Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #9122 Sitting 161 1999-10-20 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija — Persuni mtella' l-qorti

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kienu jammontaw il-persuni li tressqu l-qorti mill-pulizija akkużati b'tip ta' ħsara ambjentali matul is-snin 1993, 1994, 1995, 1996, 1997 u 1998 sena b'sena? Jista' l-Ministru jgħid kemm minnhom inqatgħetilhom il-kawża u kemm minnhom instabu ħatja u x'ġew ikkundannati?

Response (BORG, TONIO)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jispeċifika għal liema ksur ta' liġi qed jirreferi. 20.10.99 (a.m.)
Leg 9 PQ #9123 Sitting 161 1999-10-20 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija — Persuni mressqa l-qorti

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kienu jammontaw il-persuni li tressqu l-qorti mill-pulizija akkużati b'tipjip fuq il-karozzi tal-linja matul is-snin 1993, 1994, 1995, 1996, 1997 u 1998 sena b'sena? Jista' l-Ministru jgħid kemm minnhom inqatgħetilhom il-kawża u kemm minnhom instabu ħatja u x'ġew ikkundannati?

Response (BORG, TONIO)

Peress li l-informazzjoni li qed tintalab mhix miġbura f`forma ta` statistika komputerizzata, din l-informazzjoni tinħtieġ ċertu żmien biex tinġabar u għalhekk l-informazzjoni tingħata meta din tiġi miġbura. 20.10.99 (a.m.)
Leg 9 PQ #9124 Sitting 161 1999-10-20 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija — Persuni mressqa l-qorti

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kienu jammontaw il-persuni li tressqu l-qorti mill-pulizija akkużati b'kontravenzjonijiet tat-traffiku matul is-snin 1993, 1994, 1995, 1996, 1997 u 1998 sena b'sena? Jista' l-Ministru jgħid kemm minnhom inqatgħetilhom il-kawża u kemm minnhom instabu ħatja u x'ġew ikkundannati?

Response (BORG, TONIO)

Peress li l-informazzjoni li qed tintalab mhix miġbura f`forma ta` statistika komputerizzata, din l-informazzjoni tinħtieġ ċertu żmien biex tinġabar u għalhekk l-informazzjoni tingħata meta din tiġi miġbura. 20.10.99 (a.m.)
Leg 9 PQ #9125 Sitting 161 1999-10-20 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizja — Persuni mressqa l-qorti

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kienu jammontaw il-persuni li tressqu l-qorti mill-pulizija akkużati b'pussess ta' armi tan-nar bla permess matul is-snin 1993, 1994, 1995, 1996, 1997 u 1998 sena b'sena? Jista' l-Ministru jgħid kemm minnhom inqatgħetilhom il-kawża u kemm minnhom instabu ħatja u x'ġew ikkundannati?

Response (BORG, TONIO)

Peress li l-informazzjoni li qed tintalab mhix miġbura f`forma ta` statistika komputerizzata, din l-informazzjoni tinħtieġ ċertu żmien biex tinġabar u għalhekk l-informazzjoni tingħata meta din tiġi miġbura. 20.10.99 (a.m.)
Leg 9 PQ #9126 Sitting 161 1999-10-20 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija — Persuni mressqa l-qorti

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kienu jammontaw il-persuni li tressqu l-qorti mill-pulizija akkużati b'pussess tad-drogi matul is-snin 1993, 1994, 1995, 1996, 1997 u 1998 sena b'sena? Jista' l-Ministru jgħid kemm minnhom inqatgħetilhom il-kawża u kemm minnhom instabu ħatja u ġew ikkundannati priġunerija?

Response (BORG, TONIO)

Peress li l-informazzjoni li qed tintalab mhix miġbura f`forma ta` statistika komputerizzata, din l-informazzjoni tinħtieġ ċertu żmien biex tinġabar u għalhekk l-informazzjoni tingħata meta din tiġi miġbura. 20.10.99 (a.m.)
Leg 9 PQ #9127 Sitting 161 1999-10-20 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija — Persuni mressqa l-qorti

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kienu jammontaw persuni li tressqu l-qorti mill-pulizija akkużati bi prostituzzjoni matul is-snin 1993, 1994, 1995, 1996, 1997 u 1998 sena b'sena? Jista' l-Ministru jgħid kemm minnhom inqatgħetilhom il-kawża u kemm minnhom instabu ħatja u ġew ikkundannati priġunerija?

Response (BORG, TONIO)

Peress li l-informazzjoni li qed tintalab mhix miġbura f`forma ta` statistika komputerizzata, din l-informazzjoni tinħtieġ ċertu żmien biex tinġabar u għalhekk l-informazzjoni tingħata meta din tiġi miġbura. 20.10.99 (a.m.)
Leg 9 PQ #10080 Sitting 161 1999-10-20 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru ta' l-Intern

Kaċċaturi — Ksur ta' regolamenti

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm inqabdu kaċċaturi allegatament jiksru r-regolamenti tal-kaċċa matul ix-xahar ta' Settembru, x'allegatament għamlu ħażin dawn il-persuni?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li matul ix-xahar ta` Settembru ta` din is-sena inqabdu 31 kaċċatur jiksru r-regolamenti dwar il-Ħarsien ta` l-Għasafar u tal-Fenek Selvaġġ. 20.10.99 (a.m.)
Leg 9 PQ #10084 Sitting 161 1999-10-20 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija — Beach patrols

Question

Billi dan is-sajf bdew isiru l-beach patrols mill-pulizija jista' l-Ministru jgħid kemm ittelgħu persuni l-Qorti għax kienu topless meta dan għadu mhux permess bil-liġi?

