Jista’ l-Ministru jaġġorna lil din il-Kamra dwar it-toroq li biħsiebu jittakilja jew li qiegħed jittakilja fin-Nadur, Għawdex?
Response (REFALO, ANTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li nħarġet is-sejħa għal kisi ta’ Triq Għajn Qasab liema triq qatt ma kienet asfaltata. Għaddej ukoll xogħol biex tiġi asfaltata Triq it-Tiġrija.
Ministeru għal Għawdex — person of trust u position of trust
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 29922 u jgħid kemm-il person of trust u position of trust, elenkati separatament hemm fil-Ministeru tiegħu sal-jum li fih tkun imwieġba din il-mistoqsija parlamentari?
Response (REFALO, ANTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li fil-Ministeru hemm (7) seba’ persuni f’position of trust u (19) dsatax-il person of trust.
Jista’ l-Ministru jaġġorna lil din il-Kamra bil-profitti li rreġistrat il-kumpanija li qed topera s-servizz tal-ferry bejn Malta u Għawdex għall-2016?
Response (REFALO, ANTON)
Ninforma lill-Oner. Interpellant li b’effett mill-5 ta’ Ottubru 2016 il-kumpanija Gozo Channel Company Ltd bidlet l-isem għal Gozo Channel (Operations) Ltd. Il-profit li rreġistraw iż-żewġ kumpaniji flimkiem għas-sena 2016 kien ta’ €1,836,789.
Hemm kuntrast qawwi meta mqabbel mat-telf ta’ €1,630,393 li kienet ħabret il-kumpanija Gozo Channel Company Ltd għas-sena 2012.
Jista’ l-Ministru jaġġorna lil din il-Kamra biż-żieda fit-turiżmu li Għawdex irreġistra fl-2016?
Response (REFALO, ANTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li qiegħed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra statistika fuq turizmu lejn Għawdex u Kemmuna għall-perjodu Jannar sa Settembru mill- 2011 ‘il quddiem. Iż-żieda fin-numru ta’ turisti li qagħdu lejl jew iktar f’Għawdex, għal perijodu Jannar sa Settembru 2016, meta mqabbel mal-istess perijodu tas-sena 2015 kienet ta’ tlettax fil-mija (13%). Hekk kif infurmat, l-informazzjoni sal-aħħar tas-sena 2016 għal Għawdex/ Kemmuna ser tkun tista tingħata mill-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika wara 1 ta’ Frar 2017.
Servizz ta’ Fast Ferry Service bejn Malta u Għawdex
Question
Jista’ l-Ministru jaġġorna lil din il-Kamra dwar is-servizz ta’ fast ferry service li biħsiebu jvara bejn Malta u Għawdex?
Response (REFALO, ANTON)
Nixtieq ninforma lill-Onor. Interpellant illi twaqqaf kumitat tekniku li qiegħed jiffinaliżża proċess li se jwassal biex jiġi ppubblikat tender li jippermetti l-operat ta’ tali fast ferry catamaran bejn l-Imġarr u ż-żona tal-Belt Valletta sa tmiem din il-leġislatura.
Jista’ l-Ministru jaġġorna lil din il-Kamra dwar il-proġett li biħsiebu jagħmel fl-Għar ta’ Kalipso, fix-Xagħra?
Response (REFALO, ANTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li, wara żmien ta’ telqa u deterjorazzjoni, hemm il-ħsieb illi l-Ministeru għal Għawdex jirriabilita’ l-Għar ta’ Kalipso b’talba għall-fondi mill-Unjoni Ewropea. Barra minnhekk, il-Ministeru għal Għawdex qed jaħseb ukoll biex jirriabilita’ l-area tal-madwar b’fondi nazzjonali.
Jista’ l-Ministru jaġġorna lil din il-Kamra dwar il-proġett li għaddej fil-pjazza ewlenija t’Għajnsielem?
