Jista' il-Prim Ministru jgħid kemm kellha dħul il-fondazzjoni tal-Konkatidral ta' San Ġwann minn meta twaqqfet sal-lum? Kemm hu d-dħul tal-fondazzjoni mill-kirjiet tal-ħwienet li hemm fil-blokk? Kif intużat l-għotja ta' Lm300,000 li saret mill-gvern lill-korporazzjoni? Min jivverifika l-kotba ta' l-accounts tal-fondazzjoni? Dawn isiru indipendentement minn dawk tal-gvern?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija Parlamentari Numru 5938.
Jista' il-Prim Ministru jgħid x'kien preċiżament ir-rwol tal-Ministeru tal-Finanzi fit-transazzjoni tax-xiri ta' Dar Malta fi Brussels? Kien hemm xi stadju jew ieħor fejn dan il-ministeru wera t-tħassib tiegħu dwar l-ammont li kien se jintnefaq fuq dan il-bini?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lil Onorevoli Interpellant li, f’dan il-każ, ir-rwol tal-Ministeru tal-Finanzi kien l-aspett finanzjarju tat-transazzjoni nfisha, jiġifieri, il-finanzjament ta’ l-ispiża relatata.
Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk jiġix kkonsidrat li xogħlijiet ta' restawr, b'mod partikolari/anke restawr fi knejjes, jiġi meħlus mill-ħlas tal-VAT anke minħabba l-fatt li dan ix-xogħol isir wara ġbir li jsir minn fost il-poplu?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lil Onorevoli Interpellant li, f’dan il-każ, ir-rwol tal-Ministeru tal-Finanzi kien l-aspett finanzjarju tat-transazzjoni nfisha, jiġifieri, il-finanzjament ta’ l-ispiża relatata.
Jista' il-Prim Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari 6624 u cioe'jista' jgħid kemm għandu jagħti flus f'xogħol li għamlu l-kuntratturi mqabbdin mill-gvern u li għadhom ma tħallsux u kemm tammonta l-ispiża għal kull kuntrattur sal-lum?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Qed nipprovdi l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant kif kienet fis-17 ta’ Awissu 2004. Irrid niċċara li l-informazzjoni li qed nipprovdi tirreferi għal dawk il-pagamenti dovuti:
(i) fejn l-invoice tkun diġà waslet fil-Ministeru/Dipartiment konċernat
(ii) fejn il-pagament m’huwiex qed jiġi kkontestat
Lm
Uffiċċju tal-Prim Ministru
82,793.54
Forzi Armati ta’ Malta
78,782.09
Dipartiment ta’ l-Informazzjoni
18,129.62
Uffiċċju Elettorali
151,452.36
Ministeru tal-Finanzi
Dipartiment tal-
VAT
40,934.68
Dipartiment tad-Dwana
7,100.00
Dipartiment tat-Taxxi Interni
3,169.00
Jista' il-Prim Ministru jgħid kemm saru laqgħat bejn in-negotiating team imwaqqaf minnu u SKANSKA dwar il-proġett ta' l-isptar Mater Dei?
Kemm saru sigħat ta' laqgħat sal-lum? F'kemm-il ġurnata ltaqgħu?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li t-tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Jista' il-Prim Ministru jikkonferma dak li hemm rapportat f'The Malta Financial & Business Times tal-15 ta' Settembru, 2004 li l-erba' sulari tal-Malta House li l-Gvern ta' Malta xtara f'Rue Archimede u li huwa beħsiebu jikri, se jkunu soġġetti għal 12% taxxa tax-xiri?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant sabiex jagħmel din il-Mistoqsija lill-Kumitat Permanenti dwar il-Kontijiet Pubbliċi li bħal issa qiegħed jiddiskuti x-xiri ta’ Dar Malta.
