Legislature:
Category:
Reset
Active:

Studenti Għawdxin — eżamijiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm studenti Għawdxin li qagħdu għall-eżamijiet tal-livelli ordinarju, intermedju u avvanzat skont is-suġġett u kemm minnhom kienu bniet u kemm subien?

Response (BARTOLO, EVARIST)

It-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant qed jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Skejjel – manutenzjoni

Question

Jista’ l-Ministru jgħid xi pjan ta’ xogħlijiet ta’ upgrade u manutenzjoni għandu l-Gvern għall-iskejjel f’Għawdex u jagħti d-dettalji ta’ dawn ix-xogħlijiet?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Il-pjan ta' xogħlijiet ta' upgrade u manutenzjoni li għandu l-Gvern għall-iskejjel f'Għawdex huwa kif jidher fil-lista li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra. Dan il-pjan ħareġ mill-evalwazzjoni li saret mill-Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol. Dan mhuwiex pjan finali għax jista` jkun aġġornat skont il-ħtieġa.

Work and Training Exposure Gozo Scheme

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm persuni applikaw għall-Work and Training Exposure Gozo Scheme, kemm ġew magħżula u x'kienu l-kriterji tal-għażla tal-impjegati? Għaliex fuq l-applikazzjoni hemm persuna waħda biss indikata li kienet qed tilqa’ l-applikazzjonijiet?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninsab infurmat li kien hemm 737 applikazzjoni għall-Work and Training Exposure Gozo Scheme. Bħalissa għaddej eżerċizzju fejn kull applikazzjoni qed tiġi evalwata biex ikun stabbilit liema minn dawn l-applikazzjonijiet kienu konformi mal-kriterji tal-applikazzjoni. Fuq l-applikazzjoni kien hemm persuna waħda indikata bħala referenza għall-pubbliku iżda fil-fatt kien hemm tlett persuni oħra li kienu qed jassistu lil din il-persuna u jiltaqgħu u jitkellmu ma' kull applikant. It-tagħrif dwar il-kriterji qed jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

MCAST — Istitut tal-Informatika u t-Teknoloġija tal-Komunikazzjoni - studenti

Question

Jista' l-Ministru jgħid fil-bidu tas-sena akkademika 2012-13 kemm kien hemm studenti li bdew jew komplew fl-Istitut tal-Informatika u t-Teknoloġija tal-Komunikazzjoni fl-MCAST, u kemm kien kemm drop outs minn dawn l-istudenti kors b'kors?

Response (BARTOLO, EVARIST)

It-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant qed jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Skejjel — maintenance agreement fuq lifts

Question

Jista' l-Ministru jgħid liema huma dawk l-iskejjel li għandhom maintenance agreement fuq il-lift/s tal-iskola u kemm huwa l-ħlas skont kull każ?

Response (BARTOLO, EVARIST)

It-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant qed jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Skejjel — Studenti sospiżi

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa n-numru ta' studenti li ġew sospiżi mill-iskejjel tal-Gvern, tal-Knisja u dawk indipendenti f'din l-aħħar sena skolastika u minn liema skejjel ġew sospiżi? Kemm-il darba ġew sospiżi dawn l-istudenti mill-iskola matul din is-sena? Qed isir xi programm biex dawn it-tfal ma jibqgħux itellfu lill-istudenti li jridu jitgħallmu?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Infurmat li fejn jirrigwardja l-iskejjel tal-Gvern, l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant qed titqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra. Rigward l-iskejjel tal-Knisja, in-numru ta' sospensjonijiet rappurtati huwa ta' tnejn u tletin (32). L-ebda student ma ġie rrappurtat li ġie sospiż iżjed minn darba. Għal tlieta minn dawn l-istudenti l-iskola ħadet ħsieb li titlob l-għajnuna ta' nies professjonali u speċjalizzati fil-qasam tagħhom. Ġie rrappurtat titjib fit-tliet każijiet. In-numru ta' sospensjonijiet irrappurtati minn skejjel indipendenti huwa ta' disgħa (9). Minn dawn jidher li żewg studenti ġew sospiżi għal aktar minn darba. F'żewġ każijiet minnhom ġie rrappurtat mill-Kap tal-Iskola li waqt is-sospensjoni l-istudenti ngħataw xogħol biex ma jaqgħux lura. Intalbu jiktbu ittra ta' apoloġija biex jirriflettu dwar l-imġieba tagħhom u ngħataw appoġġ biex meta jerġgħu lura fil-klassi, l-imġieba tkun tjiebet. F'każ ieħor ġie rrapurtat li ntalab case conference mis-Social Emotional Behaviour Difficulties (SEBD).

Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol — kuntratti

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk il-kumpaniji, li d-dettalji tagħhom qed jingħataw separatament, għandhomx kuntratti mal-Ministeru, inkluż entitajiet kollha li jaqgħu taħtu? Jekk iva, jista' jgħid x'tip ta' kuntratti għandhom? Jista' jgħid meta daħal fis-seħħ dan il-kuntratt u sakemm se jibqa' fis-seħħ? Jista' jgħid kemm huwa l-valur ta' kull kuntratt?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninsab infurmat mid-dekasteru tiegħi li l-uniku kuntratt li hemm ma' waħda mit-tlett kumpaniji ndikati mill-Onor. Interpellant huwa dak tal-Kulleġġ Santa Klara - Skola Primarja - Pembroke. Dan il-kuntratt daħal fis-seħħ fl-2010 u jagħlaq f'Marzu 2014. Il-kuntratt huwa għal servizz ta' maintenance ta' alarm u moniteraġġ jekk l-alarm tal-iskola idoqq. Il-valur tal-kuntratt huwa ta' €265.56c fis-sena.

Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol — konsulenza

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm ingħata xogħol ta’ konsulenza mill-Ministeru tiegħu jew dipartimenti, entitajiet, aġenziji u awtoritajiet li jaqgħu fid-dekasteru tiegħu lill-individwu li ismu qed jintbagħat separatament, mill-1999 sal-lum? Jista’ jgħid dwar xiex kien dan ix-xogħol, jekk dan ix-xogħol ingħatax b’direct order jew b’tender u kemm kienet l-ispiża f’kull każ?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninsab infurmat mid-dekasteru tiegħi li l-persuna indikata mill-Onor. Interpellant ma ngħatatx xogħol ta' konsulenza matul il-perjodu msemmi fil-mistoqsija. Ġejt infurmat iżda li d-ditta li jifforma parti minnha l-persuna ndikata ngħatat xogħol ta' Legal Advisor mal-Fondazzjoni għall-Iskejjel ta' Għada. Din id-ditta titħallas retainer fee ta' € 3023.52c fis-sena u x-xogħol ingħata b'expression of interest.

Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol — Spejjeż fuq attrezzament

Question

Jista’ l-Ministru jagħti breakdown ta' kemm intefqu mill-fondi pubbliċi biex isir rinovar fil-Ministeru tiegħu minn Marzu 2013 ’l hawn? Jista’ fil-breakdown jinkludi l-uffiċċju tiegħu, kif ukoll tal-istaff tiegħu u konsulenti rispettivi? Jista’ fis-somma jinkludi l-ispejjeż fuq l-għamara kollha tal-uffiċċji, kompjuters u n-nefqa biex dawn jitwaħħlu mas-sistemi neċessarji kif ukoll l-ispiża fuq stationery? Jista’ għal kull item/servizz jgħid kif dan ġie mixtri/inġaġġat, jekk hux permezz ta’ direct order, quotations jew tender?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ta' min isemmi li fil-binja prinċipali tal-Edukazzjoni fil-Floriana ma kienx hemm spazju allokat kemm għas-segretarjat tiegħi kif ukoll għal dak tas-Segretarju Parlamentari u għall-uffiċċju tas-Segretarju Permanenti. Għaldaqstant, iktar minn rinovar kellhom isiru alterazzjonijiet meħtieġa qabel setgħet issir ir-rilokazzjoni li seħħet daqs tlett ġimgħat wara l-ħatra. Għal iżjed informazzjoni l-Onor. Interpellant hija ġentilment mitluba tara d-dettalji li qed jitpoġġew fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 12 PQ #2782 Sitting 33 2013-06-19 Oral · Interim From: CLYDE PULI To: Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol

Manutenzjoni ta’ skejjel – rapport finali

Question

Jista' l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra r-rapporti li kellhom jagħmlu l-periti li ġew imqabbda mill-Ministru u kellu jitlesta sal-aħħar ta’ Mejju dwar ix-xogħlijiet u l-manutenzjoni tal-iskejjel?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi tweġiba se tingħata f'xi seduta oħra.

