Jista’ l-Ministru jgħid kemm il-kilometri ta' toroq residenzjali sarilhom It-tarmak minn Transport Malta mill-1 ta' Settembru 2012 sal-aħħar ta' Marzu 2013 u mill-1 ta' April 2013 sal-aħħar ta' Settembru 2014, iż-żewġ perjodi separati? Liema huma dawn it-toroq u kemm kienet l-ispiża għal kull triq f'kull perjodu hawn fuq msemmi?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni disponibbli.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il metru kwadru ta' patching sar f'toroq prinċipali, distributorji u arterjali mill-1 ta' Settembru 2012 sal-aħħar ta' Marzu 2013 u mill-1 ta' April 2013 sal-aħħar ta' Settembru 2014, iż-żewġ perjodi separati? Liema huma dawn t-toroq? X'tip ta' patching sar, jekk hux bil-cold asphalt jew bil-hot tarmac u kemm kienet l-ispiża għal kull triq f'kull perjodu hawn fuq imsemmi?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li Transport Malta hija konxja tal-bżonnijiet ta’ major patching kif ukoll tar-residenti li għadhom bla toroq. Għaldaqstant, Transport Malta tqis li toroq residenzjali jingħataw prijorita’ skont il-bżonnijiet li jirriżultaw.
Min-naħa l-oħra, taħt din l-amministrazzjoni għadu kif inxtara apparat ta’ hot box biex il-ħaddiema tal-Gvern jużaw hot asphalt biex jitranġaw patches li qabel kienu jsiru bil-cold asphalt u li kien jinqala’ wara ftit ġranet. Qiegħed jiġi ppjanat ukoll li jkun hemm sezzjoni ta’ ħaddiema tal-Gvern li jagħmlu dan ix-xogħol.
Meta jkun iffinalizzat il-Framework Agreement il-ġdid għandu jitkompla x-xogħol ta’ major patching bi prezzijiet maqbulin mal-Kamra tal-Kummerċ fejn anke ġew innegozjati persentaġġi aħjar għal xogħol li jsir bil-lejl.
Filwaqt li għal xogħlijiet li saru bejn l-1 ta’ Settembru 2012 u l-aħħar ta’ Marzu 2013 nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għat-tweġiba li ngħatat għall-mistoqsija parlamentari 4883, ninfurmah li matul din l-amministrazzjoni, fil-każ ta’ cold patching, Transport Malta tagħmel manutenzjoni regolari normalment matul tmiem il-ġimgħa fit-toroq arterjali u distributorji skont il-bżonn. Dan filwaqt li fil-każ ta’ hot asphalt normalment jintuża f’każi ta’ major patching. Lista ta’ dawn qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il kilometri ta' toroq residenzjali sarilhom it-tarmak minn Transport Malta mill-1 ta' April 2013 sal-aħħar ta' Settembru 2014 fuq inizjattiva tal-Gvern preżenti? Liema huma dawn it-toroq u kemm kienet l-ispiża għal kull triq f'kull perjodu hawn fuq imsemmi?
Response (MIZZI, JOE)
Filwaqt li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba, ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Gvern preżenti ma jiddiskriminax bejn toroq ta’ qabel April 2013 u dawk ta’ wara. Għaldaqstant, dan il-Gvern ma waqqaf l-ebda inizzjattivi tal-amministrazzjoni preċedenti, anzi kompla bix-xogħol li kien għaddej sabiex jitlesta fl-inqas żmien possibli, kif ukoll beda jaħdem fuq programm ta’ toroq ġodda skont il-prioritajiet li jirrużultaw.
Malta Public Transport Services – spiża għall-operat tas-servizz tat-trasport pubbliku
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kienet l-ispiża, xahar b' xahar, tal-Malta Public Transport Services biex ġie operat it-trasport pubbliku mill-istess kumpanija minn Jannar 2014 sa Settembru 2014?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li f’dan l-istadju ma jkunx prudenti li nagħtu din it-tip t’informazzjoni minħabba l-fatt li għadhom ma ġewx finalizzati in-negozjati mal-operatur il-ġdid tat-Trasport Pubbliku.
