Legislature:
Category:
Reset
Active:

Ċirkewwa — Rampa

Question

Jista' l-Ministru jara li r-rampa li tintuża mid-divers fiċ-Ċirkewwa (a) tinżamm fi stat nadif u (b) isir railing fiha biex jgħin lil dawk li jiffrekwentaw dan il-post?

Response (GALEA, ĊENSU)

Ser nara x`tip ta` tindif hu meħtieġ biex jiġi assigurat li min hu responsabbli minn dan ix-xogħol iwettqu.

PTA — Karozzi tal-linja

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm inqabdu karozzi tal-linja b'diesel imħallat bil-pitrolju matul l-1999?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li ma tul l-1999 ma kien hemm l-ebda każ ta` karozzi tal-linja li nqabad b`diesel imħallat bil-pitrolju.

PTA — Trasport pubbliku

Question

Jista' l-Ministru jara jistax jiġi kkonsidrat li l-karozzi tal-linja jgħaddu minn Triq Sant'Anna, il-Furjana huma u deħlin lura l-Belt, matul ix-xhur tax-xitwa biex jonqos l-inkonvenjent lir-residenti?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li dan is-servizz jingħata matul is-sena kollha wara s-6.00 ta` filgħaxija. Matul il-ġurnata s-servizz jingħata minn Triq Sarria minħabba l-bżonnijiet ta` dawk li jirrikorru fid-Dipartimenti tal-Gvern. Madankollu r-rotta 98 (ċirkulari madwar il-Belt), titla sa ħdejn il-Policlinic u tmur lejn il-Belt minn Triq San Franġisk.

Raħal Ġdid — Asfaltar ta' toroq

Question

Jista' l-Ministru jgħid liema huma t-toroq li se jingħataw it-tarmak f'Raħal Ġdid? Meta se jingħataw it-tarmak?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li d-Dipartiment tat-Toroq flimkien mal-Kunsilli Lokali qed jipprepara programm għal asfaltar ta` toroq simili ma` Malta kollha, u x-xogħol fil-lokal isir skond il-prijoritajiet li ser jirriżultaw minn dan il-programm.

Wied il-Għajn — Traffic island

Question

Possibbli jiġi kkonsidrat li fil-junction fejn Triq il-Qaliet, f'Wied il-Għajn toħroġ u tingħaqad ma' Triq il-Gardiel, issir xi ħaġa bħal traffic island bit-tama li l-karozzi li jkunu ġejjin b'ċertu veloċita' minn ġo Triq il-Qaliet, ikollhom inaqqsu l-ispeed peress li ta' spiss qed jiġru inċidenti - uħud gravi - f'din il-junction?

Response (GALEA, ĊENSU)

Irreferejt is-suġġeriment ta' l-Onor. Interpellant għall-konsiderazzjoni tal-Bord għall-Kontroll tat-Traffiku.

Wied il-Għajn — Triq il-Gardiel - Traffic lights

Question

Possibbli li t-Traffic Control Board jikkonsidra li jagħmel zebra crossing jew traffic lights fi Triq il-Gardiel f'Wied il-Għajn biswit Triq il-Munxar fejn bosta nies ikollhom jaqsmu f'din it-triq traffikuża biex imorru jixtru mis-supermarket u ħwienet oħra li hemm fi Triq il-Munxar u toroq oħra biswit din it-triq?

Response (GALEA, ĊENSU)

Irreferejt is-suġġeriment ta' l-Onor. Interpellant għall-konsiderazzjoni tal-Bord għall-Kontroll tat-Traffiku.

