Legislature:
Category:
Reset
Active:

Organizzazzjonijiet Volontarji — Regoli tal-accounts

Question

B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 6641 tal-11-il Leġiżlatura, tista’ l-Ministru tgħid x’inhuma r-regoli dettaljati dwar il-kontenut tal-accounts li jridu jinżammu mill-Organizzazzjonijiet Volontarji? Kemm-il audited account saru mill-Kummissjoni minn mindu twaqqfet u liema għaqdiet ġew audited?

Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)

Ninforma lill-Onor. Interpallant li din il-mistoqsija Parlamentari għandha tingħata lill-Ministeru għad-Djalogu Soċjali, Affarijiet tal-Konsumatur u Libertajiet Ċivili.

Bdil ta’ post – każ ta’ individwu

Question

Tista’ l-Ministru tara l-każ ta' persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament rigward bdil ta’ post?

Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-applikanta in kwestjoni applikat sabiex tpartat il-post tal-Gvern fejn tgħix nhar l-20 ta’ Marzu, 2013 u l-applikazzjoni tagħha qegħda tingħata l-attenzjoni meħtieġa flimkien mal-applikazzjonijiet tal-istess kategorija. L-Awtorita’ tad-Djar preżentament għandha 394 applikazzjoni għall-akkommodazzjoni soċjali minn persuni li joqogħdu ġo post tal-Gvern u li għamlu t-talba tagħhom biex ibiddlu l-post tagħhom.

Awtorità tad-Djar – każ ta’ individwu

Question

Tista’ l-Ministru tara li jitmexxa l-każ tal-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament peress li għanda s-saqaf tad-dar perikoluż?

Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li, dwar il-każ imsemmi, diġà saret spezzjoni fuq il-post u ġiet miġbura stima tax-xogħol neċessarju mit-tekniċi tal-Awtorita’. Il-każ qiegħed fil-lista ta’ priorita’ sabiex jiġi ingaġġat kuntrattur biex jagħmel it-tiswijiet meħtieġa.

Awtorità tad-Djar – każ ta’ individwu

Question

Tista’ l-Ministru tara l-każ tal-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament peress li qalulu li se jmexxu fuq ix-xogħol tad-drain?

Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li saret spezzjoni fil-blokk fejn ġew irraportati l-ħsarat u ġiet miġbura stima tax-xogħol neċessarju mit-tekniċi tal-Awtorità. Il-każ qiegħed fi stat avvanzat sabiex jiġi ingaġġat kuntrattur biex jagħmel it-tiswijiet meħtieġa.

Pensjoni – każ ta’ individwu

Question

Tista’ l-Ministru tara li tiġi kkuntatjatha din il-persuna d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament peress li għandha problema fil-ħlas tal-pensjoni?

Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant jagħti iktar informazzjoni dwar l-individwu.

Awtorità tad-Djar – każ ta’ individwu

Question

Tista’ l-Ministru tara li tiġi kkuntatjata l-persuna li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament sabiex imur għandha l-perit tal-Awtorità tad-Djar għaliex allegatament qed issir ħsara strutturali fil-post tagħha minħabba attività ta’ terzi li joqogħdu f’appartament fuq tagħha?

Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)

Tweġiba għal din il-mistoqsija Parlamentari se tingħata f’seduta oħra.

Ministeru għall-Familja u Solidarjetà Soċjali — xiri jew kiri ta’ opri ta’ arti

Question

Tista’ l-Ministru tagħti rendikont tal-opri ta’ arti li nxtraw jew inkrew mill-Ministeru, dipartimenti, entitajiet u aġenziji li jaqgħu taħtha wara d-9 ta’ Marzu 2013? Jista’ jgħid f’kull każ fuq il-parir ta’ min saret l-għażla?

Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li ma nxtraw jew inkrew l-ebda opri tal-arti mill-Ministeru, dipartimenti, entitajiet u aġenziji mid-9 ta' Marzu 'l hawn.