Malta Public Trasport Services – dħul mill-biljetti
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kienid-dħul mill-biljetti minn Malta Public Transport Services, xahar b' xahar, minn Jannar 2014 sa Settembru 2014?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi skont informazzjoni mgħoddija mill-kumpanija Malta Public Transport, id-dħul minn biljetti bejn Jannar u Lulju kien is-sussegwenti:
Xahar
Dħul minn Biljetti
Jannar 2014
€ 1,379,728
Frar 2014
€ 1,333,142
Marzu 2014
€ 1,578,505
April 2014
€ 1,690,319
Mejju 2014
€ 1,791,908
Ġunju 2014
€ 1,859,441
Lulju 2014
€ 2,349,951
€ 11,982,994
L-informazzjoni għax-xhur ta’ Awwissu u Settembru għadhom qed jiġu ivverifikati.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm talbiet għal reserved parking spaces fil-lokalità tal-Ħamrun matul is-snin 2012, 2013 u 2014? Jista’ jgħid kemm minn dawn it-talbiet ġew approvati u f’kull każ f’liema triq?
Response (MIZZI, JOE)
Jien infurmat li fil-lokalità tal-Ħamrun kien hemm erbgħin talba għall- parkeġġ riżervat għar-residenti matul is-snin 2012, 2013 u 2014. Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-kamra lista ta’ talbiet li ġew milqugħa flimkien mal-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm talbiet għal reserved parking spaces fil-lokalità tal-Pietà matul is-snin 2012, 2013 u 2014? Jista’ jgħid kemm minn dawn it-talbiet ġew approvati u f’kull każ f’liema triq?
Response (MIZZI, JOE)
Jien infurmat li fil-lokalita’ tal-Pietà kien hemm wieħed u għoxrin talba għal parkeġġ riżervat għar-residenti matul is-snin 2012, 2013 u 2014. It-talbiet li ġew approvati huma kif ġej;
Isem tat-Triq
Data tal-Approvazzjoni
Triq Qtejten
10/09/2012
Our Lady of Sorrow Street
05/06/2013
St Luke's Road
10/02/2013
Triq Pietru Xuereb
10/02/2013
Triq Qrejten
10/02/2013
Triq l-Orsulili
01/07/2014
Telgħet Gwardamangia
01/07/2014
Marina Street
19/09/2014
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm talbiet għal reserved parking spaces fil-lokalità tal-Marsa matul is-snin 2012, 2013 u 2014? Jista’ jgħid kemm minn dawn it-talbiet ġew approvati u f’kull każ f’liema triq?
Response (MIZZI, JOE)
Jien infurmat li fil-lokalità tal-Marsa kien hemm dsatax-il talba għal parkeġġ riżervat għar-residenti matul is-snin 2012, 2013 u 2014. L-informazzjoni dwar dawk li t-talbiet li ġew approvati huwa kif ġej:
ISEM TAT-TRIQ
DATA TAL-APPROVAZZJONI
Triq Stiefnu Żerafa
18/06/2012
Triq San Franġisk
08/05/2013
Triq it-Tiġrija
29/07/2013
Isourad Street
02/09/2013
Triq Balbi
02/09/2013
Triq Isouard
28/02/2014
Triq Għabex
25/07/2014
Isuard Street
27/08/2014
Victory Street
27/08/2014
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm talbiet għal reserved parking spaces fil-lokalità ta’ Santa Venera matul is-snin 2012, 2013 u 2014? Jista’ jgħid kemm minn dawn it-talbiet ġew approvati u f’kull każ f’liema triq?
Response (MIZZI, JOE)
Jien infurmat li fil-lokalità ta’ Santa Venera kien hemm erbgħa u għoxrin talba għal parkeġġ riżervat għar-residenti matul is-snin 2012, 2013 u 2014. L-informazzjoni dwar dawk it-talbiet li ġew approvati huwa kif ġej:
ISEM TAT-TRIQ
DATA TAL-APPROVAZZJONI
Triq Soll
18/06/2012
Triq il-Kanun
16/10/2012
Triq il-Kbira San Gużepp
24/01/2013
Triq Pietru Dacoutros
24/01/2013
Triq Parilja
16/05/2013
Triq il-Kbira
08/05/2013
Triq Abela
05/06/2013
Vivion Street
29/07/2013
Fleur De Lys Junction
02/09/2013
Triq il-Palazz l-Aħmar
02/09/2013
Triq Soll
02/09/2013
Triq Emm Attard
02/10/2013
Triq iż-Żonqor
02/10/2013
St. Georges Street
01/07/2014
Triq Palazz l-Aħmar
23/05/2014
Ministeru għat-Trasport u l-Infrastruttura — bordijiet
Question
Jista' l-Ministru jgħid liema huma l-bordijiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu? Jista' jgħid għal kemm kienet tammonta l-ispiża tal-ħatriet fuq dawn il-bordijiet fis-sena 2012 u fis-2013 u kemm hu stmat li se tkun l-ispiża fis-sena kurrenti?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li minħabba il-bdil li seħħ fid-dekasteri li jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħi mal-bidla fil-Gvern, qed isir eżerċizzju sabiex tinġabar l-informazzjoni mitluba.