Response (BORG, TONIO)

Minn tfixxija akkurata tar-records tal-Pulizija, jirriżulta li mill-1988 'l hawn ma tressaq ħadd fuq għawn 'topless', iżda ttellgħu persuni dwar nudiżmu. Nirreferi għad-domanda numru 2691 fil-Leġislatura li għaddiet, fejn fuq domanda dwar l-istess suġġett magħmula mill-Onor. Interpellant ingħata tweġiba mill-Onor. Alfred Sant li ``m` hemm l-ebda ħsieb li nibdlu dak li kien isir sa issa fuq dan is-suġġett mikxuf``. 20.10.99 (a.m.)
Leg 9 PQ #10368 Sitting 161 1999-10-20 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija — Serq ta' vetturi

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ġie rrapportat serq ta' vetturi matul l-ewwel disa' xhur ta' din is-sena? Kemm minn dawn il-vetturi nstabu? Liema kienu l-aktar lokalitajiet fejn sar serq ta' vetturi?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li bejn Jannar u Settembru 1999, ġew irrapurtati nieqsa 810 vettura, filwaqt li 493 ġew irrapurtati misjuba. San Ġiljan huwa l-post fejn saru l-aktar rapporti f`dan ir-rigward. 20.10.99 (a.m.)
Leg 9 PQ #10369 Sitting 161 1999-10-20 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija — Spezzjonijiet fuq karozzi

Question

Jista' l-Ministru jgħid, matul din is-sena, kemm saru spezzjonijiet mill-pulizija fuq vetturi minħabba ħruġ ta' dħaħen mill-exhaust? F'liema lokalitajiet saru? X'passi ttieħdu?

Response (BORG, TONIO)

Għalkemm ma tinżammx statistika tat-tagħrif hekk kif mitlub mill-Onor. Interpellant, ninsab infurmat li t-Taqsima tat-Traffiku tal-Pulizija regolarment tagħmel spezzjonijiet f`lokalitajiet differenti rigward ħruġ ta` duħħan minn vetturi. B`riżultat ta` dawn l-ispezzjonijiet numru ta` persuni jitressqu l-Qorti. 20.10.99 (a.m.)
Leg 9 PQ #9116 Sitting 160 1999-10-19 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija — Persuni mressqa l-qorti

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kienu jammontaw il-persuni li tressqu l-qorti mill-pulizija akkużati bi frodi matul is-snin 1993, 1994, 1995, 1996, 1997 u 1998 sena b'sena? Jista' l-Ministru jgħid kemm minnhom inqatgħetilhom il-kawża u kemm minnhom instabu ħatja u x'ġew ikkundannati?

Response (BORG, TONIO)

Peress li l-informazzjoni li qed tintalab mhix miġbura f`forma ta' statistika komputerizzata, din l-informazzjoni tinħtieġ ċertu żmien biex tinġabar u għalhekk l-informazzjoni tingħata meta din tiġi miġbura. 19.10.99 (p.m.)
Leg 9 PQ #9117 Sitting 160 1999-10-19 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija — Persuni mressqa l-qorti

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kienu jammontaw il-persuni li tressqu l-qorti mill-pulizija akkużati b'disprezz jew theddid lejn uffiċjali pubbliċi matul is-snin 1993, 1994, 1995, 1996, 1997 u 1998 sena b'sena? Jista' l-Ministru jgħid kemm minnhom inqatgħetilhom il-kawża u kemm minnhom instabu ħatja u x'ġew ikkundannati?

Response (BORG, TONIO)

Peress li l-informazzjoni li qed tintalab mhix miġbura f`forma ta' statistika komputerizzata, din l-informazzjoni tinħtieġ ċertu żmien biex tinġabar u għalhekk l-informazzjoni tingħata meta din tiġi miġbura. 19.10.99 (p.m.)
Leg 9 PQ #9118 Sitting 160 1999-10-19 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija — Persuni mressqa l-qorti

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kienu jammontaw il-persuni li tressqu l-qorti mill-pulizija akkużati b'disprezz lejn l-Istat matul is-snin 1993, 1994, 1995, 1996, 1997 u 1998 sena b'sena? Jista' l-Ministru jgħid kemm minnhom inqatgħetilhom il-kawża u kemm minnhom instabu ħatja u x'ġew ikkundannati?