Manutenzjoni ta’ skejjel – overtime

Question

Jista' l-Ministru jgħid minn liema vot se jitħallsu l-ħaddiema fil-kulleġġi u fid-direttorati li ġew imwiegħda li se jaħdmu overtime biex isir ix-xogħol ta' manutenzjoni fl-iskejjel?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-ħaddiema fil-Kulleġġi u fid-direttorati li se jaħdmu overtime biex isir ix-xogħol ta' manutenzjoni fl-iskejjel se jitħallsu mill-fondi tal-bank loan tal-Fondazzjoni għall-Iskejjel t'Għada.

Manutenzjoni ta’ skejjel — koordinatur

Question

Jista' l-Ministru jagħti dettalji dwar min se tkun il-persuna li se tikkoordina x-xogħlijiet ta' manutenzjoni li se jsiru fl-iskejjel dan is-sajf?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li x-xogħlijiet ta' tisbiħ u manutenzjoni li ser isiru fl-iskejjel dan is-sajf ser jiġu kkordinati mill-Fondazzjoni għall-Iskejjel ta' Għada u d-Direttorat għal Servizzi Edukattivi. Il-Fondazzjoni għandha l-periti tagħha filwaqt li kull Kulleġġ għandu wkoll College Precincts Officer li x-xogħol primarju tiegħu huwa li jikkordina x-xogħlijiet li jsiru fl-iskejjel.

Skejjel – xogħlijiet fis-sajf

Question

Jista' l-Ministru jagħti d-dettalji tax-xogħlijiet li se jsiru fl-iskejjel dan is-sajf? Liema huma l-iskejjel u x'inhuma x-xogħlijiet kollha li se jsiru f'kull skola?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi d-dettalji tax-xogħlijiet li se jsiru fl-iskejjel dan is-sajf mid-Direttorat għal Servizzi Edukattivi u l-Fondazzjoni għall-Iskejjel t'Għada qed jitpoġġew fuq il-Mejda tal-Kamra.

Xogħlijiet fuq rilokazzjoni tas-Segretarjat tal-Ministru u tas-Segretarju Parlamentari

Question

Jista' l-Ministru jagħti d-dettalji dwar ix-xogħlijiet kollha li saru sabiex saret ir-rilokazzjoni tas-Segretarjat tal-Ministru, Segretarjat tas-Segretarju Parlamentari, u tal-uffiċċju tas-Segretarju Parlamentari mill-Belt għal Furjana? Jista' jgħid kemm swew dawn ix-xogħlijiet? Min għamel dan ix-xogħol? Minn liema voti tħallsu dawn l-ispejjeż li saru?

Response (BARTOLO, EVARIST)

It-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant qed jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol — Spejjeż ta’ ġarr

Question

Jista' l-Ministru jagħti lista tal-ispejjeż kollha tal-ġarr mill-Belt għall-Furjana meta saret ir-rilokazzjoni tal-Ministeru? Minn liema vot tħallsu dawn l-ispejjeż?

Response (BARTOLO, EVARIST)

It-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant qed jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Skola Primarja ta’ San Pawl il-Baħar

Question

Billi l-Ministru jidher li għamel xi referenzi dwar l-iskola primarja ta’ San Pawl il-Baħar u dwar il-fatt li l-iskola ma tistax tibqa’ tiġi mkabbra, jista’ l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk hemmx pjanijiet li l-iskola preżenti tingħalaq u li tinbena skola oħra? Jekk hemm pjanijiet simili, jista’ jagħti tagħrif dwar dan?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninsab infurmat li l-Fondazzjoni għall-Iskejjel ta' Għada qiegħda tikkonsulta rigward binja oħra ta' skola viċin San Pawl il-Baħar.

Ftehim ma’ għaqdiet sportivi

Question

B'referenza għal dak li ġie kkwotat li qal is-Segretarju Parlamentari għar-Riċerka, l-Innovazzjoni, Żgħażagħ u Sport fil-laqgħa li saret f'Kastilja nhar l-Erbgħa 12 ta' Ġunju, jista' l-Ministru jgħid liema huma l-ftehim li saru ma' għaqdiet sportivi biex jingħataw artijiet li l-Gvern mhux kuntent bihom?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Infurmat li s-Segretarju Parlamentari għar-Riċerka, l-Innovazzjoni, iż-Żgħażagħ u l-Isport ġie kkwotat ħażin.