Jista' l-Ministru jgħid jekk hux se jsir xi ħaġa biex tiġi solvuta l-problema ta' traffiku li qed jinġema' fit-tarf ta' Triq Pantar li tmiss ma' Triq il-Belt Valletta fil-Mosta, liema sitwazzjoni nibtet meta nfetaħ l-aċċess minn Triq Pantar għal Triq il-Belt Valletta direzzjoni Birkirkara għall-karozzi kollha u mhux tal-linja biss?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi Transport Malta għamlet modifiki fis-sistema tal-horizontal line markings li jwasslu għal din il-junction.
Il-Mosta — proġett ta’ shopping village – traffiku
Question
Jista' l-Ministru jgħid xi pjani qed isiru għat-traffiku in vista tal-proġett massiċċ li ħareġ approvazzjoni għalih mill-MEPA u li permezz tiegħu se jinbena shopping village fiż-żona li qabel kienet tappartjeni lill-kumpanija li d-dettalji dwarha qegħdin jintbagħtu separatament u li tmiss ma' Triq Pantar, ma' Triq il-Belt Valletta u maċ-Charles Abela Memorial Stadium fil-Mosta?
Response (MIZZI, JOE)
Ninsab infurmat li l-applikazzjoni għall-iżvilupp PA 1766/14 li ġiet approvata mill-MEPA fil-31 ta’ Lulju 2014 u li tikkonċerna dan il-proġett, tistipula l-kundizzjoni li l-iżviluppatur għandu l-obbligu jiffinanzja parti mill-upgrading tal-inkroċju tas-sinjali tat-traffiku bejn Triq Pantar u Triq Valletta, kif ukoll il-parti tar-roundabout bejn Triq Valletta u Vjal il-Labour.
It-Traffic Impact Statement (TIS) li ġie ppreparat għal din l-applikazzjoni kien qed ibassar li sas-sena 2020, biż-żieda fil-volum tat-traffiku, u mingħajr l-iżvilupp innifsu, kien jirrikjedi modifiki f’dawn iż-żewġ inkroċji sabiex ilaħqu ma’ din iż-żieda. Għaldaqstant it-TIS analizza disinji alternattivi u nstab li ż-żewġ inkroċji setgħu jitħaddmu b’mod sodisfaċenti fil-futur qarib u bl-iżvilupp mistenni, billi jsiru xi modifiki minuri fi-disinn u l-operat ta’ dawn l-inkroċji.
Id-disinn modifikat għall-inkroċju tas-sinjali tat-traffiku jinkludu l-obbligu li l-iżviluppatur iċedi parti mill-propjetà tiegħu sabiex titwessa Triq Pantar sabiex takkomoda volum ikbar tat-traffiku kif ukoll isir aġġustament fl-operat tas-sinjali tat-traffiku. Fir-rigward tar-roundabout bejn Triq Valletta u Vjal il-Labour jinħtieġ isiru xi aġġustamenti fil-ġeometrija tat-toroq li jwasslu għall-istess roundabout u tkabbir fil-wisa’ tal-karreġġjata ta’ madwar ir-roundabout.
Transport Malta — Traffic Management Unit - billboards
Question
Jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra lista ta’ billboards li ġew approvati mit-Traffic Management Unit ta’ Transport Malta mid-9 ta’ Marzu 2013 sal-jum li fih tkun imwieġba din l-interpellanza, imqassma b’lokalitajiet, b’site plans u bl-ismijiet tal-applikant/i?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-approvazzjoni għat-tqegħid ta’ billboards tingħata mill-Awtorità tal-Ambjent u Ippjanar.
