-Ministru jgħid min huma l-membri maħtura fil-Kummissjoni għar-Riforma fl-Isport, x`inhu rwol ta’ kull membru fl-istess kummissjoni , x'inhuma l-kwalifiki jew esperjenzi fil-qasam sportiv u xi ħlas qed jingħata lill-membri li qed jiffurmaw din il-kummissjoni?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-Kummissjoni għar-Riforma fl-Isport għandha il-membri li jidhru fil-lista li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Ir-rwol tal-membri huwa wieħed kollettiv ta’ tim u mhux individwali. Ir-rwol huwa li jissuġġerixxu x’riforma hemm bżonn fl-isport.
Kummissjoni għar-Riforma fl-Isport – terms of reference
Question
Jista’ l-Ministru jelenka t-terms of reference mogħtija lill-Kummissjoni għar-Riforma fl-Isport u meta hu mistenni li din tlesti l-ħidma tagħha?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-Kummissjoni Għar-Riforma fl-Isport għandha dawn it-terms of reference:
Il-Kummissjoni jkollha l-għan li tistħarreġ u tagħti pariri lill-Gvern dwar kwistjonijiet li għandhom x’jaqsmu mal-isport u mal-edukazzjoni fiżika tal-pubbliku fil-gżejjer Maltin. Il-Kummissjoni tkun twieġeb direttament lis-Segretarju Parlamentari responsabbli mill-Isport, li jiddeċiedi dwar kif jiġu implimentati l-pariri tagħha.
L-aġenda tal-Kummissjoni jiffissaha s-Segretarju Parlamentari u, kull tliet xhur, il-Kummissjoni tħejji u tippreżenta lis-Segretarju Parlamentari rapport dwar ħidmietha. Ir-rapporti bis-sejbiet jew proposti tal-Kummissjoni jingħaddew lis-Segretarju Parlamentari biex japprovahom.
Kwalunkwe komunikazzjoni lill-midja u lill-pubbliku inġenerali dwar studji jew ħidma mwettqin mill-Kummissjoni ssir permezz tal-Uffiċċju tas-Segretarju Parlamentari jew inkella mill-Kummissjoni nnifisha wara approvazzjoni bil-miktub mis-Segretarju Parlamentari.
L-infiq kollu tal-Kummissjoni jiġi approvat minn qabel mis-Segretarju Parlamentari.
Il-Kummissjoni tkun magħmula minn president u minn sitt membri oħrajn, li jinħatru mis-Segretarju Parlamentari minn fost nies li jkun jidhirlu li jkollhom il-kompetenza meħtieġa biex iwettqu d-dmirijiet mitlubin minnhom.
Il-mandat tal-membri tal-Kummissjoni jkun ta’ tliet snin, u jkun jista’ jiġġedded.
Il-membri jirċievu rimunerazzjoni li tiġi stabbilita mis-Segretarju Parlamentari.
Jista’ l-Ministru jikkonferma jekk il-leave ta’ kwartina mogħti f`każijiet fejn hemm inċidenza tal-iSlapped Cheek Syndrome fl-iskejjel japplikax biss għal għaliema, jew anke għal impjegati oħra li jkunu jaħdmu fl-istess skejjel li jkunu tqal? X'se jiġri f`każijiet ta’ mard ieħor infettiv, bħal chickenpox, li wkoll jista’ jikkawża komplikazzjonijiet fit-tqala? Se jingħata leave ta’ kwartina f`dawn il-każijiet?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninsab infurmat illi l-ħaddiema kollha li jkunu tqal u li jaħdmu fl-iskejjel fejn hemm inċidenza ta' slapped cheek syndrome ingħataw estensjoni ta' leave ta' maternita' minħabba l-inċidenza li hawn bħalissa fl-iskejjel. Dan sar wara li l-Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol ikkonsulta mal-Malta College of Obstetricians and Gynaecologists u anke mal-Awtorita' tas-Saħħa u Sigurta' fuq il-post tax-Xogħol.
