Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 12 PQ #5035 Sitting 71 2013-11-05 Oral · Final From: CLAUDIO GRECH To: Ministeru għas-Saħħa

Sptar Mater Dei – management accounts

Question

Jista’ l-Ministru jgħid għaliex sat-8 ta’ Ottubru 2013 ma kienx f’pożizzjoni li jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-management accounts tal-Isptar Mater Dei għax-xahar ta’ Lulju 2013?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Ninsab infurmat illi management accounts sax-xahar ta’ Ġunju 2013 qed jiġi ffinaliżżati u la jitlestew, jitpoġġew fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 12 PQ #5036 Sitting 71 2013-11-05 Oral · Final From: CLAUDIO GRECH To: Ministeru għas-Saħħa

Persuni intitolati għall-Kartuna s-Safra

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm persuni intitolati għall-kartuna s-safra, xahar b’xahar, minn Jannar 2012 sa Settembru 2013? Għal kull xahar jista’ jgħid kemm irċieva applikazzjonijiet ġodda, kemm żdiedu persuni ġodda intitolati u kemm kien hemm persuni li nqatgħu minnha?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Ninsab infurmat li minħabba limitazzjonijet fis-sistema kurrenti tal-IT li writna minn gvern preċedenti, mhux possibli nipprovdu l-informazzjoni mitluba, għaldaqstant il-gvern preżenti qed jagħmel minn kollox sabiex intejbu din is-sistema.
Leg 12 PQ #5336 Sitting 71 2013-11-05 Oral · Final From: CLAUDIO GRECH To: Ministeru għas-Saħħa

Sptar Monte Karmeli – Chief Operating Officer — interviewing panel

Question

Jista’ l-Ministru jgħid min kienu l-persuni fuq l-interviewing panel għall-għa¿la taċ-Chief Operating Officer li għadu kemm inħatar fl-Isptar Monte Karmeli?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Ninsab infurmat li l-kariga ta’COO ġewwa l-isptar Monte Karmeli hija ta’ position of trust u saru l-proċeduri kollha meħtieġa għal din il-ħatra.
Leg 12 PQ #5337 Sitting 71 2013-11-05 Oral · Final From: CLAUDIO GRECH To: Ministeru għas-Saħħa

Università ta’ Pisa – Memorandum of Understanding

Question

Jista’ l-Ministru jgħid fiex waslu d-diskussjonijiet mal-Università ta’ Pisa (Italja) wara li kien ġie ffirmat Memorandum of Understanding xi żmien ilu?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Ninsab infurmat li matul ix-xahar ta’ Settembru ġiet referuta l-ewwel pazjenta fl-Isptar ta’ Pisa fejn ġiet sottomessa għal numru ta’ testijiet. Għaldaqstant il-ftehim mar-reġjun ta’ Toscana issa qiegħed jiġi imwettaq.
Leg 12 PQ #5375 Sitting 71 2013-11-05 Oral · Final From: MARIO GALEA To: Ministeru għas-Saħħa

Sptar Monte Karmeli – top management — Mentor

Question

B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 5058, jista’ l-Ministru jgħid min hi din il-mentor?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Ninsab infurmat li l-Mentor hi persuna ta’ ħila u esperjenza. Hija persuna li qabel kienet Direttur fil-qasam tal-anzjani u li bħallisa tokkupa l-pozizjoni ta’chairperson tal-grupp tat-tmexxija.
Leg 12 PQ #5448 Sitting 71 2013-11-05 Oral · Final From: GEORGE PULLICINO To: Ministeru għas-Saħħa

Ministeur għas-Saħħa — persons of trust

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx persuni li huma ngaġġati bħala persons of trust (POT) fi ħdan il-Ministeru tiegħu jew entitajiet li jaqgħu taħt ir-responsabilità tiegħu li ngħataw permess biex jagħmlu xogħol bit-telework? Jekk iva min huma u kemm bħala persentaġġ jistgħu jagħmlu telework mill-ħin kollu?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Ninsab infurmat illi ma’ ġie ħadd ingaġġat bħala persons of trust (POT) fi ħdan il-Ministreru tiegħu jew entitajiet li jaqgħu taħt ir-responsabilita tiegħu li ngħataw permess biex jagħmlu xogħol bit-telework.
Leg 12 PQ #5632 Sitting 71 2013-11-05 Oral · Final From: JUSTYNE CARUANA To: Ministeru għas-Saħħa

