Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #14938 Sitting 275 2000-03-29 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Rabat — Landrijiet - Dawl

Question

B'riferenza għat-talba tar-residenti ta' Montana F/HSE Wied il-Bużbież, Landrijiet limiti tar-Rabat sabiex tiġi stallata bozza, jista' l-Ministru jara li din it-talba tiġi milqugħa mill-aktar fis possibbli, peress li l-familja qed tilmenta li qed jiġi ostakolat il-kwiet tagħha matul il-lejl, partikolarment bi tfigħ ta' ġebel lejn ir-residenza u dan kawża wkoll tad-dlam li hemm fl-inħawi? Jekk fl-affermattiv, meta?

Response (BONNICI, JOSEF)

Jiena nfurmat li t-talba maghmula mill-Onorevoli Interpellant qed tigi ikkunsidrata flimkien ma` talbiet ohra.
Leg 9 PQ #13372 Sitting 274 2000-03-29 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi — Karozzi mikrija

Question

Jista' l-Ministru jgħid min għandu aċċess u permess li jsuq u juża l-karozzi mikrija mill-ministeru?

Response (BONNICI, JOSEF)

Nirreferi lill-Onorevoli Membru ghat-twegiba li ta l-Prim Ministru ghall-Mistoqsija numru 5477 u ghal dik li tajt ghall-Mistoqsija numru 13362 fis-Seduta numru 273.
Leg 9 PQ #13362 Sitting 273 2000-03-28 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi — Karozzi

Question

Jista' l-Ministru jgħid min għandu aċċess u permess li jsuq u juża l-karozzi uffiċjali tal-ministeru?

Response (BONNICI, JOSEF)

Nirreferi lill-Onorevoli Membru ghad-dokument `Engagement of Staff for Private Secretariats` li tpogga fuq il-Mejda tal-Kamra fis-Seduta numru 124 fis-16 ta` Gunju 1999.
Leg 9 PQ #15089 Sitting 273 2000-03-28 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Tarzna — Sussidju

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hux se jitneħħa s-sussidju mit-Tarzna ta' Malta? Jekk iva, meta?

Response (BONNICI, JOSEF)

Il-mira tal-Gvern hija dik li t-Tarzna tqum fuq saqajha b`mod li ma tibqax tirapprezenta piz finanzjarju ghall-poplu Malti. Dan il-ghan jista` jintlahaq jekk it-Tarzna jirnexxielha tattira aktar xoghol filwaqt li tnaqqas l-ispejjez taghha billi tizdied l-efficjenza. Il-Kunsill tat-Tarzna qed jahdem fuq dawn l-ghanijiet u ghandu quddiemu `business plan` li jipprogetta tnaqqis fis-sussidju, bil-mira ta` `breakeven` wara s-sena 2004.
Leg 9 PQ #15158 Sitting 273 2000-03-28 Oral · Final From: JOE DEBONO GRECH To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

B'Kara — Television reception

Question

B'riferenza għal TV reception, bosta nies kienu qed jiġu moqdija minn booster li kien hemm fuq l-iskola tan-Naxxar, liema booster issa ġie mneħħi u qiegħed iservi ta' inkonvenjent għal ħafna nies, speċjalment mil-lokal ta' B'Kara, li kienu jinqdew bih, jista' l-Ministru jgħid hemmx il-ħsieb jew li jerġa' jsir, jew inkella li ssir xi ħaġa floku, minħabba li dawn in-nies se jkollhom jidħlu fi spejjeż żejda biex jirċievu l-istazzjonijiet li kellhom qabel?

Response (BONNICI, JOSEF)

Nissuggerixxi lill-Onorevoli Interpellant jaghmel din il-mistoqsija lill-Ministru kkoncernat.
Leg 9 PQ #15182 Sitting 273 2000-03-28 Oral · Final From: JOE DEBONO GRECH To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Ajruport — Trasport lill-VVIPs

Question

Jista' l-Ministru jgħid għal-liema raġuni ċertu impjegati bħala attendants/xufiera, li xogħolhom normalment ikunu assenjati sabiex iwasslu lill-VVIPs sa l-ajruplan bħal fil-każ tal-President jew tal-Prim Ministru, dawn ma jkunux fdati bit-trasport tagħhom u għalhekk dmirijiethom jiġu assenjati lill-attendants oħra? Jaf il-Ministru li dan qiegħed isir fuq ordni taċ-chairman u din b'diskriminazzjoni sfaċċata?