Jista’ l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm hemm xufiera li għandhom il-liċenzja tagħhom li għaliha tapplika s-sistema ta' points skont il-kontravvenzjonijiet li jkun għamel dak ix-xufier partikulari? Kemm kien hemm xufiera li tilfu l-liċenzja tagħhom minħabba li laħqu l-massimu ta' tnax-il punt li huma stabbiliti? Jista’ jagħti tagħrif dwar jekk il-liċenzji l-ġodda għadhomx joħorġu b'din is-sistema? Jista’ jagħti tagħrif dwar jekk hemmx il-ħsieb li din is-sistema tiġi estiża għad-drivers kollha f'Malta u Għawdex? Jekk iva, meta?
Response (MIZZI, JOE)
Ninsab infurmat li l-liċenzji tas-sewqan il-ġodda kollha joħorġu b’sistema ta’ punti sakemm jgħaddu l-ewwel tlett snin mill-ħruġ tal-liċenzja. Preżentament hemm 16,154 persuna li għandhom il-liċenzja tagħhom li għaliha tapplika s-sistema ta’ punti. Matul din is-sena, kien hemm 50 persuna li tilfu l-liċenzja tagħhom minħabba li laħqu l-massimu ta’ tnax-il punt.
Nhar it-22 ta’ April 2014 kien ġie ppubblikat dokument msejjaħ bħala Road Safety Strategy Document liema dokument kien inħareġ għall-konsultazzjoni pubblika. F’dan id-dokument kienet ġiet proposta l-miżura li nestendu s-sistema tal-punti fuq ix-xufiera kollha sabiex niskoraġixxu l-ksur tar-regoli repetutament, filwaqt li ninkoraġixxu t-taħriġ kontinwu. Din il-miżura hija proposta biex tkun mifruxa fuq medda ta’ għaxar snin.
Jista’ l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm hemm uffiċjali ta' Transport Malta li qed ikunu fuq il-bus stops biex jagħmlu spezzjonijiet fuq il-karozzi tal-linja? X'tip ta' spezzjonjiet qed iwettqu dawn il-persuni? Minbarra impjegati ta' Transport Malta, Jista’ jagħti tagħrif dwar jekk hemmx ukoll ħaddiema ta' kumpaniji privati li qed iwettqu dan ix-xogħol? Jekk iva, kif saret l-għażla ta' dawn il-ħaddiema?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi b’kollox hemm ħames impjegati ġewwa s-sezzjoni tat-Trasport Pubbliku ta’ Transport Malta li għandhom ir-rwol li jagħmlu spezzjonijiet fuq il-karozzi tal-linja. L-ispezzjonijiet li jwettqu dawn l-impjegati jinkludu:
· Spezzjonijiet fuq ix-xarabanks fejn tiġi iċċekkjata fost l-oħrajn, l-indafa, apparat ta’ sigurtà u t-temperatura ambjentali ġewwa ix-xarabank;
· Spezzjonijiet fuq l-infrastruttura, fejn jiġi ċċekjat li hemm l-iskedi mwaħħla fuq il-
bus stops
kif ukoll l-indafa f’dawk il-vened immaneġġjati mill-operatur;
· Xufiera u impjegati oħra tal-operatur li jkollhom kuntatt mall-passiġġieri;
· Moniteraġġ fuq ir-rotot fejn jiġu ċċekjati fuq affidabbiltà u puntwalità.
Minbarra dawn il-ħames impjegati, Transport Malta għandha numru ta’ Enforcement Officers li jassistu fi spezzjonijiet li għandhom x’ jaqsmu mas-sigurta’ tal-karozzi tal-linja.
Infurmat ukoll li l-moniteraġġ tar-rotot isir ukoll permezz ta’ impjegati ta’ kumpanija privata, liema kumpanija ġiet magħżula wara li kienet ħarget tender għal tali servizzi. L-ammont jista jvarja bejn 2 u 8 persuni skont in-neċessitajiet ta’ Transport Malta.
Jista' l-Ministru jgħid fiex wasal il-proċess sabiex jinbeda x-xogħol ta' wiċċ ġdid fuq Triq il-Kortin fil-Mellieħa? Jista’ jindika meta mistenni jibda x-xogħol fuq din it-triq?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li Transport Malta qed tevalwa dokumenti ta’ kawżi u appelli tal-Qorti datati Ġunju 2003 u Frar 2005 li ġew mogħtija lilha dan ix-xahar mill-Kunsill Lokali. Ma nsib ebda oġġezzjoni li din it-triq tiddaħħal fil-programm tat-toroq li jiġi mfassal minn Transport Malta skont prijoritajiet jekk tkun fir-responsabilità ta’ Transport Malta u mhux tal-kunsill.