Infectious diseases — inċidenza u prevalenza

Question

Jista’ l-Ministru jagħti informazzjoni dwar l-inċidenza u prevalenza ta' infectious diseases bħall-influenza, liema informazzjoni għandha tinkludi r-rati ta' mortalità u tilqim? Jista’ jagħti din l-informazzjoni skont l-età u s-sess?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Ninsab infurmat li ir-rata ta’ l-influwenza tvarja skont iż-żmien tas-sena. Bħalissa jidher li għal kull elf persuna li tmur ghand it-tabib tal-familja, disa’ minn dawn jkunu minħabba sintomi tal-influenza.Din ir-rata tibqa’ tiela sa Jannar/Frar u wara terġa tibda nieżla. Ir-rata fis-snin tal-passat leħqet massimu ta 150 persuna minn kull elf persuna li tmur għand it-tabib fl-ewwel xhur tas-sena. Skont l-informazzjoni miġbura mill-“Hospital activity analysis” in-numru ta’ persuni li ddaħħlu l-isptar minħabba l-influwenza huwa skont it-tabelli ta' hawn taħt. sena Xaghar Numru ta kazijiet 2012 Novembru 1 2013 Jannar 17 Frar 8 Marzu 3 April 1 Totali 30 Eta Numru ta kazijiet 0-9 15 10-19 3 20-29 2 30-39 1 50-59 2 60-69 2 70-79 2 80-89 3 Totali 30 Min barra dan jkun hemm numru sostanzjali ta persuni li jidħlu l-isptar minħabba kumplikazzjonijiet mill influwenza bħal bronkite, pneumonia, attakki ta l-ażma u attakki ta’ qtugħ ta’ nifs li ma humiex mdahhlin fit-tablella ta’ hawn fuq. Skont ir-Reġistru Nazzjonali ta’ l-Imwiet, in-numru ta’ każijiet ta’ mwiet li huma meqjusa bħala li kienu kkaġunati mill- influenza fiż-żewġ sessi bejn is-sena 1995 u is-sena 2012 kien ta’ 22 mewt f’residenti ta’ Malta u Għawdex. Ma’ dawn kien hemm ukoll 3 każijiet ta’ mwiet fejn l- influenza kienet meqjusa bħala kontributorja għall-mewt. Mit-22 mewt li huma meqjusa bħala li kienu kkaġunati mill l- influenza , 15 kienu fl-irġiel u 7 kienu fin-nisa. Ħdax seħħew f’persuni bejn l-età ta’ 85 u 94 sena, 6 f’persuni bejn l-età ta’ 75 u 84 sena, 3 f’persuni bejn l-età ta’ 65 u 74 sena, u 2 f’persuni taħt l-età ta’ 65 sena. L-ikbar numru ta’ każijiet kienu fl-2000 u fl-2009. Ma kienx hemm każijiet ta’ mwiet li kienu meqjusa bħala kkaġunati minn l- influenza fl-2011 u fl-2012.
Leg 12 PQ #4309 Sitting 70 2013-11-04 Oral · Final From: DEO DEBATTISTA To: Ministeru għas-Saħħa

Spiżeriji miftuħa fil-festi u fil-Ħdud

Question

Peress li fil-Ħdud u l-festi, filgħaxija, l-unika spiżerija miftuħa (apparti tal-isptar) hija tal-ajruport, jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li jkun hemm oħra fit-Tramuntana ta’ Malta?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Ninsab infurmat li l-Gvern hu konxju mill-obbligu li hu għandu biex jassigura qafas regolatorju li jassigura ambjent fejn il forżi tas suq jitħallew jaħdmu b'mod li l-pażjent li jiffrekwenta spiżeriji privati jingħata servizz tajjeb bl-aħjar prezz, filwaqt li l-operaturi ta spiżeriji jagħmlu qliegħ gust li jippermettilhom jagħmlu l-investiment neċessarju biex il-kwalita tas- servizz offrut minnhom tkompli titjieb. Hu fil-qafas ta dawn id-dmirijiet li jġorr il-Gvern li t-talba ta l-Onorevoli Membru ser tkun mistħarrga fid-dettall u bir-reqqa kollha.
Leg 12 PQ #5027 Sitting 70 2013-11-04 Oral · Final From: CLAUDIO GRECH To: Ministeru għas-Saħħa

Delimara 2 – operat bil-fuel oil

Question

Peress li l-powerstation Delimara 2 (magħrufa bħala BWSC) kienet tissejjaħ fabbrika tal-kanċer, jista’ l-Ministru jgħid jekk hu kienx ikkonsultat dwar id-deċiżjoni li din tibqa’ topera bil-fuel oil? Jekk ġie kkonsultat, jista’ jgħid x’kienet il-pożizzjoni tiegħu f’dan ir-rigward?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Ninsab infurmat li peress ma kien hemm l-ebda bidla fl-istatistika jew evidenza f’dan l-aħħar xhur ma nħassetx il-ħtieġa li ssir il-konsultazzjoni li qed jirreferi għaliha l-Onor. Membru.
Leg 12 PQ #5029 Sitting 70 2013-11-04 Oral · Final From: CLAUDIO GRECH To: Ministeru għas-Saħħa

