Għawdex – Tieqa tad-Dwejra – tabelli biex ma jgħaddux nies minn fuq it-tieqa
Question
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk il-Ministeru waħħalx tabelli li juru li persuni ma jistgħux jgħaddu minn fuq it-tieqa tad-Dwejra, Għawdex, u wkoll li min jinqabad jgħaddi minn hemm irid iħallas multi qawwija minħabba l-ksur ta' regolamenti li jkun qed iwettaq? S’issa, kemm kien hemm persuni li ġew b'xi mod immultati talli għaddew minn fuq l-istess tieqa?
Response (REFALO, ANTON)
Ninforma lill-Oneroveli Interpellant li twaħħlet tabella li tinforma li min jgħaddi minn fuq it-tieqa tad-Dwejra ikun qiegħed jikser ir-regolamenti u jista jeħel multa. Dwar kemm kien hemm persuni li ġew b'xi mod immultati talli għaddew minn fuq l-istess tieqa ninforma lill-Oneroveli Interpellant biex jirreferri l-mistoqsija lill-Ministeru kkonċernat.
Billi fl-20 ta' Diċembru u fil-jiem ta' qabel kien hemm riħa qawwija f'diversi partijiet ta' Għawdex, jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar x'investigazzjoni għamel il-Ministeru, u minn fejn irriżulta li kienet ġejja din l-istess riħa? X'passi ttieħdu biex dawn l-irwejjaħ jinqatgħu?
Response (REFALO, ANTON)
Ninforma lill-Oneroveli Interpellant biex jirreferri l-Mistoqsija lill-Ministeru kkonċernat.
Sptar Ġenerali ta’ Għawdex –pustaġġ imħallas mill-Ministeru għal Għawdex
Question
Jista' l-Ministru jgħid kif, ladarba l-Ministeru tiegħu m’għandux x'jaqsam mat-tmexxija tal-Isptar Ġenerali ta' Għawdex u ladarba issa dan l-isptar qed jitmexxa mill-privat, l-ittri li qed jintbagħtu minn dan l-isptar qed ikunu bit-timbru u posta mħallsa mill-Ministeru għal Għawdex?
Response (REFALO, ANTON)
Ninsab infurmat li l-posta ta’ l-isptar kienet tiġi l-Ministeru biex tiġi mgħoddija mill-franking machine iżda l-envelopes ma kienux joħorġu bit-timbru normali li jindika li ġejjin mill-Ministeru għal Għawdex. Kienu joħorġu biss bid-data u l-valur tal-pustaġġ. L-isptar imbagħad jirrifondi lil Ministeru għall-posta li tkun tħallset. Kien nstab dan l-arranġament peress li l-Ministeru diġa kellu din il-franking machine u kien servizz li konna ngħatu lill-isptar. Infurmat ukoll li peress li issa l-isptar ġie privatizzat kien hemm arranġamenti li l-posta tal-isptar jibdew jieħdu ħsiebha minn naħa tagħhom.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 21836, li issa ilha kważi sena pendenti, u jagħti lista ta’ kull direct order, kienet ta’ liema valur kienet, li ta kull dipartiment jew entità li taqa’ taħtu, matul is-sena 2015? Jista’ jgħid f’kull każ x’inxtara jew x’servizz ingħata, kif ukoll il-valur u min ġie mħallas?
Response (REFALO, ANTON)
Ninsab infurmat li l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant hija kif murija fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 25790 u 26088 li issa ilhom pendenti aktar minn sitt xhur, u jgħid kemm ser jiswa b'kollox il-proġett taċ-Ċittadella? Jista’ jagħti break down tal-ispiża totali? Jista' jgħid liema xogħlijiet saru wara li nħareġ it-tender u liema kienu b'direct order jew sejħa għall-kwotazzjonijiet? Jista' jgħid fejn ix-xogħol ingħata b'tender kemm kienet l-istima oriġinali tax-xogħol u kemm fil-fatt sewa l-istess xogħol? Jista' jagħti lista tad-direct orders li ngħataw f'dan il-proġett, lil min ingħataw u kemm swiet kull direct order?
Response (REFALO, ANTON)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-ammonti għadhom qed jiġu ċċertifikati u għalhekk rendikont sħiħ jingħata f’xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 26242 li ilha pendenti sitt xhur u jgħid x'ġie implimentat s’issa mill-Master Plan tad-Diving li sar fl-2006 u f’liema sena ġew implimentati kull waħda mill-miżuri li saru? Jista' jgħid x'miżuri għad fadal biex jiġu implimentati u fejn wasal il-Ministeru tiegħu fuq kull miżura ta' dan il-master plan?
