Jista' l-Ministru jgħid jekk ġiex studjat l-impatt ambjentali qabel twaħħal l-extractor fuq il-bejt tal-poliklinika l-ġdida ta' Bormla peress li l-extractor huwa ta' kobor mhux inqas minn 5 piedi b'5 piedi u 'l bogħod 12-il pied minn djar tar-residenti?
Jista' l-Ministru jgħid ta' min kienet id-deċiżjoni għal dan ix-xogħol? Kien hemm il-permessi kollha qabel twaħħal? Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-kopja tal-permess mill-Planning Authority?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Ninforma l-Onor. Intepellant li l-apparat li hemm fuq il-bejt taċ-Ċentru tas-Saħħa ta' Bormla mhux 'extractor' imma 'chiller' tas-sistema ta' l-arja kondizzjonata ċentrali taċ-Ċentru tas-Saħħa.
Ma sar l-ebda studju speċifiku dwar l-impatt ambjentali minħabba illi skond l-opinjoni tat-tekniċi nkarigati mill-proġett jekk jirriżulta għar-resindenti tal-madwar xi nkonvenjent dwar xi ħsejjes, dan jista' jiġi rrimedjat billi jsirlu 'acoustic enclosure'. L-arja sħuna li toħroġ tintrema il-fuq.
Il-proġett kollu li sar fiċ-Ċentru tas-Saħħa ta' Bormla kien taħt id-direzzjoni ta' uffiċjali tekniċi, periti u inġiniera privati inkarigati mid-Dipartiment għal dan il-proġett.
Il-bini huwa kopert mill-permess tal-Planning Authority numru PA 3230/96 li kopja tiegħu qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jgħid kemm daħlu persuni b'overdose bejn it-23 ta' Diċembru u l-1 ta' Jannar 1999, ġurnata b'ġurnata, u l-eta' tagħhom?
Response (DEGUARA, LOUIS)
In-numru ta' persuni li daħlu b'overdose bejn it-23 ta' Diċembru 1998 u l-1 ta' Jannar 1999 hu hekk:
Data Numru ta' Sess Eta'
persuni li daħlu
b'overdose
23.12.98 1 Male 40
24.12.98 1 Male 30
*25.12.98 1 Male 37
*26.12.98 1 Male 37
26.12.98 1 Male 24
27.12.98 1 Female 53
28.12.98 0 Nil Nil
29.12.98 0 Nil Nil
30.12.98 1 Male 43
31.12.98 0 Nil Nil
01.01.99 0 Nil Nil
* Dawn jirreferu għall-istess persuna.
Jista' l-Ministru jgħid x'inhuma l-pilloli out of stock li hawn bħalissa fl-ispiżeriji tal-gvern?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Il-pilloli li ma ngħatawx lill-pazjenti u li qegħdin 'out of stock' illum huma:
1. Pilloli, li qegħdin jiġu diskussi mid-'Drugs & Therapeutics Committee(DTC) biex jiġu maqtugħa minn fuq il-formularju:
Atropine Sulphate tablets
Stilboestrol 1mg tablets
Fosfestrol tetrosodium 100mg tablets
2. Pilloli, li s-Servizzi Farmaċewtiċi tal-Gvern għandu problema biex jixtrihom:
Stilboestrol 5mg tablets
Methylergometrine tablets
Hydroxychloroquine tablets
Methylcellulose tablets
3. Pilloli, li għalkemm ma jinstabux fl-imħażen tas-Servizzi Farmaċewtiċi tal-Gvern ikun fadal stokk minnhom fl-ispiżeriji tal-Gvern:
Hyoscine Butyl Bromide tablets 10mg
Quinidine Sulphate tablets 200mg
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari numru 4678? Jista' l-Ministru jinkludi l-istess informazzjoni għall-istess perjodu fl-1996, fl-1997 u fl-1998?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Minħabba l-volum kbir t'informazzjoni li trid tinġabar, ir-risposta tingħata f'seduta oħra.