Ministeru għas-Saħħa – terms of reference tal-konsulenti

Question

B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 4158, jista’ l-Ministru jgħid min huma l-konsulenti li hemm referenza għalihom u jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra t-terms of reference tagħhom?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-ismijiet tal-konsulenti u t-terms of reference tagħhom.
Leg 12 PQ #5030 Sitting 70 2013-11-04 Oral · Final From: CLAUDIO GRECH To: Ministeru għas-Saħħa

Ministeru għas-Saħħa – lista ta’ membri tal-kumitati

Question

B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 4158, jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-lista tal-Membri ta’ dawk il-kumitati li diġà ħatar minn Marzu tal-2013 ’l hawn, kemm qed jitħallsu u x’servizzi ntalbu jagħtu?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista tal-Membri ta’ dawk il-Kumitati li diġà nħatru minn Marzu tal-2013.
Leg 12 PQ #5031 Sitting 70 2013-11-04 Oral · Final From: CLAUDIO GRECH To: Ministeru għas-Saħħa

Ministeru għas-Saħħa – lista ta’ impjegati

Question

B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 4160, jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista bin-numru ta’ impjegati f’kull grad, imqassma skont kull dipartiment u/jew entità fid-dekasteru tiegħu?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Ninforma lill-Onorevoli Membru li t-tweġiba għal din il-mistoqsija għadha qed tinġabar u tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 12 PQ #5032 Sitting 70 2013-11-04 Oral · Final From: CLAUDIO GRECH To: Ministeru għas-Saħħa

Prodotti out of stock

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 4161 u ċjoè jagħti lista dettaljata ta’: 1.mediċini (f’kull forma u/jew doża); 2.prodotti farmaċewtiċi (f’kull forma u/jew doża); 3. apparat mediku; u 4. disposables jew consumables li huma out of stock f’kull entità tas-saħħa fid-dekasteru tiegħu kif ukoll fl-ispiżċeriji tal-POYC? X’inhi r-raġuni li huma out of stock, kemm ilhom out of stock u meta se jerġgħu jkunu għad-dispożizzjoni tas-servizz tas-saħħa u tal-pazjenti?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Leg 12 PQ #5358 Sitting 70 2013-11-04 Oral · Final From: MARIO GALEA To: Ministeru għas-Saħħa

Sptar Monte Karmeli — social workers

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk minn Marzu 'l hawn telqux social workers mill-Isptar Monte Karmeli? Jekk iva, rreżenjaw? Dawn ġew trasferiti x'inkien ieħor?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Ninforma lill-Onorevoli Membru li t-tweġiba għal din il-mistoqsija għadha qed tinġabar u tingħata f'xi seduta oħra.
Leg 12 PQ #5550 Sitting 70 2013-11-04 Oral · Final From: MARTHESE PORTELLI To: Ministeru għas-Saħħa

Awtorità għas-Saħħa u Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol – kuntratti ta’ impjieg

Question

B’referenza għall-Awtorità għas-Saħħa u Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol, jista’ l-Ministru jgħid jekk ġewx imġedda kuntratti ta’ impjieg mid-9 ta’ Marzu sal-lum? Jekk iva, kemm?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Ninsab infurmat li l-OHSA ġeddet kuntratt wieħed ta’ persuna li qed jirriplejsa persuna oħra li qegħda fuq career break. Dan il-kuntratt jiġġedded minn sena għal sena, u sar bl-approvazzjoni tal-Ministeru tal-Finanzi.
Leg 12 PQ #5551 Sitting 70 2013-11-04 Oral · Final From: MARTHESE PORTELLI To: Ministeru għas-Saħħa

Awtorità għas-Saħħa u Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol – kuntratti ta’ impjieg

Question

B’referenza għall-Awtorità għas-Saħħa u Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol, jista’ l-Ministru jgħid jekk ingħatawx kuntratti fuq bażi individwali lill-impjegati fi ħdan l-Awtorità mid-9 ta’ Marzu sal-lum?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Ninsab infurmat li L-OHSA tat żewġ kuntratti fuq bażi individwali u għal terminu ta’ sentejn lil żewġ impjegati. Dawn il-kuntratti kellhom l-approvazzjoni tal-Ministeru tal-Finanzi.
Leg 12 PQ #5552 Sitting 70 2013-11-04 Oral · Final From: MARTHESE PORTELLI To: Ministeru għas-Saħħa