Ministeru għall-Familja u Solidarjetà Soċjali — persons of trust

Question

Tista’ l-Ministru tagħti l-lista aġġornata li fiha jelenka l-ismijiet tal-konsulenti (inkluż persons of trust) li taw u ta’ dawk li għadhom qegħdin jagħtu s-servizzi tagħhom lid-dekasteru tagħha bejn id-9 ta' Marzu 2013 sa 9 ta' Jannar 2014?

Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni għandha qed tinġabar.

Programm LEAP — impjieg

Question

Tista’ l-Ministru tghid kif permezz tal-programm LEAP, persuni li llum huma bla xogħol se jsibu xogħol u jżommuh? Kemm persuni se jiggwadanjaw billi jsibu xogħol? Kemm persuni sabu xogħol s’issa permezz ta’ dan il-programm? Sa meta se jsibu xogħol il-kumplament?

Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li dan il-proġett fi ħdan il-Ministeru tal-Familja u Solidarjeta’ Soċjali ser ikun qed jipprovdi programm ta’ taħriġ lil tal-inqas 200 persuni li jiddependu fuq is-servizzi soċjali. Għal-perjodu ta’ 8 xhur dawn il-persuni ser ikunu qegħdin jipprovdu servizzi ġo entitajiet soċjali taħt s-supervizjoni tas-Social Mentors kif ukoll mill-Job advisors ingaggati mall-proġett. Apparti l-benefiċċji soċjali li diġa qegħdin jircievu, huma ser jiġu mogħtija training allowance bħala kontribut finanzjarju għas-servizzi tagħhom. Huwa mportanti li jiġi issotolinejat li l-programm m’huwiex qed jipprovdi xogħol minħabba li dan ma jaqax taht il-kompetenza tal-Ministeru. L-għan ta’ dan il-programm huwa li jsaħħah l-impjegabilità u l-kompetenzi soċjali ta’ dawn il-persuni.

Programm LEAP – impjieg

Question

Tista’ l-Ministru tispjega xi jfisser li permezz tal-programm LEAP, persuni li huma bla xogħol se jsibu xogħol u kif ġie irrapurtat iżżommu dan ix-xogħol? Għal kemm tul ta’ żmien se jkunu qed iżommu dan ix-xogħol li se jinstabilhom?

Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferri għat-tweġiba li ngħatat għall-mistoqsija Parlamentari numru 6977.

Programm LEAP – tip ta’ impjieg

Question

Tista’ l-Ministru tispjega x’ tip ta xogħol se jkun qed jinstab lil persuni bla xogħol permezz tal-programm LEAP?

Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferri għat-tweġiba li ngħatat għall-mistoqsija Parlamentari numru 6977.

Programm LEAP – tip ta’ taħriġ

Question

Tista’ l-Ministru tispjega x’tip ta’ taħriġ se jkun qed jingħata permezz tal-programm LEAP? Tista’ tgħid jekk taħriġ simili li jitratta l-istess ħiliet jiġix mogħti jew qattx kien jiġi mogħti minn entitajiet oħra governattivi bħall-Korporazzjoni tax-Xogħol u t-Taħriġ, l-Aġenzija Żgħażagħ, id-Direttorat tat-Tagħlim Tul il-Ħajja, il-Fondazzjoni għas-Servizzi Edukattivi, il-Fondazzjoni għall-Ħarsien Soċjali jew oħrajn?

Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-taħriġ li ser jiġi mogħti lill dawn il-mitejn persuna se jkun deċiż f’konsultazzjoni bejn is-Social Mentors u l-NGO’s ikkonċernati. Barra minn hekk, programmi ta’ taħriġ li se jkunu qegħdin jiġu offruti miċ-Ċentru ghar-Riżorsi għall-Familja se jkunu stabbiliti skond il-bżonnijiet tal-areas ikkonċernati. L--proġett LEAP ser ikun qiegħed jagħmel użu mis-servizzi li diga huma offruti minn entitajiet ohra, ħabba l-fatt li wieħed mill-għanijiet tal-LEAP huwa li jifformula network magħmul mil-entitajiet soċjali sabiex l-għajnuna meħtieġa tingħata b’mod ħolistiku.