Huwa possibbli għall-Prim Ministru li jikkwantifika l-ispiża ta' overtime imħallas lill-impjegati tas-servizz pubbliku dovut għall-half days, mis-sena 2000 sal-lum?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-overtime imwettaq fix-xhur li fihom l-impjegati tas-Servizz Pubbliku jaħdmu bil-half days huwa kif jidher fit-tabella t’hawn taħt. Dan l-overtime ikun hemm bżonnu minħabba raġunijiet varji bħal xogħol urġenti li jinqala’ minn żmien għal żmien u xogħol ieħor li minħabba n-natura tiegħu jinħtieġ sigħat itwal biex jitwettaq.
Sena
Lulju (Lm)
Awissu (Lm)
Settembru (Lm)
2000
648,479
633,797
582,470
2001
691,317
743,742
718,863
2002
748,441
625,762
668,762
2003
614,238
563,898
526,155
2004
476,125
N/A
N/A
Sptar Mater Dei — Kwestjoni ma' Skanska dwar xogħlijiet
Question
Peress li jidher li teżisti kwestjoni ma' Skanska dwar xogħlijiet li għad fadal fl-isptar il-ġdid, jista' il-Prim Ministru:
1) jgħid kemm jammontaw fi flus id-diskrepanzi bejn dak proġettat u dak mitlub mill-kumpannija Skanska?
2) jgħid jekk teżistix kwestjoni bejn is-supplier ta' l-apparat u FMS dwar l-istess apparat li qed jiġi provdut lill-isptar Mater Dei?
3) jgħid jekk it-tobba humiex sodisfatti bl-apparat li qed jiġi provdut skond l-istess kuntratt ta' apparat?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li bħalissa għaddej proċess biex jistabbilixxi l-ammont fi flus ta’ dawk il-varjazzjonijiet approvati mill-FMS fuq dan il-proġett.
Ma teżisti l-ebda kwestjoni bejn is-supplier ta’ l-apparat mediku u l-FMS. L-ispeċifikazzjonijiet ta’ l-apparat saru fuq parir ta’ l-end users.
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari tiegħi W79 dwar il-ħtieġa urġenti li jsiru t-traffic lights fi Triq tal-Barrani (ħdejn il-junction li tagħti għaż-Żejtun), possibbli jiġi spjegat għaliex id-dipartiment tal-kuntratti ilu xhur sħaħ biex jiddeċiedi fuq dan il-kuntratt ħalli jkunu jistgħu jsiru dawn it-traffic lights?
Għaliex id-dipartiment tal-kuntratti ilu xhur sħaħ biex jieħu deċiżjoni meta f'dan il-post ġraw inċidenti, uħud minnhom fatali, u ta' kuljum qed titqiegħed fil-periklu ħajjet in-nies?
Bħala rappreżentant ta' dan id-distrett, nista’ niġi nformat għaliex dan id-dewmien u meta se jiddieciedi d-dipartiment tal-kuntratti anke għall-fatt li kull meta nagħmel mistoqsija lill-Ministru għall-Iżvilupp Urban u t-Toroq dejjem jingħad li qed jistennew risposta mid-dipartiment tal-kuntratti?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Filwaqt li nifhem id-diżappunt ta’ l-Onorevoli Interpellant għar-rigward tal-fatt li l-kuntratt tat-traffic lights fit-Triq tal-Barrani għadu ma ngħatax, nixtieq ngħarrfu li d-Dipartiment tal-Kuntratti m’għandu assolutament l-ebda tort li dan ix-xogħol għadu ma bediex.
It-tenders li ġew sottomessi biex isir dan ix-xogħol kienu għoljin meta ġew imqabbla ma’ l-istima tax-xogħol ta’ l-Awtorità Dwar it-Trasport, u kien qiegħed isir sforz biex il-kuntrattur li tefa’ l-irħas offerta inaqqas l-offerta tiegħu.
Issa li dan il-punt intlaħaq, nispera li x-xogħol ikun jista’ jsir.