Response (REFALO, ANTON)
Ninsab infurmat li l-proġett tal-pjazza prinċipali t’Għajnsielem kien jinkludi diversi xogħlijiet estensivi, fosthom it-tiswija ta’ ħsarat ikkawżati minn l-għeruq tas-siġar. Ingħata l-konkos fil-post u nbnew ħitan tal-ġebel bħala lqugħ għall-għeruq tal-Ficus Nitida. Tħawlu siġar ġodda fil-ġnien tal-parroċċa u ġew ukoll rilokati erba’ (4) siġriet, reġgħu ġew mibnija mill-ġdid il-pedamenti tal-pjazza biex jingħata l-konkos, u nbena ġibjun ta’ tletin (30) metru kubu biex jilqa’ l-ilma tax-xita mill-bejt tal-knisja parrokkjali. Inbnew ukoll rampi u turġien għal aktar aċċessibbiltà u ġie allokat spazju fejn jistgħu jieqfu l-vetturi (lay-by). Il-proġett ħaseb ukoll għal trinek għas-servizzi, bħal irrigazzjoni, dawl u tiżjin tal-festa.
Jista’ l-Ministru jaġġorna lil din il-Kamra dwar il-proġett tal-bini tal-Elderly Home f’Għajnsielem?
Response (REFALO, ANTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li x-xogħol fuq il-binja għaddej b’ritmu mgħaġġel. Sa issa tlesta x-xogħol tal-bini fil-basement level u għaddej ix-xogħol tal-bini fuq tlett sulari l’ fuq mit-triq. Hu stmat li sa issa tlesta 75% tax-xogħol.
Ministeru għal Għawdex — Segretarjat Privat - lista aġġornata
Question
Jista’ l-Ministru jagħti lista aġġornata tal-membri tas-Segretarjat Privat tiegħu u s-salarji rispettivi tagħhom?
Response (REFALO, ANTON)
Ninforma lill-Onor Interpellant li l-membri tal-istaff fis-Segretarjat Privat tiegħi huma kif stabbiliti fid-dokument Engagement of Staff for Ministers’ Secretariats li kopja tiegħu diġa tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw contracts for service mill-Ministeru inkluż id-dipartimenti u l-entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu minn Marzu 2013 sal-lum, sena b’sena? Jista’ jagħti wkoll dettalji dwar it-tul ta’ żmien ta’ kull kuntratt, is-servizzi li ngħataw, kif ukoll il-pakkett finanzjarju u perkaċċi oħra fir-rigward ta’ kull tali kuntratt?
Response (REFALO, ANTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar u tingħata f’xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw contracts of service mill-Ministeru inkluż id-dipartimenti u l-entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu minn Marzu 2013 sal-lum, sena b’sena? Jista’ jagħti ukoll dettalji dwar it-tul ta’ żmien ta’ kull kuntratt, is-servizzi li ngħataw kif ukoll il-pakkett finanzjarju u perkaċċi oħra fir-rigward ta’ kull tali kuntratt?
Response (REFALO, ANTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar u tingħata f’xi seduta oħra.
Ministeru għal Għawdex — person of trust u position of trust
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm-il person of trust u position of trust, elenkati separatament hemm fil-Ministeru tiegħu sal-jum li fih tkun imwieġba din il-mistoqsija parlamentari?
Response (REFALO, ANTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar u tingħata f’xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid kemm-il darba nħaslet il-pjazza prinċipali tax-Xagħra minn meta saret bit-tarmak aħmar sal-lum? Jista' jgħid min qed jagħmel dan il-ħasil u kemm qed jiġi jiswa’ dan il-ħasil kull darba li jsir?
Response (REFALO, ANTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Pjazza prinċipali tax-Xagħra tinħasel kull nhar ta’ tnejn, għajr meta tkun ix-xita. Tinħasel mill-ħaddiema tal-Agrikultura bil-makkinarju tal-istess sezzjoni.