Il-Qawra – Uffiċċju Distrettwali – palm reader

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x`inhi r-raġuni li għal dawn l-aħħar tliet ġimgħat (inkluż fis-17 ta’ Ġunju 2013) il-palm reader fl-Uffiċċju Distrettwali tal-Qawra li tintuża minn dawk li jirreġistraw għax-xogħol mhix qed tiffunzjona? Jista’ l-Ministru jgħid x’inhi r-raġuni li l-persuni li qed imorru jirreġistraw għax-xogħol ma humiex qed jitteħdilhom l-ebda dettalji peress li din il-magna mhix qed taħdem?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninsab infurmat li l-persuni li qed jirreġistraw għax-xogħol fl-Uffiċju Distrettwali tal-Qawra qed jiġu eżentati milli jġeddu r-reġistrazzjoni tagħhom hekk kif il-makna tar-reġistrar ta' dan id-distrett żviluppat ħsara fil-mekkaniżmu tagħha. Din il-ħsara ġiet irrapurtata lill-kuntrattur li jipprovdi l-Korporazzjoni ta' Xogħol u Taħriġ bis-servizz tal-makni tar-reġistrar biex tissewwa l-ħsara ħalli s-servizz jiġi għan-normal. Jekk il-ħsara tibqa' tippersisti, jintbgħatu ħaddiema biex ir-reġistrar isir manwali. Tajjeb wieħed isemmi li r-reġistranti bl-ebda mod ma huma qed jintlaqtu ħażin. Wieħed irid ukoll iżid illi dawn il-makni tar-reġistrar huma antiki ħafna u sikwit qed jiżviluppaw ħsarat tekniċi. F'dan ir-rigward, il-Korporazzjoni ta' Xogħol u Taħriġ qed tagħmel arranġamenti biex tiġi ntrodotta sistema aktar moderna.

Għalliema tat-Taljan — validità ta' interviews

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk il-persuni li għaddew mill-interview għal għalliema tat-Taljan is-sena li għaddiet u li minkejja li ġew minn tal-ewwel għadhom ma ġewx ingaġġati mad-Dipartiment tal-Edukazzjoni, ir-riżultat tal-istess interviews tagħhom hux se jibqa' jgħodd issa li reġgħet ħarġet sejħa għall-istess impjieg?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninsab infurmat li matul is-sena skolastika 2012/2013 ma kienx hemm vakanzi għal għalliema tat-Taljan. Ir-riżultat kien ġie ppublikat fis-16 ta' Awwissu 2012 u jiskadi fil-15 ta' Awwissu 2013.

Kummissjoni għar-Riforma fl-Isport — membri

Question

B’referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 2759, jista’ l-Ministru jispjega għaliex fil-lista tal-membri li poġġa fuq il-Mejda tal-Kamra m’hemmx l-ismijiet kollha li kienu pubblikati fl-istqarrija tad-Dipartiment tal-Informazzjoni numri PR1016 li kienet pubblikata fit-18 ta’ Mejju 2013? Jista’ jirrispondi għall-mistoqsija kollha li saret u jgħid kemm hu l-ħlas li qed jirċievi kull membru tal-Kummissjoni? Fl-istess waqt jista’ jindika min hu s-segretarju tal-Kummissjoni?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li fit-tweġiba għall-Mistoqsija Parlamentari Nru 2759, bi żvista, ma ġiex inkluż isem ta' membru tal-Kummissjoni. Qiegħed inpoġġi mill-ġdid fuq il-Mejda tal-Kamra il-lista tal-membri li jiffurmaw il-Kummissjoni għar-Riforma fl-Isport, li tikkonferma l-istqarrija tad-Dipartiment tal-Informazzjoni numru PR1016 ippubblikata fit-18 ta' Mejju 2013. Is-Segretarju tal-Kummissjoni huwa is-Sur Gino Schiavone. Il-ħlas li se jingħataw il-membri tal-Kummissjoni għadu mhux stabbilit.