Dipartiment ta' l-Avjazzjoni Ċivili — Impjegati ġodda

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew impjegati ħaddiema ġodda fid-Dipartiment ta' l-Avjazzjoni Ċivili mis-27 ta' April, 1999 sal-15 ta' Settembru, 1999? Jista' l-Ministru jgħid ukoll jekk ġewx impjegati ħaddiema ġodda meta ħarġu l-applikazzjonijiet għal dawn l-impjiegi? Jekk jirriżulta li ġew impjegati ħaddiema ġodda mingħajr applikazzjonijiet, jista' l-Ministru jgħid kemm dawk impjegati kien ilhom applikati għall-imsemmi mpjieg?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li bejn id-dati msemmija ġew impjegati: a) Temporary Operations Officer b`effett mit-30 t`Awissu, 1999 wara sejħa għall-applikazzjoni li dehret fil- gazzetta tal-Gvern fid-19 ta` Jannar, 1999. b) Air Worthiness Surveyor (bil-kuntratt) b`effett mill-1 ta` Settembru, 1999 wara sejħa għal applikazzjoni fil-gazzetta tal-Gvern tal-25 ta` Mejju, 1999 kif ukoll wara avviżi fil-media internazzjonali f`Mejju-Ġunju, 1999. Ma jirriżultax li ġew impjegati ħaddiema ġodda mingħajr applikazzjonijiet.

Dipartiment ta' l-Avjazzjoni Ċivili — Trasferimenti

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw trasferimenti mis-27 ta' April, 1999 sal-15 ta' Settembru, 1999 lill-ħaddiema tad-Dipartiment ta' l-Avjazzjoni Ċivili? Jista' l-Ministru jagħti r-raġuni għaliex saru dawn it-trasferimenti każ b'każ? Jista' l-Ministru jgħid huwiex il-ħsieb li jsiru aktar trasferimenti fil-futur qarib fil-post tax-xogħol imsemmi?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li bejn id-data msemmija saru dawn it-trasferimenti: Uffiċċjal fi Grad 5 - Wireless Telegraphy Senior Technical Officer - Works Division Clerk - Department of Corporate Services - Tal-Ministeru MT Driver - Care of the Elderly Operative - Management Efficiency Unit Dawn it-trasferimenti saru minħabba li d-Dipartiment ta` l-Avjazzjoni Ċivili naqaslu l-volum ta` xogħol wara li l-M.I.A. ħadet diversi funzjonijiet mingħand l-istess Dipartiment, u għalhekk qed isir użu aħjar mill-kapaċitajiet ta` dawn l-istess ħaddiema.

Rabat — Bypass - Xogħlijiet

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 8567 dwar l-Imtarfa Bypass peress li l-Ministru ilu jgħid 12-il xahar li se jieħu l-passi, jista' l-Ministru jippreċiża meta se jsiru x-xogħlijiet, per eżempju, sitt xhur oħra, jew sena oħra? Jista' l-Ministru jikkonsidra fil-pjanijiet ta' riabilitazzjoni ta' din il-Bypass li ssir side way għal pedestrians peress li ħafna persuni jużaw din it-triq għal passiġġjati?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li x-xogħol fl-Imtarfa Bypass beda u miexi b`ritmu tajjeb.

Kunsilli Lokali — Xogħol tat-toroq

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta se jkunu lesti d-diskussjonijiet mal-kunsilli lokali sabiex jiġu stabbiliti l-prioritajiet għax-xogħol marbut mat-toroq li se jsir xi xogħol fihom, b'mod partikolari fiż-Żejtun, f'Ħaż-Żabbar u f'Wied il-Għajn?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li d-diskussjonijiet għadhom għaddejien u peress li hu fl-interess tal-partijiet kollha li jintlaħaq ftehiem wieħed jispera li dan ix-xogħol ma jdumx ma jkun iffinalizzat.