San Pawl il-Baħar – sensors tal-veloċità fil-bypass
Question
Jista' l-Ministru jgħid jekk fil-bypass ta' San Pawl il-Baħar hux se jiġu stallati xi sensors fil-bidu u fit-tmiem tat-triq biex ikun irrekordjat il-ħin li jittieħed minn tarf għall-ieħor tal-istess triq, ħalli jiġi assigurat li l-average speed matul l-istess triq ma jaqbiżx it-80 kilometru s-siegħa?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat li l-Awtorità tat-Trasport irċeviet talba mill-kumitat reġjonali għall-installazzjoni ta' speed camera. Din it-talba ġiet approvata mill-Awtorità u tali speed camera ġiet istallata mill-istess kumitat reġjonali. L-Awtorità ma rċeviet l-ebda talba għall-istallazzjoni ta' Average Speed Camera li għaliha qed jirreferi l-Onor. Interpellant.
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk hux possibbli li fl-inħawi ta' Kennedy Grove, fid-direzzjoni li minn Baħar iċ-Ċagħaq tkun ġej lejn San Pawl il-Baħar, fejn l-ilma tal-wied jiżbokka fil-kanal tas-Salini, fil-fatt jiġi assigurat li l-mini li qed jitqiegħdu jkunu kbar biżżejjed biex jieħdu l-ilma li normalment jgħaddi minn dawn l-inħawi wara kull xita? Billi nies midħla sew tal-inħawi huma preokkupati li dawn il-mini mhumiex kbar biżżejjed, jista' jinvestiga jekk dawn il-mini jew xi mini oħra se jkunu kbar biżżejjed biex jieħdu l-ilma li jiġi fihom?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-mini li qegħdin jiġu mibnija huma estensjoni tal-mini eżistenti, kemm bħala daqs kif ukoll bħala direzzjoni. Il-mini eżistenti għandhom jinżammu u jiġu rranġati. Għaldaqstant il-passaġġ tal-ilma fil-kanal tas-salini mhux ser jiġi mblukkat jew ostakolat.
Trasport Pubbliku — Żjara fi Spanja b’konnessjoni mas-servizz tat-trasport pubbliku
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm–il darba hu tela’ Spanja għand wieħed mill-bidders tal-espressjoni ta' interess għall-provvista tas-servizz tat-trasport pubbliku? Minn min u f'liema kapaċità kien akkumpanjat kull darba li għamel din iż-żjara fi Spanja?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ma saret l-ebda żjara oħra fi Spanja, la qabel u lanqas wara iż-żjara imsemmija fir-risposta mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 11210.
Trasport Pubbliku – żjara ta’ kumpanija Spanjola f’Malta
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x'kienet ir-raġuni li l-kumpanija Spanjola li hi waħda mill-bidders tal-espressjoni ta' interess għall-provvista tas-servizz tat-trasport pubbliku, ġiet Malta? X' kien l-iskop taż-żjara ta' din il-kumpanija f'pajjiżna? Veru illi din il-kumpanija ltaqgħat mal-Ministru, ma’ uffiċjali ta' Transport Malta u ma’ uffiċjali fi ħdan il-kumpanija li bħalissa qiegħda tipprovdi s-servizz tat-trasport pubbliku f ‘pajjiżna? X'kien diskuss f'dawn il-laqgħat fid-dawl illi meta saru dawn il-laqgħat, din il-kumpanija ma’ kenetx għada l-preferred bidder?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill- Onor. Interpellant li huwa proċess normali li matul il-verifikazzjoni , il-Kumitat ta’ l-Aġġudikazzjoni jitlob kjarifiki dettaljati fuq sottomissjonijiet magħmula mill-kandidat. Għalhekk,wara li l-Kumitat evalwa is-sottomissjonijiet Spanjoli ħass li kellu jitlob aktar kjarifiki dettaljati u sejjaħ lill-kandidat Spanjol f’pajjiżna sabiex jagħmel dan. Id-diskussjonijiet li saru kienu ta’ natura teknika u operattiva fuq in-Network propost fl- Expression Of Interest. Inżammu xi laqgħat bejn l-uffiċċjali kollha involuti fil-proċess tal-aġġudikazzjoni, inkluż uffiċċjali mill- Awtorita’ tat-Trasport. Lill-Onor. Interpellant ninfurmah illi jiena qatt ma kont preżenti għal dawn il-laqgħat.