Response (BONNICI, JOSEF)

Ix-xoghol li jinghata lill-impjegati ta` l-M.I.A. skond il-grad taghhom hija prerogattiva tal-Kumpanija bhalma kienet fil-passat, anke meta l-Onorevoli Interpellant kien responsabbli mill-M.I.A.
Leg 9 PQ #15183 Sitting 273 2000-03-28 Oral · Final From: JOE DEBONO GRECH To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

MIA — AFTN

Question

Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra jekk is-servizz ta' AFTN hux qiegħed jiġi operat mill-MIA u jekk il-kumpannija tagħtix ukoll servizz lil ħaddieħor ġewwa l-ajruport? Jista' jgħid lil min jingħata dan is-servizz? Veru li dan l-aħħar l-AFTN kien nieqes mill-uffiċċji tad-DCA?

Response (BONNICI, JOSEF)

Is-sistema ta` l-AFTN hija operata mill-M.I.A. u taqa` taht ir-responsabbilta` taghha. L-M.I.A. taghti servizz ta` l-AFTN lil entitajiet ohra bhall-Air Malta u d-Dipartiment ta` l-Avjazzjoni Civili. F`Jannar ta` din is-sena, it-terminal ta` l-AFTN, uzat mid-Dipartiment ta` l-Avjazzjoni Civili, kellu xi hsara. Biex tissewwa din il-hsara jinhtiegu xi `spare parts` u sakemm jaslu l-M.I.A. ghamlet arrangamenti alternattivi biex id-Dipartiment imsemmi xorta wahda jibqa` jircievi l-messaggi li kien jircievi fuq it-terminal tieghu ta` l-AFTN. Dan ifisser li minkejja din il-hsara d-Dipartiment ta` l-Avjazzjoni Civili xorta baqa` jinqeda.
Leg 9 PQ #15184 Sitting 273 2000-03-28 Oral · Final From: JOE DEBONO GRECH To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

MIA — Shireburn

Question

Jista' l-Ministru jagħti informazzjoni lil din il-Kamra liema xogħol għamlet il-kumpannija Shireburn fl-MIA? Kemm tħallset għal dan ix-xogħol għas-snin 1998, 1999 rispettivament?

Response (BONNICI, JOSEF)

L-informazzjoni mitluba hija ta` natura kummercjali u ghalhekk ma tkunx haga ragjonevoli li din issir pubblika.
Leg 9 PQ #15199 Sitting 273 2000-03-28 Oral · Final From: JOE CILIA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Negozji

Question

B'riferenza għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari numru 14970 dwar one stop shop għal negozji, jista' l-Ministru jgħid liema huma l-vakanzi għal uffiċjali li bħalissa qed isir il-proċess ta' l-għażla tagħhom? X'personnel huwa maħsub li jkollha din il-unit ladarba tkun fully functioning?

Response (BONNICI, JOSEF)

Bhalissa ghaddej il-process biex jimtlew vakanzi ghal Assistant Direttur u tlitt Ufficjali Principali. Meta l-Unit tkun `fully operational` din tkun komposta minn Assistent Direttur, tlitt Ufficjali Principali, Skrivan u Messaggier.
Leg 9 PQ #14992 Sitting 272 2000-03-28 Oral · Final From: JOE CILIA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Air Malta — Xiri ta' karozzi

Question

Jikkonferma l-Ministru li ħarġet tender mill-Air Malta għal kiri ta' karozzi/vannijiet? F'liema stadju waslet? Ġiet awarded, u jekk fl-affermattiv, minn min? Liema kienu t-tenderers li tefgħu l-offerta għal dan it-tender u x'kienu l-offerti magħmulin? Minn min kien kompost il-bord ta' l-għażla ta' l-offerti? It-tenderers kollha laħqu l-kriterji jew requirements mitluba? Veru li sar protest fil-qorti dwar din it-tender? Jekk fl-affermattiv, minn min, kontra min u x'inhuma r-raġunijiet mogħtijin minn min għamel l-appell?

Response (BONNICI, JOSEF)

Ma nahsibx li ghandi ghalfejn nikkonferma li l-Air Malta herget sejha ghall-offerti ghall-kiri ta` karozzi u minibuses meta l-Kumpanija harget avviz f`dan ir-rigward fil-gurnali pubblikati l-Hadd 13 ta` Frar 2000. Jiena nfurmat li s-sejha ghall-offerti ghalqet fit-23 ta` Frar li ghadda u gew sottomessi sitt offerti. Dawn kienu ta` Alpine Rent-A-Car, Garden of Eden Garage, John`s Garage , Meli Car Rentals, Mexico Garage u Swallow Garage. Il-Bord li kkunsidra l-offerti, u ghazel dik ta` John`s Garage, kien kompost minn zewg diretturi u erba` ezekuttivi tal-Kumpanija. Ma jidhirlix li jkun prudenti li f`dan l-istadju naghti aktar dettalji meta, kif gie mxandar fil-gurnali, inbdew proceduri legali fuq din il-materja minn wiehed minn dawk li tefghu l-offerta.
Leg 9 PQ #15106 Sitting 272 2000-03-28 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Enemalta — Applikazzjoni Nru. A83/2000

Question

Jista' l-Ministru jara li l-applikazzjoni għall-elettriku A83/2000 li saret aktar minn xahrejn ilu tiġi pproċessata u l-applikant jingħata s-servizz peress li din il-persuna se tiżżewweġ ix-xahar id-dieħel u ma tistax tidħol fir-residenza tagħha mingħajr dan is-servizz essenzjali?