Response (BORG, TONIO)

Peress li l-informazzjoni li qed tintalab mhix miġbura f'forma ta' statistika komputerizzata, din l-informazzjoni tinħtieġ ċertu żmien biex tinġabar u għalhekk l-informazzjoni tingħata meta din tiġi miġbura. 19.10.99 (p.m.)
Leg 9 PQ #9119 Sitting 160 1999-10-19 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija — Persuni mressqa l-qorti

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kienu jammontaw il-persuni li tressqu l-qorti mill-pulizija akkużati bi ksur ta' l-ordni pubbliku matul is-snin 1993, 1994, 1995, 1996, 1997 u 1998 sena b'sena? Jista' l-Ministru jgħid kemm minnhom inqatgħetilhom il-kawża u kemm minnhom instabu ħatja u x'ġew ikkundannati?

Response (BORG, TONIO)

Peress li l-informazzjoni li qed tintalab mhix miġbura f'forma ta' statistika komputerizzata, din l-informazzjoni tinħtieġ ċertu żmien biex tinġabar u għalhekk l-informazzjoni tingħata meta din tiġi miġbura. 19.10.99 (p.m.)
Leg 9 PQ #9120 Sitting 160 1999-10-19 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija — Persuni mtella' l-qorti

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kienu jammontaw il-persuni li tressqu l-qorti mill-pulziija akkużati b'vandaliżmu fuq proprjeta' privata matul is-snin 1993, 1994, 1995, 1996, 1997 u 1998 sena b'sena? Jista' l-Ministru jgħid kemm minnhom inqatgħetilhom il-kawża u kemm minnhom instabu ħatja u x'ġew ikkundannati?

Response (BORG, TONIO)

Peress li l-informazzjoni li qed tintalab mhix miġbura f'forma ta' statistika komputerizzata, din l-informazzjoni tinħtieġ ċertu żmien biex tinġabar u għalhekk tingħata meta din tiġi miġbura. 19.10.99 (p.m.)
Leg 9 PQ #9121 Sitting 160 1999-10-19 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija — Persuni mressqa l-qorti

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kienu jammontaw il-persuni li tressqu l-qorti mill-pulizija akkużati b'vandaliżmu fuq proprjeta' pubblika matul is-snin 1993, 1994, 1995, 1996, 1997 u 1998 sena b'sena? Jista' l-Ministru jgħid kemm minnhom inqatgħetilhom il-kawża u kemm minnhom instabu ħatja u x'ġew ikkundannati?

Response (BORG, TONIO)

Peress li l-informazzjoni li qed tintalab mhix miġbura f'forma ta' statistika komputerizzata, din l-informazzjoni tinħtieġ ċertu żmien biex tinġabar u għalhekk tingħata meta din tiġi miġbura. 19.10.99 (p.m.)
Leg 9 PQ #10077 Sitting 160 1999-10-19 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru ta' l-Intern

Kaċċaturi/Nassaba

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hawn kaċċaturi/nassaba liċenzjati llum? Ta' liema għaqda huma membri?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li sas-7 ta' Ottubru, 1999, kien hawn 32,152 persuna li għandhom liċenzja tal-kaċċa u 10,718 persuna li għandhom liċenzja għall-insib. Infurmat ukoll li l-Pulizija ma żżommx statistika dwar l-aħħar parti tal-Mistoqsija. 19.10.99 (p.m.)
Leg 9 PQ #10078 Sitting 160 1999-10-19 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru ta' l-Intern

Kaċċa/Nsib — Liċenzji

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ħarġet liċenzji/applikazzjonijiet ġodda għall-kaċċa u nsib il-pulizija kull sena għal dawn l-aħħar għaxar snin?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li, mill-1995, mindu bdew jinżammu records dwar is-suġġett tal-Mistoqsija, it-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant hu kif ġej : - Sena Kaċċa Insib ---- ----- ----- 1995 535 179 1996 567 113 1997 1,006 72 1998 516 51 1999 444 64 * Sas-6 ta` Ottubru 19.10.99 (p.m.)
Leg 9 PQ #10289 Sitting 160 1999-10-19 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizja — Każi ta' snatch and grab

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew irrapportati każi ta' snatch and grab minn Settembru 1998 sa Settembru 1999? F'liema lokalita' sar kull każ, u kemm ġew imressqa l-qorti persuni dwar dawn il-każi?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li bejn l-1 ta' Settembru, 1998, u t-30 ta' Settembru, 1999, ġew irrappurtati lill-Pulizija 261 każ ta' snatch and grab mill-lokalitajiet kif murija fuq it-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra. Infurmat ukoll li 32 persuna ġew imressqa l-Qorti dwar każ wieħed jew iktar ta' snatch and grab. 19.10.99 (p.m.)
Leg 9 PQ #10328 Sitting 160 1999-10-19 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Intern

San Ġiljan — Sinjali tat-traffiku

Question

Jista' l-Ministru jara li jsiru d-double yellow line quddiem u ħdejn ir-residenzi privati kollha fi Triq il-Kbira f'San Ġiljan, qrib is-City of London peress li qed ikun hemm żewġ jew tliet ringieli ta' karozzi jagħlqu r-residenti priġunieri fi djarhom u allaħares ikollhom bżonn xi ambulanza għax ma jkunux jistgħu jipparkjaw hemm?

Response (BORG, TONIO)

Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi din il-Mistoqsija lill-Ministru konċernat. 19.10.99 (p.m.)