Wara li fis-sajf li għadda ġie llanċjat programm bejn id-Dipartiment tal-Health Promotion u s-segretarjat parlamentari għan-nisa, liema programm kien jikkonsisti fi kwestjonarju nazzjonali fuq il-perception tan-nisa fuq saħħithom, jista' l-Ministru jgħid meta hu mistenni li joħorġu r-riżultati ta' l-analizi tal-programm li fih ħadu sehem studenti universitarji?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Nixtieq ngħid lill-Onor. Interpellant li l-kwestjonarju magħmul fis-sajf li għadda mid-Dipartiment għall-Promozzjoni tas-Saħħa, qatt ma kien maħsub li jkun validu biex jittieħed fuq livell nazzjonali. Jista' jintuża biss, bħala 'pilot' għal 'survey' nazzjonali. Deċiżjoni tittieħed ladarba jkollna r-riżultati, li huma maħsuba li joħorġu għall-aħħar ta' Ġunju, wara li tkun saret l-analiżi kollha.
Jista' l-Ministru jieħu l-passi neċessarji ħalli tispiċċa d-drawwa li daħlet fl-Isptar Monte Carmeli li l-ħasil tal-pazjenti ta' spiss qed jinqabeż minn ġurnata għall-oħra?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Ninforma l-Onor. Interpellant li ma daħlet l-ebda drawwa li l-ħasil tal-pazjenti jinqabeż
B'riferenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari numru 3317, jista' l-Ministru jgħid min ħallas għall-kartolini li ntbagħtu lill-familji kollha fil-XI-il distrett għall-Milied ta' l-1998? Min ħallas għall-posta li kienet f'envelopes "Il-Gvern ta' Malta"? F'każ li l-ħlas kien minn xi vot li jaqa' taħt il-Ministeru, kemm kienu l-ammonti?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Mhux minnu li ntbagħtu kartolini lill kull familja tal-Ħdax il-Distrett. Il-kartolini mixtrija mill-Ministeru tas-Saħħa għall-Milied 1998 tħallsu mill-istess sorsi li minnhom kienu tħallsu l-kartolini li nxtraw u ntbagħtu mill-Ministru preċedenti, għall-Milied ta' 1997. Bħal ma għamel il-predeċessur tiegħi, ġew ordnati numru ta' kartolini biżżejjed biex iservu għas-snin li ġejjin. B'hekk ingħatajna prezz aktar favorevoli.
Il-posta tal-kartolini li ntbgħatu tħallsu minni personalment għajr għal xi mitt kartolina. Jekk l-Onor. Interpellant jixtieq, nista' nurih kopja tal-irċevuti li tħallsu minni personalment bħala konferma li ma ntbgħatux kartolini lill kull familja kif inhu allegat.
Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew irrapportati każi ta' meningitis xahar b'xahar mill-1 ta' Jannar, 1998 sal-lum? Kemm kellhom eta' dawk milquta minn din il-marda? Kemm mietu?
Response (DEGUARA, LOUIS)
L-informazzjoni mitluba mill-Onor Interpellant hi skond il-lista li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm tobba barranin jaħdmu mad-Dipartiment tas-Saħħa illum? X'tip ta' xogħol jagħmlu u kemm qed jitħallsu kull wieħed mingħajr ma jispeċifika ismijiet?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Ninforma l-Onor. Interpellant li n-numru ta' tobba barranin jaħdmu mad-Diviżjoni tas-Saħħa huwa ta' 46. It-tip ta' xogħol li qed jaħdmu huwa kif ġej:
Konsulenti 4
Senior Registrar 41
Houseman 1
44 minn dawn it-tobba barranin jitħallsu l-istess salarju bħall-Maltin u jieħdu wkoll 'expatriate allowance' ta' Lm1200 fis-sena. Iż-żewġ Konsulenti l-oħra għandhom salarju annwali ta' Lm42,000 u Lm35,000 rispettivament.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm persuni li qegħdin fuq il-waiting list biex issirilhom operazzjoni tal-ftuq illum? Kemm ilu jistenna 'l aktar persuna fosthom?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Ninforma l-Onor. Interpellant li l-informazzjoni qed tinġabar u tingħata risposta f'seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid x'investigazzjonjiet saru dwar ħruq fil-basement ta' l-Isptar San Luqa nhar il-Ħamis, 4 ta' Marzu, 1999?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Ninforma l-Onor. Interpellant li l-ħruq imsemmi kien nar żgħir f'wieħed mit-tankijiet fejn jinġabar l-iskart, u ġie mitfi fi ftit sekondi bla ma saret ebda ħsara.
Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx impjegati fid-dipartimenti li jaqgħu taħt ir-responsabbilta' tiegħu li jgawdu minn allowance għad-degree jew diploma li għandhom? X'inhuma s-suġġetti li huma ċċertifikati fihom? X'inhuwa x-xogħol li qegħdin jagħmlu bħalissa?
Response (DEGUARA, LOUIS)
L-informazzjoni għadha qed tinġabar u tingħata risposta f'seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid kemm għandu photocopy machines kemm fil-ministeru kif ukoll fid-dipartimenti kollha li jaqgħu fir-responsabbilta' tad-dekasteru tiegħu dipartiment b'dipartiment?
Jista' jgħid x'ditta huma?
Meta nxtraw?
Kemm swew fi spejjeż?
Response (DEGUARA, LOUIS)
L-informazzjoni mitluba tirrikjedi ħafna xogħol li l-ministeru ma huwiex f'posizzjoni li jagħmel għax għandu affarijiet ħafna aktar importanti x'jagħmel.
Jekk l-Onorevoli Interpellant għandu xi raġuni speċifika għaliex irid ikun infurmat rigward xi 'photocopy machines' partikolari, jagħtini d-dettalji biex imbagħad tinġabar l-informazzjoni mitluba.
Jista' l-Ministru jgħid meta kienet l-aħħar darba li kull X-ray machine li hemm l-Isptar San Luqa ġiet maintained? Jista' l-Ministru jgħid liema minn dawn l-X-ray machines m'humiex qed joħorġu X-rays ċari biżżejjed biex it-tobba jistgħu jaqdu dmirhom kif suppost?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar u tweġiba tingħata f'seduta oħra.
Sptar San Luqa — Customer Care Services - Complaints
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm saru complaints, xahar b'xahar minn Settembru 'il hawn, lill-Customer Care Services ġewwa l-Isptar San Luqa? X'tip ta' complaints kienu u tista' tingħata breakdown skond il-kategorija?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-complaints li kellhom bżonn xi azzjoni xahar b'xahar minn Settembru 1998 sa llum, mill-Customer Care Unit ta' San Luqa kienu kif ġej:
XAHAR COMPLAINTS
---------------------------
Settembru 1998 96
Ottubru 1998 114
Novembru 1998 75
Diċembru 1998 87
Jannar 1999 97
Frar 1999 62
---------------------------
Il-complaints kienu jirrigwardaw:-
Complaints Numru ta' Perċentwali
complaints
------------------------------------------------ -------
1. Talbiet għal informazzjoni 175 33%
2. Spiżerija/Mediċini 159 30%
3. Appuntamenti 94 18%
4. Files/X-Rays mhux misjuba 73 14%
5. Swali 23 4%
6. Oħrajn 7 1%
Jista' l-Ministru jgħid meta mistennija ssir l-operazzjoni f'saqajn it-tifel ta' 15-il sena, li d-dettalji tiegħu qed jintbagħtu separatament, u li jbati minn diversi problemi mediċi oħra?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Nikkonferma li l-pazjent imsemmi ġie mqiegħed fuq il-waiting list ta' Mr A. Bernard fl-4 ta' Marzu 1998. Peress li jien infurmat li l-każ mhux urġenti (sakemm ma nbidlux xi ċirkustanzi - li m'għandna l-ebda prova li ggravaw), il-pazjent issirlu l-operazzjoni meta jmissu.