Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #23764 Sitting 508 2001-03-06 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Universita — Dipartiment tal-Farmaċija

Question

B'riferenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari nru. 22797, jikkonferma l-kap tad-dipartiment tal-farmaċija li l-istaff mhux akkademiku li qed jintalab jagħmel xogħol akkademiku huma lab officers II? Jikkonferma l-kap tad-dipartiment tal-farmaċija li dan l-istaff mhux akkademiku qed jagħmel xogħol akkademiku ta' fejda, ġid u ta' għajnuna lid-dipartiment tal-farmaċija, l-istaff akkademiku ta' l-istess dipartiment u lill-istudenti li jattendu l-kors fil-farmaċija? Apparti dan ix-xogħol akkademiku, dan l-istaff mhux akkademiku qed jintalab xogħol mill-kap tad-dipartiment tal-farmaċija li għandu x'jaqsam mal-lista ta' dmirijiet li jingħataw l-lab officers II meta jibdew l-impjieg tagħhom ma' l-Universita' ta' Malta?

Response (GALEA, LOUIS)

Nirreferi lill-Onor. Membru għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 23713.
Leg 9 PQ #23792 Sitting 508 2001-03-06 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Universita' — Dipartiment tal-Farmaċija

Question

B'riferenza għalt-tweġiba għal mistoqsija parlamentari nru. 22772, jista' l-Ministru jgħid meta l-kap tad-dipartiment tal-farmaċija beħsiebu jressaq l-istudju dwar il-pjan biex tinħoloq fakulta' fil-farmaċija? Jikkonferma li qatt ma ddiskuta formalment pjan biex tinħoloq fakulta' fil-farmaċija ma' l-awtoratijiet ta' l-Universita' jew il-Kamra ta' l-Ispiżjara?

Response (GALEA, LOUIS)

Nirreferi lill-Onor. Membru għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 23713.
Leg 9 PQ #23796 Sitting 508 2001-03-06 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Universita' — Dipartiment tal-Farmaċija

Question

B'riferenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari nru. 22765, jista' l-kap tad-dipartiment tal-farmaċija jispjega għaliex ma nżammx rekord ta' kemm departmental meeting saru? Jista' l-kap tad-dipartiment tal-farmaċija jgħid jekk nżammx rekord tal-minuti? Jekk iva, jista' jitpoġġa kopji ta' dawn il-minuti fuq il-Mejda tal-Kamra? Jikkonferma li ġew diskussi l-kurrikulum, l-eżamijiet, it-testijiet, tqassim ta' credits u l-mod kif dawn jingħataw u m'hemmx rendikont dettaljat ta' dan kollu? Jista' l-kap tad-dipartiment jgħid x'ippreżenta lill-fakulta' matul s-sena ta' ħidma akkademika 1999-2000? X'korrispondenza ntbagħtet lilu mill-uffiċju tal-fakulta' tul is-sena ta' ħidma akkademika 1999-2000?

Response (GALEA, LOUIS)

Nirreferi lill-Onor. Membru għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 23713.
Leg 9 PQ #23798 Sitting 508 2001-03-06 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Univerista' — Dipartiment tal-Farmaċija

Question

B'riferenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari nru. 22813, jista' l-Ministru jgħid jekk jikkonfermax il-kap tad-dipartiment tal-farmaċija li l-work resources fund tkopri żewġ konferenzi fis-sena? Fuq liema bażi ntalbet it-tielet konferenza? Fuq liema bażi ntalbu u ngħataw flus mill-international office? B'riferenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari nru. 21533, jikkonferma l-kap tad-dipartiment tal-farmaċija li d-dewmien normali ta' konferenza internazzjonali huwa ta' 3-4 ġranet? Għaliex f'ħafna miż-żjarat tiegħu barra, l-kap tad-dipartiment dam medja ta' seba t'ijiem? Jista' l-kap tad-dipartiment jagħti rendikont iddetaljat dwar id-dewmien ta' kull konferenza u t-talbiet li ġew ifformulati lill-organi universitarji li minnhom intalbu l-flus?