Jista' il-Prim Ministru jgħid: a) x'tip ta' allowances u salarju qed jirċievi: i) Principal Permanent Secretary fl-uffiċċju tal-Prim Ministru; ii) Permanent Secretary fl-istess uffiċċju tal-Prim Ministru? b) Jekk l-allowance f'kull każ humiex inklużi għall-fini ta' komputazzjoni ta' pensjoni tas-servizz? c) Jekk l-istess prinċipji jew benefiċċji japplikawx għall-permanent secretaries f'kull ministeru/dipartiment?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Dwar is-Segretarju Permanenti Ewlieni, li qiegħed fuq skala ta’ salarju numru 1, l-Onorevoli Interpellant huwa mitlub jara t-tweġiba li diġà ngħatat fl-1 ta’ Marzu 2004 għall-Mistoqsija Parlamentari numru 4492 fejn fiha hemm id-dettalji li hu qed jitlob.
Is-Segretarju Permanenti fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru, li qiegħed fuq skala ta’ salarju numru 2, baqa’ jżomm l-istess kundizzjonijiet u pakkett finanzjarju li kellu bħala Segretarju Permanenti f’Ministeru ieħor.
Dwar l-aħħar parti tal-mistoqsija, l-Onorevoli Interpellant jaf li l-prinċipji japplikaw għal kulħadd l-istess, ikun x’ikun il-grad u tkun min tkun il-persuna. Il-benefiċċji jvarjaw skond il-grad iżda dawn huma l-istess għas-Segretarji Permanenti kollha li qegħdin fuq skala ta’ salarju numru 2 u l-allowances li jingħataw bħala performance bonus u expense allowance kemm lis-Segretarju Permanenti Ewlieni kif ukoll lis-Segretarji Permanenti, mhumiex pensjonabbli.
Jista' il-Prim Ministru jgħid għal liema raġuni messaġġiera li ġew detailed minn mal-posta għal mal-gvern fl-1995 qed jiġu mċaħħda milli japplikaw għal senior court messengers?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Jiena nfurmat li ma saret ebda sejħa għall-applikazzjonijiet għall-grad ta’ Senior Court Messenger.
Wara li l-Lotto Department ġie prattikament privatizzat minn kumpannija Griega, jista' il-Prim Ministru jgħid x'inhuma l-kondizzjonijiet tal-ħaddiema kollha f'dan id-dipartiment u jekk il-kondizzjonijiet li dejjem kellhom u gawdew qabel il-privatizzazzjoni għadhomx l-istess peress li sal-lum ħadd ma nfurmahom dwar dan?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Il-ħaddiema tad-Dipartiment tal-Lottu Pubbliku huma kollha ħaddiema tal-Gvern u għalhekk wara li l-operat tad-Dipartiment ġie privatizzat, dawn il-ħaddiema ser jiġu redeployed skond l-esiġenzi tas-Servizz.
Jista' il-Prim Ministru jgħid meta ttieħdet id-deċiżjoni fil-Kabinett dwar ix-xiri ta' Dar Malta fi Brussels? Meta ġie ppreżentat il-memo relevanti lill-Kabinett? L-issue ġiet diskussa u maqbula f'seduta waħda tal-Kabinett? Min kien il-Ministru li ppilota l-memorandum li rrikkmandat din id-deċiżjoni? F'liema stadju u f'liema żmien iddeċieda il-Kabinett fil-prinċipju li Malta għandha tixtri premises ta' dak id-daqs u kobor fi Brussels għar-rappreżentanza permanenti ta' Malta fl-UE?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Id-deċiżjoni dwar ix-xiri ta’ proprjetà fi Brussels li għandha takkomoda r-Rappreżentanza Permanenti ta’ Malta għall-Unjoni Ewropea kienet ittieħdet fil-laqgħa tal-Kabinett tas-17 ta’ Mejju 2004.