Response (BONNICI, JOSEF)

Jiena nfurmat li l-applikazzjoni bir-riferenza numru A83.2000 hija biex jinghata d-dawl f`garaxx u mhux f`residenza. Ghandi ghax nahseb li l-persuna li qed jirreferi ghaliha l-Onorevoli Interpellant mhux sejra toqghod f`garaxx meta tizzewweg ix-xahar id-diehel. Madanakollu, ninsab infurmat li s-servizz mitlub gie provdut fit-23 ta` dan ix-xahar.
Leg 9 PQ #15143 Sitting 272 2000-03-28 Oral · Final From: JOE CILIA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Birżebbuga — Tindif tal-bajja

Question

Jista' l-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari numru 14764, li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Ambjent u li ġiet riferuta lilek u cioe': jistax jgħidilna meta se titnaddaf il-bajja ta' Birżebbuga għax tant hemm ħmieġ u fliexken imkissra li flok post ta' mistrieħ sar post ta' periklu? Jista' jgħidilna meta se jitwaħħlu l-arbli tad-dawl għax il-plastic pipes diġa' jinsabu mkissra?

Response (BONNICI, JOSEF)

Ngharraf lill-Onorevoli Interpellant li t-tindif tal-bajjiet, inkluza dik ta` Birzebbuga, ma jiffurmax parti mir-responsabbilta` tad-dekasteru tieghi. Ninsab infurmat li l-Korporazzjoni Enemalta mhix involuta fix-xoghol ta` bdil ta` l-arbli tad-dawl li ghalihom qed issir riferenza.
Leg 9 PQ #15146 Sitting 272 2000-03-28 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Ġnejna — Arbli tad-dawl

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhu l-iskop għalfejn qegħdin jitwaħħlu arbli tad-dawl fit-triq tal-Ġnejna mal-ġenb tal-wied meta fl-istess triq hemm arbli oħra mwaħħla man-naħa l-oħra tat-triq?

Response (BONNICI, JOSEF)

Ninsab infurmat li l-arbli li twahhlu mal-genb tal-wied jiffurmaw parti mill-istallazzjoni ta` street lighting li ma gietx iddisinjata biex takkomoda servizz ta` l-elettriku. L-arbli l-ohra kienu twahhlu sabiex jigi provdut servizz ta` l-elettriku lil applikant gdid.
Leg 9 PQ #15152 Sitting 272 2000-03-28 Oral · Final From: JOE DEBONO GRECH To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

MIA — Privitazzjoni

Question

Jista' l-Ministru jgħid f'każ ta' privitizzazzjoni ta' l-MIA, x'persentaġġ huwa indikat li jibqa' f'idejn il-gvern, u x'forma ta' ishma u x'valur beħsiebu joħroġ favur ta' l-impjegati?

Response (BONNICI, JOSEF)

Inserrah ras l-Onorevoli Interpellant li jekk issir il-privatizzazzjoni ta` l-M.I.A., kemm l-impjegati ta` l-azjenda kif ukoll il-pubbliku in generali jinghataw l-informazzjoni mehtiega fil-hin opportun.
Leg 9 PQ #15153 Sitting 272 2000-03-28 Oral · Final From: JOE DEBONO GRECH To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

DCA — Messaġġi

Question

Jista' l-Ministru jgħid għaliex dan l-aħħar id-DCA kellu jgħaddi l-messaġġi tiegħu permezz tat-telephone? Għaliex ma kienx hemm replacement għal modem/computer li ilu li ġratlu l-ħsara fl-uffiċċju tad-DCA għal aktar minn xahar?

Response (BONNICI, JOSEF)

Nissuggerixxi lill-Onorevoli Interpellant jaghmel il-mistoqsija lill-Ministru kkoncernat.
Leg 9 PQ #15154 Sitting 272 2000-03-28 Oral · Final From: JOE DEBONO GRECH To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

MIA — Tribunal ta' l-Inġustizzji

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il kawża hemm quddiem it-tribunal ta' l-inġustizzji li fihom ir-rikors jindika inġustizzja mill-management ta' l-MIA? Kemm minn dawn ġew solvuti u x'fadal quddiem it-tribunal?