Response (REFALO, ANTON)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba qiegħda titpoġġa fuq il-mejda tal-kamra. Ninsab infurmat ukoll li peress li hemm miżuri li huma ambjentali u regolatorji, l-Ministeru għal Għawdex qed jaħdem id f’id mal- Ministeri u Awtoritajiet ikkonċernati, b’mod speċjali mal-Ministeru tat-Turiżmu; mal- Ministeru għall-Iżvilupp Sostenibbli, l-Ambjent u t-Tibdil fil-Klima; mal-Awtorità tat-Turiżmu ta’ Malta; u mal- Awtorità tal-Ambjent u r-Riżorsi.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 26243 li ilha li saret sitt xhur u jgħid il-vot tal-marketing ta' Għawdex bħala destinazzjoni turistika distinta li kellu fil-Ministeru tiegħu kif ġie minfuq għas-sena 2014 u għas-sena 2015? Għal kull każ jista' jgħid kemm kienet in-nefqa fuq kull inizjattiva u kemm kien għad fadal minn dan il-vot li ma ntużax sal-aħħar tas-sena? Jista' l-Ministru jgħid għal kull każ ta' kull inizjattiva li ttieħed b' dan il-vot, ix-xogħol jew is-servizzi sar wara sejħa għall-offerti, talba għal kwotazzjonijiet jew b' direct order?
Response (REFALO, ANTON)
Ninforma lill-Onorevoli Nterpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 25839 li ilha pendenti sitt xhur u jgħid minn Marzu 2013 sal-lum min kienu l-persuni li ġew inkarigati mill-Ministeru tiegħu biex jagħtu konsulenza fuq l-airstrip u/jew servizz ta' helicopter jew fixed-wing plane bejn Malta u Għawdex? Kemm tħallsu dawn il-persuni għal dan ix-xogħol? Jista' jpoġġi kopja tar-rapport jew pariri li ngħata fuq l-airstrip u servizz imsemmi minn dawn il-konsulenti?
Response (REFALO, ANTON)
Ninsab infurmat li l- Ministeru għal Għawdex ingħata konsulenza minn għand RM Periti għal valur ta’ €10,620 (VAT inkluz). Ir-rapport huwa ta’ natura kummerċjali u għaldaqstant ma jistax jiġi ppublikat.
Għawdex – post fejn jinħadmu l-karrijiet tal-karnival
Question
B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 25784, jista’ l-Ministru jgħid jekk issa ġiex identifikat post fejn ikunu jistgħu jinħadmu l-karrijiet tal-Karnival f'Għawdex? Jista' jikkonferma jekk saritx applikazzjoni għall-fondi tal-Unjoni Ewropea għal dan il-għan? Meta hu maħsub li d-dilettanti tal-Karnival f'Għawdex ikollhom dan il-post fejn jistgħu jaħdmu?
Response (REFALO, ANTON)
Ninsab infurmat li bħala sit ġie identifikat il-fond fi Triq tal-Baqqari kantuniera ma’ Triq il-Ħamrija fix-Xewkija. Bħalissa qed tiġi pproċessata applikazzjoni għand l-Awtorita’ tal-iPpjanar. Il-proġett ser jiġi ffinanzjat minn fondi nazzjonali.
San Lawrenz – Triq San Lawrenz – tieni kisja ta’ tarmak
Question
Jista' l-Ministru jgħid meta se ssir it-tieni kisja ta' tarmak fi Triq San Lawrenz f'San Lawrenz, Għawdex u fi Triq Franġisk Portelli fl-Għarb, Għawdex peress li qabel is-sajf u eżattament f’Mejju 2016 kien wieġeb il-mistoqsija parlamentari 25805 u qal li dan kien se jsir fil-futur qarib u issa diġà għaddew sitt xhur minn dik id-data u dan ix-xogħol baqa' ma sarx?
Response (REFALO, ANTON)
Ninsab infurmat illi bħalissa għaddejjin ix-xogħolijiet fuq l-imsemmija triq u dawn mistennija jitlestew sa l-aħħar ta’ Jannar 2017.
Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 27507, u jgħid b' kollox kemm sewa l-proġett tat-twettiq tal-Master Plan taċ-Ċittadella? Jista’ jagħti lista fiex intefaq dan l-ammont? Kemm tħallas kull kuntrattur li ħadem fuq dan il-proġett u f'kull każ ix-xogħol ingħata b'direct order, wara sejħa għall-kwotazzjonijiet jew b'tender?
Response (REFALO, ANTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant, li l-informazzjoni rikjesta hija waħda voluminuża. Għaldaqstant ninforma lill-istess Onor. li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u tingħata f’xi seduta oħra.
In-Nadur – ħsarat fit-toroq mix-Xagħra u mill-Port tal-Imġarr
Question
B'referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 28981, billi l-Ministru wieġeb li saru 22 kilometru ta' toroq f'Għawdex matul din il-leġiżlatura, u ftit iktar minn 2 kilometri matul il-leġiżlatura preċedenti, jista' l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra pjanta ta’ kull waħda mit-toroq li saru matul iż-żewġ leġiżlaturi kif ukoll ix-xogħol li sar fihom? Dwar it-toroq li jwasslu għan-Nadur, jista’ jikkunsidra l-investiment neċessarju fuq Triq ir-Rabat u Triq l-Imġarr, u jagħti tagħrif dwar meta hu mistenni li dan l-investiment jinbeda?
Response (REFALO, ANTON)
Ninforma lil Onorevoli Interpellant illi nbeda l-proċess ta’ analiżi biex jiġi ddeterminat ix-xogħol meħtieġ sabiex isiru Triq ir-Rabat, Nadur u Triq L-Imġarr, Nadur. Qiegħed ukoll inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-lista ta’ toroq asfaltati li saru minn fondi Nazzjonali fil-leġislatura peċedenti, kif ukoll lista ta’ xogħlijiet li saru f’dawn l-aħħar tlett snin.
Jista' l-Ministru jgħid liema xogħol sar fuq ix-shooting range taż-Żebbuġ, Għawdex f’dawn l-aħħar tliet snin? Kemm sewa dan ix-xogħol u jekk dan sarx b'direct order jew tender? Jista' jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-ftehim dwar l-amministrazzjoni ta' din ix-shooting range mill-Gozo Clay Target Association? Kemm hemm ħaddiema jaħdmu f'din ix-shooting range llum u min iħallas il-pagi ta' dawn il-ħaddiema?
Response (REFALO, ANTON)
Ninsab infurmat li din is-sena saret tinda li tiprotegi t-tiraturi mill-elementi peress li t-tinda li kien hemm kellha bzonn tinbidel u li din ġiet mħallsa minn Sport Malta. Saret manutenzjoni kostanti tas-sit mill-Ministeru għal Għawdex. Ninsab infurmat ukoll li ma hemm l-ebda ftehim formali mal-Gozo Clay Target Association dwar l-amministrazzjoni ta’ din ix-shooting range. Il-Ministeru għal Għawdex jipprovdi tlett watchmen u ħaddiem ieħor li jagħmel xogħol ta’ manutenzjoni.
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk kienx hemm xi żviluppi għal dak li jikkonċerna l-bini ta' breakwater f'Marsalforn? Meta hu mistenni li jinbeda x-xogħol?
Response (REFALO, ANTON)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għar-risposti li tajt għall-Mistoqsijiet Parlamentari numru 28672 u 27718.
Għawdex — Ir-Rabat - Triq Għajn Qatet - xogħlijiet
Question
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar ix-xogħol sar fi Triq Għajn Qatet, ir-Rabat, Għawdex, matul din is-sena? X'inhi r-raġuni li għaliha ma sarx ix-xogħol kollu meħtieġ f'din l-istess triq?
Response (REFALO, ANTON)
Ninsab infurmat illi sa issa tlesta x-xogħol fuq l-ewwel fażi. Ix-xogħol fuq il-kumplament tat-triq ser jitkomplew u jitlestew matul s-sena d-dieħla wara li jitlesta xi xogħol mill-Enemalta.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-proġett tar-restawr taċ-Ċittadella, li sar bl-għajnuna ta’ Fondi Ewropej, huwiex imniżżel bħala revenue generating project fil-Programm miftiehem mal-Kummissjoni Ewropea? Jista’ jikkonferma li jekk dan mhux imniżżel hekk, u b'hekk l-aġġustamenti relevanti tal-iffinanzjar ma sarx, ma jistax jiddaħħal ebda ħlas għaċ-Ċittadella qabel mill-inqas ħames snin minn meta tlesta? Jista' jikkonferma li jekk jiddaħħal xi forma ta’ ħlas f'dawn il-ħames snin, dan ikun ifisser li Malta jkollha tħallas lura persentaġġ mill-Fondi Ewropej li ntużaw għal dan il-proġett, liema ħlas lura jkun jammonta eżatt għall-85% tal-ammont ta' flus miġbura?