PTA — Impjegati

Question

Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra dwar kemm hemm u kien hemm impjegati u f'liema gradi ġewwa l-Awtorita'tat-Trasport Pubbliku fis-snin 1997, 1998 u 1999?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li l-impjegati li kellha magħha l-Awtorita` dwar it-Trasport Pubbliku fl-aħħar ta` Settembru 1997,1998 u 1999 kienu dawn: Staff Amministrattiv: KARIGA 1997 1998 1999 General Manager 1 1 1 Consultant to Authority 1 - - Operations Manager 1 1 1 Assistant Operations Manager 2 2 2 Technical Manager 1 1 1 Research & Development Manager 1 1 1 Manager - 1 1 Public Relations Officer 1 1 1 Assistant Technical Manager - 1 1 Engineering Inspector 1 - - Accounts Officer 1 1 1 Operations Clerk 2 2 2 Secretarial Assistant 1 1 1 Clerk 3 2 1 Assistant Clerk-Receptionist - 2 4 Assistant Vehicle Inspector - 1 1 Messenger-Handyman-Security 2 1 1 Cleaner 1 - - Total f`Malta u Għawdex 19 19 20 Impjegati fuq barra: Senior Enforcement Officer 6 6 6 Enforcement Officer 27* 30* 30* Supervisor Transport Assistant 6 7 7 Transport Assistant 94 91 87 Total f`Malta u Għawdex 133 134 130 *Enforcement Officer hu sekondat mad-Dipartiment ta` l-Edukazzjoni b`responsabilta` għat-trasport ta` l-istudenti fl-iskejjel Statali. F`kull sena, minn dawn l-impjegati l-Awtorita` kellha xi wħud mislufa f`Ministeri. Bħalissa hemm tnejn li jinsabu f`unpaid leave peress li jinsabu b`kuntratt fis-Segretarjat ta` Ministeri.

Bormla — Triq R. Taylor - "No Parking Sign"

Question

Jista' l-Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari numru 11102 li oriġinarjament saret lill-Ministru ta' l-Intern u li issa ġiet riferuta lilek u ċioe': jikkonsidra l-Ministru li Triq R. Taylor, Bormla jsir "No Parking" għax qed toħloq inkonvenjent lir-residenti?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li l-Kunsill Lokali ta` Bormla diġa ġie nfurmat mill-Bord għall-Kontroll tat-Traffiku biex parti minn Triq Rikkardu Taylor isir `single yellow line` quddiem id-djar tar-residenti biex ma jipparkjawx karozzi u b`hekk jitneħħa l-inkonvenjent għar-residenti.

Dipartiment tal-Wireless Telegraphy — Trasferimenti

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw trasferimenti mis-27 ta'April, 1999 sal-15 ta' Settembru, 1999 lill-ħaddiema tad-Dipartiment tal-Wireless Telegraphy? Jista'l-Ministru jagħti r-raġuni għaliex saru dawn it-trasferimenti każ b'każ? Jista' l-Ministru jgħid huwiex il-ħsieb li jsiru aktar trasferimenti fil-futur qarib fil-post tax-xogħol imsemmi?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jiena nfurmat li matul il-perjodu 27 t'April 1999 sal-15 ta' Settembru 1999, impjegat wieħed fil-grad ta' Health Attendant 'B' ġie trasferit għad-Dipartiment ta' l-Indafa Pubblika fuq talba tiegħu stess.

Dipartiment tal-Wireless Telegraphy — Impjegati ġodda

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew impjegati ħaddiema ġodda fid-Dipartiment tal-Wireless Telegraphy mis-27 ta' April, 1999 sal-15 ta' Settembru, 1999? Jista' l-Ministru jgħid ukoll jekk ġewx impjegati ħaddiema ġodda meta ħarġu l-applikazzjonijiet għal dawn l-impjiegi? Jekk jirriżulta li ġew impjegati ħaddiema ġodda mingħajr applikazzjonijiet, jista' l-Ministru jgħid kemm dawk impjegati kien ilhom applikati għall-imsemmi mpjieg?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li sa llum ma ġewx impjegati ħaddiema ġodda fid-Dipartiment tat-Telegrafija mingħajr Fili.