Response (BONNICI, JOSEF)

Jiena nfurmat li fil-prezent hemm 17-il kawza pendenti quddiem it-Tribunal ta` l-Ingustizzja. Kienu saru 19-il kawza li fihom kienet involuta l-M.I.A. Minn dawn, kawza kienet giet irtirata mill-impjegat waqt li ohra kienet giet deciza mit-Tribunal. Ta` min jghid li l-kaz deciz kien wiehed li jirreferi ghal meta l-impjegat involut kien ghadu mhux impjegat ma` l-M.I.A. Ghalhekk l-M.I.A. kienet biss parti mill-kawza ghax wirtet xi responsabbiltajiet minghand id-Dipartiment ta` l-Avjazzjoni Civili. Fil-fatt id-decizjoni tat-Tribunal bl-ebda mod ma tikkundanna lill-M.I.A. ghal xi agir diskriminatorju.
Leg 9 PQ #15155 Sitting 272 2000-03-28 Oral · Final From: JOE DEBONO GRECH To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

MIA — Promotions

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 13650, jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm qiegħed jiswa lill-kumpannija l-management f'sena, b'mod globali? Jista' jgħid ukoll kemm huwa l-ħlas ta' kull grad fil-management u l-benefiċċji assoċjati ma' kull grad?

Response (BONNICI, JOSEF)

L-informazzjoni li qed tintalab hija ta` natura kummercjali u ghalhekk ma nahsibx li jkun etikament korrett li din issir pubblika.
Leg 9 PQ #15156 Sitting 272 2000-03-28 Oral · Final From: JOE DEBONO GRECH To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

MIA — Għamara

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'sar mill-għamara u l-installazzjonijiet li kienu eżistenti fl-uffiċċju ta' l-MIA (fis-second floor)? X'inventarju ġie debitat? Min huwa, jew huma l-kuntratturi li sejrin jew li qegħdin jagħmlu x-xogħol ta' l-installazzjoni? Dan ix-xogħol kien hemm sejħa pubblika (tender) għalih? Jekk kien hemm, meta nħarġet?

Response (BONNICI, JOSEF)

Jiena nfurmat li l-ghamara kollha li kien hemm fl-ufficini amministrattivi ta` l-M.I.A. ser tibqa` tintuza` wara li jitlesta x-xoghol. Ix-xoghol qed isir minn impjegati tal-Kumpanija, hlief ghal xi xoghol ta` entita` zghira li qed isir mill-kuntratturi prezenti ta` l-M.I.A.
Leg 9 PQ #15157 Sitting 272 2000-03-28 Oral · Final From: JOE DEBONO GRECH To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

MIA — Visti minn tobba

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm swew il-visti tat-tabib għall-impjegati ta' l-MIA lill-kumpannija? Għaliex it-tabib qatt ma jagħti rċevuta lill-impjegati kull meta dan jagħmilhom vista? Kemm hi l-VAT iddikjarata mit-tabib in konnessjoni mal-visti li jagħmel f'isem il-kumpannija?

Response (BONNICI, JOSEF)

Dwar l-ewwel u t-tielet parti tal-mistoqsija, nirreferi lill-Onorevoli Interpellant ghat-twegiba li tajt ghall-mistoqsija numru 13660 waqt is-Seduta numru 235 maghmula minnu stess. Dwar it-tieni parti tal-mistoqsija, ngharraf lill-Onorevoli Membru li kull pagament li taghmel l-M.I.A. jinkorpora l-V.A.T., fejn din hija applikabbli. Peress li l-Kumpanija thallas hi ghall-vista tat-tabib, dan ma jistax jaghti ricevuta lill-impjegat.
Leg 9 PQ #15162 Sitting 272 2000-03-28 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

IPSE — Rapport

Question

Jista' l-Ministru jara tistax tippubblika ir-rapport sħiħ (jew executive summary tiegħu) li kkummissjonat l-IPSE dwar ir-ristrutturar tal-qasam tal-għamara?

Response (BONNICI, JOSEF)

Jiena nfurmat li l-IPSE qed tikkunsidra l-ahjar format li ghandu jintuza biex dan ir-rapport jigi ppubblikat u mqassam biex permezz tieghu jintlahqu l-intraprizi kollha bl-aktar mod effettiv u tigi eskluza informazzjoni ta` natura kummercjali dwar l-intraprizi. L-IPSE qed thejji wkoll programm ta` attivitajiet biex tkun tista` twassal direttament is-sejbiet u l-konkluzjonijiet ta` dan l-istadju lill-intraprizi nvoluti.