Ministeru għal Għawdex- Personal Emoluments — nefqa
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa proġettata (budgeted) fuq Personal Emoluments sena b’sena mill-2013 sal-2016? Jista’ jgħid kemm kienet in-nefqa reali (actual) għal kull sena?
Response (REFALO, ANTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba tinsab fid-dokumenti tal-Estimi Generali li jigu ppubblikati kull sena u jitpoġġew fuq il-Mejda tal-Kamra fil-jum tal-Bagit.
Fir-rigward tan-nefqa għas-sena 2016 din l-informazzjoni għadha mhix konkluża u tkun ippubblikata fid-dokument tal-Estimi Generali li jmiss.
Għawdex – Fontana – Triq Mons. Mikiel F Buttigieg – xogħolijiet
Question
Jista' l-Ministru jgħid meta hu maħsub li jsir il-wiċċ u jingħaddu s-servizzi fi Triq Mons. Mikiel F Buttigieg fil-Fontana stante li din it-triq qatt ma ngħatat wiċċ u tinsab fi stat ħażin ħafna?
Response (REFALO, ANTON)
Ninsab infurmat li din it-triq tifforma parti mill-pjan ta’ asfaltar ta’ toroq u li x-xogħol fuqha għandu jibda fil-futur qarib.
Jista' l-Ministru jgħid meta se jsir patching fi Triq it-Tiġrija fin-Nadur peress li hemm partijiet minnha li jinsabu fi stat ħażin ħafna? Jista' jgħid meta hu ppjanat li jsir resurfacing ta' din it-triq u jekk hemmx il-ħsieb li jsir culvert għall-ilma tax-xita peress li f'din it-triq jinġabar l-ilma tax-xita minn partijiet sostanzjali tal-lokalità tan-Nadur?
Response (REFALO, ANTON)
Ninsab infurmat illi l-patching fit-triq in kwistjoni tlesta. Il-culverts ser isiru meta t-triq tiġi resurfaced fil-futur.
B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 26091 li saret sitt xhur ilu u li fiha l-Ministru kien qal li l-Gozo Channel għaddejja bit-taħdidiet biex tinstab soluzzjoni bejn il-partijiet kollha konċernati biex ikun hemm servizz ta’ ġarr ta' merkanzija bejn l-Imġarr u ċ-Ċentru ta’ Malta, jista’ issa l-Ministru jgħid jekk instabitx is-soluzzjoni, issa li għaddew sitt xhur? Meta se jerġa’ jibda s-servizz tal-merkanzija bejn l-Imġarr u l-port ta' Marsamxett jew il-Port il-Kbir issa li ilu wieqaf sena?
Response (REFALO, ANTON)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant biex jirreferi għar-risposta li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari numru 26091.
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 26262 u 25829, issa li ilhom pendenti aktar minn tmien xhur u jgħid min huma l-konsulenti li għandu fil-Ministeru tiegħu jew fid-Dipartimenti jew entitajiet li jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħu fid-data tal-31 ta' Mejju 2016? X'irwol għandu kull konsulent u kemm hu s-salarju ta' kull konsulent? X'perkaċċi oħra barra s-salarju għandu kull konsulent?
Response (REFALO, ANTON)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant biex jirreferi għar-risposta li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari numru 27453
Ministeru għal Għawdex — persuni f'position of trust
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew impjegati persuni fuq position of trust minn Marzu 2013 sal-jum li fih tkun imwieġba din l-interpellanza? Minn dawn, kemm saru tal-post għax ġew assorbiti fis-Servizz Pubbliku u b'hekk ma baqgħux fuq position of trust?
Response (REFALO, ANTON)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li minn Marzu 2013 gew maħtura tlettax (13) il persuna f’position of trust mal-Ministeru għal Għawdex. Bħalissa fil-Ministeru, fadal sebgħa (7) persuni f’position of trust. Hadd minn dawn ma kellu għalfejn jiġi assorbit fis-Servizz Pubbliku għax biex persuna tkun f’position of trust trid tkun fis-settur pubbliku.