MMA — Impjegati ġodda

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew impjegati ħaddiema ġodda fl-Awtorita' Marittima mis-27 ta' April, 1999 sal-15 ta' Settembru, 1999? Jista' l-Ministru jgħid ukoll jekk ġewx impjegati ħaddiema ġodda meta ħarġu l-applikazzjonijiet għal dawn l-impjiegi? Jekk jirriżulta li ġew impjegati ħaddiema ġodda mingħajr applikazzjonijiet, jista' l-Ministru jgħid kemm dawk impjegati kien ilhom applikati għall-imsemmi mpjieg?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li fil-perjodu msemmi mill-Onor. Interpellant ġew impjegati tmien impjegati ġodda ma l-Awtorita` Marittima ta` Malta. Dawn ġew impjegati wara sejħa għal applikazzjonijiet fil-gażżetti jew mill-E.T.C.

MMA — Trasferimenti

Question

Jista'l-Ministru jgħid kemm ingħataw trasferimenti mis-27 ta' April, 1999 sal-15 ta' Settembru, 1999 lill-ħaddiema ta' l-Awtorita' Marittima? Jista' l-Ministru jagħti r-raġuni għaliex saru dawn it-trasferimenti każ b'każ? Jista' l-Ministru jgħid huwiex il-ħsieb li jsiru aktar trasferimenti fil-futur qarib fil-post tax-xogħol imsemmi?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li mis-27 t`April, 1999 sal-15 ta` Settembru, 1999 ma saru l-ebda trasferimenti ta` ħaddiema fl-Awtorita` Marittima.

PTA — Trasferimenti

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw trasferimenti mis-27 ta'April, 1999 sal-15 ta' Settembru, 1999 lill-ħaddiema ta' l-Awtorita' tat-Trasport Pubbliku? Jista'l-Ministru jagħti r-raġuni għaliex saru dawn it-trasferimenti każ b'każ? Jista' l-Ministru jgħid huwiex il-ħsieb li jsiru aktar trasferimenti fil-futur qarib fil-post tax-xogħol imsemmi?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li fil-każ ta` l-Awtorita` dwar it-Trasport Pubbliku ma saru l-ebda trasferimenti ta` ħaddiema fil-perjodu msemmi.

PTA — Impjegati ġodda

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew impjegati ħaddiema ġodda fl-Awtorita' tat-Trasport Pubbliku mis-27 ta' April, 1999 sal-15 ta' Settembru, 1999? Jista' l-Ministru jgħid ukoll jekk ġewx impjegati ħaddiema ġodda meta ħarġu l-applikazzjonijiet għal dawn l-impjiegi? Jekk jirriżulta li ġew impjegati ħaddiema ġodda mingħajr applikazzjonijiet, jista' l-Ministru jgħid kemm dawk impjegati kien ilhom applikati għall-imsemmi mpjieg?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li fl-Awtorita` dwar it-Trasport Pubbliku fil-perjodu msemmi kienu mpjegati tliet ħaddiema ġodda fil-kariga ta` `Assistant Clerk`. Dawn kienu mpjegati wara sejħiet għal applikazzjonijiet li saru rispettivament f`Marzu u f`Mejju ta` din is-sena.
Leg 9 PQ #11133 Sitting 180 1999-11-15 Oral · Final From: RITA LAW To: Ministeru għat-Trasport u Komunikazzjoni

Fgura — Venda tal-karozzi

Question

Peress li waqt li nhar l-Erbgħa, 3 ta' Novembru kienu qed jiġu diskussi l-estimi ta' l-Awtorita' dwar it-Trasport Pubbliku l-Ministru fl-għeluq tiegħu weġibni li l-kunsill lokali tal-Fgura ma jaqbilx ma' venda ta' karozzi tal-linja, jista' l-Ministru jgħid minn fejn jirriżulta dan u jpoġġi rapport ta' dikjarazzjoni li turi li dawn qed jirrifjutaw dan?

Response (GALEA, ĊENSU)

Nitlob lill-Onor. Interpellant taqra d-`debates` tas-seduta msemmija għaliex ir-riferenza għall-Kunsill Lokali hi differenti minn dik li qed tgħid.