Il-Memo relevanti ġie ppreżentat minni stess fil-kariga tiegħi ta’ Prim Ministru u Ministru tal-Finanzi.
B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 6624, jista' il-Prim Ministru jirrispondi dwar l-ammonti kollha ta' flus pendenti dovuti għal xogħlijiet u servizzi li saru/ngħataw?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba qed tinġabar u tingħata tweġiba f’xi seduta oħra.
Jista' il-Prim Ministru jgħid liema huma dawk id-dipartimenti, kumpanniji, awtoritajiet u korporazzjonijiet li f'dawn l-aħħar ħames snin għamlu użu jew għadhom jagħmlu użu mis-servizzi tal-kumpannija li isimha qed jintbagħat separatament? F'kull każ, kemm kien l-ammont totali involut u jekk intalbux kwotazzjonijiet mingħand aġenti oħra? Jekk intalbu kwotazzjonijiet, liema kienu l-aġenti l-oħra li mingħandhom intalbu l-kwotazzjonijiet?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra tabella li turi l-Informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant.
Billi d-dipartiment ta' l-informazzjoni għadu kif ikkonferma li minkejja n-nefqa totali ipproġettata fuq l-ambaxxata ta' Malta għall-Unjoni Ewropea ta' Lm9 miljun ma tinkludix ir-residenza tar-rappreżentant permanenti ta' Malta għall-Unjoni Ewropea is-Sur Richard Cachia Caruana, jista' il-Prim Ministru jgħarraf lill-Kamra:
jekk l-akkomodazzjoni tas-Sur Cachia Caruana inxtratx jew inkrietx jew għad trid tinxtara jew tinkera;
jekk il-gvern huwiex aktar inklinat li jixtri flok jikri l-propjreta';
jekk inxtrat/inkriet, kif intgħażlet u b'liema prezz inxtrat/inkriet;
min kien responsabbli minn Malta u minn barra l-pajjiż għall-valwazzjoni kemm tal-proprjeta' ta' l-ambaxxata kif ukoll tar-residenza ta' l-ambaxxatur;
x'inhuma l-indirizzi ta' l-ambaxxata kif ukoll tar-residenza involuta?
L-istess japplika fir-rigward ta' l-akkomodazzjoni ta' l-ambaxxatur ta' Malta akkreditat għall-Belġju?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jagħmel il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Jista' il-Prim Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari 6698 u cioe' jista' jgħid separatament kemm tħallset VAT fuq kull xiri jew kirja ta' vapuri li nxtraw jew inkrew f'dawn l-aħħar sentejn biex joperaw għall-boat trips tat-turisti f'ibħra lokali? Jista' jgħid kemm tħallset VAT f'dawn l-aħħar sentejn mill-operaturi tal-boat trips mill-operazzjoni tagħhom? Jista' jgħid min huma dawn l-operaturi u l-ammont li ħallsu kull sena sal-lum?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li ma tinżammx informazzjoni separata dwar VAT fuq xiri ta’ vapuri u VAT fuq kiri ta’ vapuri li nxtraw jew inkrew sabiex joperaw għall-boat trips tat-turisti.
L-informazzjoni li għandu d-Dipartiment tal-VAT huwa dwar VAT miġbura (netta) minn operaturi li jipprovdu servizz għall-boat trips tat-turisti u għall-Maltin f’ibħra lokali f’dawn l-aħħar sentejn.
Id-dettalji ta’ VAT netta miġbura hija:
01/07/2002 – 30/06/2003 - LM75,442.23
01/07/2003 – 30/06/2004 - LM95,526.55
Il-liġi tal-VAT timpedixxi li tingħata informazzjoni kummerċjali fuq persuni reġistrati.
In-numru ta’ taxpayers reġistrati fejn iddikjaraw l-attività ekonomika tagħhom ta’ ġarr ta’ passiġġieri fuq il-baħar huwa ta’ 29.