Il-Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol se jieħu kull prekawzjoni u miżuri neċessarji f'każijiet simili biex titħares is-saħħa tal-ħaddiema tiegħu fuq il-postijiet tax-xogħol. F'każijiet fejn mard infettiv jista' ikollu inċidenza serja fuq it-tqala, il-Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol jieħu dawk il-miżuri kollha neċessarji kif stabbiliti mis-settur tas-saħħa speċjalizzata li jistgħu jinkludu
leave
ta' kwarantina.
Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol — Proġetti inawgurati
Question
Jista’ l-Ministru jgħid liema kienu l-proġetti li jaqgħu taħt ir-responsabbiltà tal-Ministeru tiegħu li ġew inawgurati bejn l-1 ta’ Diċembru 2012 u t-8 ta’ Marzu 2013 u min inawgurahom? Jista’ jgħid jekk dawn il-proġetti kenux lesti kompletament jew jekk kienx fadal xi xogħol xi jsir fuqhom u filkas jgħid fiex kien jikkonsisti dan ix-xogħol li kien fadal? Jista’ jgħid ukoll kemm kienu tħallsu flus sad-data tal-ftuħ, u kemm kien fadal spejjeż pendenti?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.
Kunsill Malti għall-Isport – awditjar ta’ impjegati
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk fil-Kunsill Malti għall-Isport hux qed isir xi tip ta' awditjar tal-impjegati? Minn min qed isir? Għal liema raġuni? Min huwa il-persuna/il-kumpanija inkarigata minn dan l-audit? X’terms of reference għandu l-persuna u/jew il-kumpanija? Jista’ jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra s-CV tal-persuna li qed jagħmel l-audit, lista li telenka l-esperjenzi tal-kumpanija fil-qasam tar-riżorsi umani u kopja tat-terms of reference għal dan l-awditjar?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi bħalissa qed isir eżerċizzju ta' awditjar tar-riżorsi umani tal-Kunsill Malti Għall-Isport minn A. Baldacchino & Co. Management and Consultancy Services. L-għan ta' dan l-eżerċizzju huwa li ssir analiżi tal-istrateġiji, il-proċeduri, id-dokumentazzjoni u s-sistemi tal-Kunsill Malti Għall-Isport b'rabta mar-riżorsi umani. Dan sabiex jiġu identifikati l-ħtiġijiet li jeżistu għal titjib f'dan ir-rigward u tiġi żgurata l-konformita' mar-regoli f'dan il-qasam.
It-
terms of reference
għal dan l-eżerċizzju ta' awditjar, il-
curriculum vitae
tal-persuna li qed tagħmel l-
audit
flimkien mal-
work experience
qed jitpoġġew fuq il-Mejda tal-Kamra.
Kunsill Malti għall-Isport – awditjar ta’ impjegati
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm qed jiswa lill-Gvern l-audit li qed isir fuq l-istaff tal-Kunsill Malti għall-Isport, kemm-il darba qiegħed isir dan l-audit? Minn min qed jitħallas u x’inhu l-ammont totali li se jitħallas għal dan l-eżerċizzju? Dan is-servizz ingħata b'tender jew direct order? Jekk ingħata b'direct order, min approvah?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-Kunsill Malti Għall-Isport ħatar lil A. Baldacchino & Co. Management & Consultancy Services bi ħlas ta' €4,000 bil-VAT inkluż. Minħabba s-sensittivita' ta' dan ir-rapport, ma saretx sejħa għall-offerti iżda l-kuntratt ngħata b'ordni diretta bl-approvazzjoni tas-Segretarju Permanenti fil-Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol. Dan l-eżerċizzju ta'awditjar qed isir għall-ewwel darba wara r-rapport oriġinali li kien sar mill-Management Efficiency Unit fis-sena 2011.