Response (REFALO, ANTON)
Nikkonferma li mhux ser ikunu introdotti miżuri ta’ revenue generation li jistgħu jaffetwaw l-ammont ta’ ko-finanzjament tal-proġett.
Bini ta’ pool f’Għawdex – Memorandum of Understanding
Question
Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-Memorandum of Understanding li ġie ffirmat mal-privat għall-bini ta' pool f’Għawdex? Jista' jgħid ma’ min ġie ffirmat u kemm kienu dawk li tefgħu l-applikazzjoni tagħhom għall-Expression of Interest li kienet inħarġet?
Response (REFALO, ANTON)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li għalkemm inġabru żewġ Expression of Interest intefgħet waħda biss. Il-Memorandum of Understanding ġie iffirmat ma’ GNI Limited. Din l-informazzjoni hija kummerċjalment sensittiva u għalhekk ma tistax tingħata.
Jista’ l-Ministru jagħti tagħrif dwar x'inhi r-raġuni li għaliha, ripetutament, vetturi li jkunu fit-tieni lane tal-Marshalling Area biex jirkbu l-vapur, jispiċċaw jittellgħu fuq, u vetturi oħra li jaslu ferm wara, qed jitgħabbew isfel?
Response (REFALO, ANTON)
Ninsab infurmat li l-vetturi kif dejjem sar, jiġu mgħobbija skond l-esiġenza tas-servizz u skond kif jiddeċiedi il-kaptan.
In-Nadur – ħsarat fit-toroq mix-Xagħra u mill-Port tal-Imġarr
Question
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar meta hu mistenni li t-toroq li jwasslu san-Nadur, kemm dawk li ġejjin min-naħa tax-Xagħra kif ukoll dawk li ġejjin min-naħa tal-port tal-Imġarr, fil-fatt isiru mill-ġdid biex jitneħħew il-ħsarat li hemm fihom?
Response (REFALO, ANTON)
Bħalma jaf l-Onorevoli Nterpellant, il-Gvern miexi ma’ programm ta’ rranġar u asfaltar ta’ toroq f’ Għawdex. Sal lum saru madwar 22 kilometru ta’ toroq f’din il-leġislatura, mentri fl-aħħar leġislatura saru ftit aktar minn 2 kilometri. Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jiċċara għall-liema toroq qiegħed jirreferi.
Jista' l-Ministru jgħid meta se jitkompla x-xogħol fuq il-Master Plan ta' Marsalforn? Jista' jgħid s’issa liema parti minn dan il-Master Plan twettqet u kemm sewa x-xogħol li sar s’issa? Meta hu mistenni li jkun lest ix-xogħol kollu fuq dan il-Master Plan?
Response (REFALO, ANTON)
Ninsab infurmat li x-xogħol tal-Masterplan huwa wieħed ‘ongoing’. S’issa ntefqu €25,050 ex VAT fuq materjal ta’ madum, decking u kurduna li ntużaw għal xogħol ta’ pavimentar u ta’ bankijiet ġodda. Intefqu €3,432 fi planki biex tranġa l-bridge fi Triq il-Port li kien perikolanti. Ix-xogħol manwali sar mill-ħaddiema tal-Gvern.
Irrid insemmi ukoll x-xogħol fil-menqa li kien jikkonsisti f’xogħlijiet fuq il-ħajt tal-menqa biex id-dgħajjes tas-sajjieda ikunu iktar protetti; rikostruzzjoni tas-Slipway; ftuħ ta’ landing office; titjib fid-dry standing area; installazzjoni ta’ Service Pillars; u tibdil tal-winch eżistenti ma’ ieħor li hu iktar effiċjenti. Il-proġett ġie jiswa madwar €860,056.
Ix-xogħol ta’ pavimentar ħa jitkompla wara l-festi tal-Milied biex ma jkunx ta’ nkonvenjent għall-istabilimenti li hemm ġo Marsalforn.
Fil-gimgħat li gejjin ha jinbidlu l-arbli tad-dwal u d-dwal fi Triq il-Port u x-xogħol ħa jiswa € 42,095.02 ex VAT.