Programm LEAP – sapport u appoġġ

Question

Tista’ l-Ministru tispjega x’ tip ta’ sapport u appoġġ se jkun qed jingħata permezz tal-programm LEAP? Tista’ Ministru tgħid jekk appoġġ u sapport simili jiġix mogħti jew qattx kien jiġi mogħti minn entitajiet oħra governattivi bħall-FSWS jew oħrajn?

Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferri għat-tweġiba li ngħatat għall-mistoqsija Parlamentari numru 6980.

Ċentri Aċċess — skop

Question

Tista’ l-Ministru tgħid x’inhu l-iskop taċ-Ċentri Aċċess? Kemm-il ċentru hawn illum? Meta infetħu? X’jinkorporaw fihom? X’servizzi qed jagħtu? Xi professjonisti hemm jaħdmu fihom u kemm hemm minn dawn il-professjonisti f’kull ċentru?

Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)

Tweġiba għal din il-mistoqsija parlamentari se tingħata f'seduta oħra.

Servizz ta’ social worker – każ ta’ individwu

Question

Tista’ l-Ministru tara li l-individwu li d-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament, jiġi kkunsidrat kemm jista’ jkun malajr għas-servizz ta' social worker?

Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi s-Sinjura kkonċernata kellha każ li kien magħluq fl-2004. Jekk hemm xi bzonnijiet oħra, is-Sinjura hija mħeġġa titkellem mal-Aġenzija.

Pensjoni – każ ta’ individwu

Question

Tista’ l-Ministru titlob lid-dipartiment ikkonċernat sabiex jassigura li t-tnaqqis tal-pensjoni tal-individwu li d-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament, huwa ġustifikat u bbażat fuq workings tajba?

Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li it-tnaqqis li qiegħed iseħħ mill-pensjoni kontributorja għall-Irtirar tal-persuna msemmija minnu hu ġustifikat u bbażat fuq workings tajbin.

Awtorità tad-Djar – każ ta’ individwu

Question

Tista’ l-Ministru tara l-każ tal-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament peress li għandha problema dwar housing?

Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-Awtorità tad-Djar ikkuntattjat lill-din il-persuna u fil-ġranet li ġejjin ser issir spezzjoni minn Tekniku sabiex isir rapport tal-ħsarat irrappurtati mill-individwu.

Pensjoni – każ ta’ individwu

Question

Tista’ l-Ministru tara li jiġi kkuntattjat l-individwu li d-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament peress li jidher li hemm żball fil-pensjoni li jirċievi?

Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-persuna ndikata minnu ġiet infurmata bil-miktub dwar il-każ tagħha.

Awtorità tad-Djar – każ ta’ individwu

Question

Tista’ l-Ministru tara li jiġi kkuntattjat l-individwu li d-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament peress li għandu problema fir-residenza tiegħu?

Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-individwu li d-dettalji tiegħu ntbagħtu separatament, intbagħtitlu ittra mill-Customer Care sabiex jagħmel kuntatt mal-Awtorità tad-Djar u jispjegalna il-problema tiegħu.

Benefiċċju tal-Qagħad – każ ta’ individwu

Question

B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 6598, fejn il-Ministru wieġbet li l-individwu msemmi qiegħed jaħdem u allura mhux intitolat li jirċievi l-benefiċċju tal-qagħad, nixtieq ninforma l-Ministru li l-aħħar ġurnata tax-xogħol ta’ din il-persuna kienet fit-12 ta’ Lulju 2013 u bdiet tirreġistra fid-19 ta’ Lulju 2013 u l-irċevuta tar-reġistrar qed tintbagħat separatament. Fid-dawl ta’ dawn il-fatti tista’ l-Ministru tara għalfejn din il-persuna mhux qed tieħu l-benefiċċju tal-qagħad?

Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)

Tweġiba għal din il-mistoqsija Parlamentari se tingħata f’seduta oħra.