Vaċċin tal-influwenza

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-vaċċin tal-influwenza bediex jingħata? Jekk beda jingħata, lil min qed jingħata? Jekk għadu ma bediex jingħata, jista’ jgħid meta se jibda jingħata?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Ninsab infurmat li t-tilqim kontra l-influwenza beda fil-21 t’ Ottubru 2013. Kienu eliġibbli għat-tilqima b’xejn il-kategoriji li se nsemmi: - Impjegati tal-Ministeru tas-Saħħa u oħrajn li għandhom kuntatt mal-pazjenti, - Impjegati fil- - Korp tal-Pulizija - Forzi Armati - Protezzjoni Ċivili - Ċentri ta’ Detenzjoni u Ċentri Miftuħa - Servizzi Veterinarji - Biċċerija - Dipartiment ta’ Tindif Publiku - Dwana - Faċilita’ Korettiva ta’ Kordin u anke r-residenti f’din il-Faċilita’ - Persuni residenti f’istituzzjonijiet; - Studenti li jattendu ċ-Ċentri ta’ Riżorsi Speċjali tal-Edukazzjoni - Persuni minn 55 sena ‘l-fuq; - Tfal ta’ bejn is-sitt xhur u l-ħames snin - Persuni ta’ kull eta’ li jbatu minn – Ø Mard kroniku tan-nifs Ø Mard kroniku tal-qalb Ø Mard kroniku tal-fwied Ø Mard kroniku tal-kliewi Ø Dijabete Ø Kull stat ta’ nuqqas ta’ immunita’ inklużi l-HIV jew l-AIDS Min-nhar it-Tnejn 5 ta’ Novembru it-tilqima kontra l-influwenza ser tingħata b’xejn lill-publiku ġenerali miċ-Ċentri tas-Saħħa.
Leg 12 PQ #5553 Sitting 70 2013-11-04 Oral · Final From: MARTHESE PORTELLI To: Ministeru għas-Saħħa

Sptar Mater Dei — Skrivani

Question

Jista’ l-Ministru jgħid: a) Kemm hemm skrivani tal-Gvern u tal-kuntratturi jagħtu servizz fl-Isptar Mater Dei; b) Kemm minn dawk il-kuntratturi li applikaw mal-Gvern fl-aħħar sena u kemm ġew minnhom ingaġġati; u c) Jekk hemmx diskrepanza fis-salarji bejn dawk tal-Gvern u dawk tal-kuntratturi?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Ninforma lill-Onorevoli Membru li t-tweġiba għal din il-mistoqsija għadha qed tinġabar u tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 12 PQ #5403 Sitting 69 2013-10-30 Oral · Final From: MICHAEL GONZI To: Ministeru għas-Saħħa

Sptar Monte Karmeli — CEO

Question

Jista’ l-Ministru jgħid min hu s-CEO tal-Isptar Monte Karmeli? Jikkonferma l-Ministru li l-Mental Health Act tispeċifika li għandu ikun hemm CEO għal dan l-isptar?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Ninsab infurmat li l-liċenżja tal-Isptar Monte Karmeli tgħajjat lill-clinical chairperson tal-psikjatrija u għaldaqstant is-CEO hu l-istess persuna. It-tmexxija tas-saħħa mentali hi fdata f’idejn team li jkopri s-servizz kollu u li tinkludi lill- clinical chair tal-psikjatrija.
Leg 12 PQ #5517 Sitting 69 2013-10-30 Oral · Final From: MICHAEL GONZI To: Ministeru għas-Saħħa

Foot scan

Question

Jista’ l-Ministru jinforma din il-Kamra meta l-foot scan li tintuża mill-podoloġija se tiġi mibdula jew imsewwija? Kemm ilha bil-ħsara u għaliex dan id-dewmin kollu? Kemm hawn foot scans available fiċ-ċentri tas-saħħa u sptarijiet governattivi għall-użu tal-poplu Malti u Għawdxi?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Ninsab infurmat li hawn magna tal-footscan waħda li tisntab fiċ-ċentru tas-saħħa ta’ Birkirkara. Din ilha bil-ħsara minn April ta’ din is-sena. Il-wiċċ fejn titpoġġa s-sieq tal-pażjenti sabiex tiġi skanjata mis-sistema, tmermer kompletament bl-użu. Għaldaqstant, dan il-wiċċ ġie mibgħut l-Amerika biex jiġi rranġat u upgraded bis-software ukoll. Dan il-proċess ħa erba’ xhur. Fil-fatt kollox wasal lura Malta f’Awwissu ta’ din is-sena. Meta ġie stallat s-software upgrade fuq il-kompjuter l-antik, dan ma setax jaħdem sew. Fil-frattemp is-sezzjoni tal-Kura Primarja se tibda l-proċess biex tinxtara magna ġdida. Ukoll se jinbidel il-kompjuter u b’hekk is-sistema antika tibqa’ taħdem sakemm tasal il-magna l-ġdida. Ninsab infurmat ukoll li din it-tiswija tas-sistema preżenti tkun lesta sa tmiem l-ewwel ġimgħa ta’ Novembru.