Response (GALEA, LOUIS)

Nirreferi lill-Onor. Membru għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 23713.
Leg 9 PQ #23800 Sitting 508 2001-03-06 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Universita' — Dipartiment tal-Farmaċija

Question

B'riferenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari nru. 22773, jikkonferma l-kap tad-dipartiment tal-farmaċija li l-aħħar studju li sar fuq in-numru ta' l-ispiżjara huwa datat 1997? Jista' l-kap tad-dipartiment tal-farmaċija jispjega l-fil li jgħaqqad dawn il-persentaġġi ma' l-kumment tiegħu lill-istudenti ta' l-ewwel sena? Dawn il-persentaġġi ppreżentati huma differenti minn ta' pajjiżi oħra li fuqhom jorbot il-kap tad-dipartiment tal-farmaċija? Minn min saru l-istudji li jirreferi għalihom il-kap tad-dipartiment tal-farmaċija?

Response (GALEA, LOUIS)

Nirreferi lill-Onor. Membru għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 23713.
Leg 9 PQ #23812 Sitting 508 2001-03-06 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel — Żabbar

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'passi se jittieħdu biex it-tfal li jattendu klassi 4/7 ta' l-iskola primarja (b) ta' Ħaż-Żabbar, ikollhom għalliem regolari fix-xhur li ġejjin peress li qed jingħad li l-għalliem preżenti ħareġ leave fit-tul b'open certificate?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li ntbagħat għalliem għal klassi 4/7 ta' l-iskola Primarja B ta' Ħaż-Żabbar.
Leg 9 PQ #24112 Sitting 508 2001-03-06 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Iklin — Public Library

Question

Jista' l-Ministru jara li tiġi ri-introdotta l-public library għar-residenti tal-Iklin billi l-għeluq tagħha ġab inkonvenjent għal dawn ir-residenti? X'wassal għal dan l-għeluq?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li id-Dipartiment tal-Libreriji u Arkivji f'ebda żmien ma kellu branch library miftuħa ġewwa l-Iklin.
Leg 9 PQ #23762 Sitting 507 2001-03-06 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Universita' — Dipartiment tal-Farmaċija

Question

B'riferenza għat-tweġiba għall-mistoqsija 22800, jista' l-kap tad-dipartiment tal-farmaċija jgħid kemm hemm lab officers II fid-dipartiment tiegħu? X'kienu l-kwalifiċi li bihom ingħataw impjieg dawn l-lab officers II? Jikkonferma li l-grad ta' lab officers li jagħmlu jew li qed jagħmlu studju post-graduate huma dawk ta' lab officers II? Jikkonferma l-kap tad-dipartiment tal-farmaċija li l-istudji akkademiku post-graduate li għamlu l-lab officers II jaqa taħt l-lista tad-dmirijiet li jingħataw l-lab officers II meta jibdew l-impjieg tagħhom ma' l-Universita' ta' Malta? X'kwalifiċi post-graduate ġew inkorraġuti jistudjaw dawn il-ħames lab officers? Dawn l-istudji huma ta' natura akkademika u speċjalizzata f'aspetti ta' farmaċija?

Response (GALEA, LOUIS)

Nirreferi lill-Onor. Membru għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 23713.
Leg 9 PQ #23763 Sitting 507 2001-03-06 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Universita' — Dipartiment tal-Farmaċija

Question

B'riferenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari nru. 22767, jista' l-kap tad-dipartiment tal-farmaċija jgħid jekk m'humiex full-time jew part-time dawn is-sitt postijiet akkademiċi li nħolqu tul it-tmexxija tiegħu? Jista' l-kap tad-dipartiment tal-farmaċija jagħti s-snin li fihom inħolqu dawn il-postijiet akkademiċi? Qabel saret it-talba għas-sena 2001, meta inħoloq l-aħħar post akkademiku fid-dipartiment tal-farmaċija? Jista' l-kap tad-dipartiment tal-farmaċija jgħid jekk humiex full-time jew part-time dawn it-tlett postijiet akkademiċi ġodda għas-sena 2001? B'riferenza għat-tweġiba għall-mistoqsija nru. 21549, għaliex in-numru ta' staff permanenti fid-dipartiment tal-farmaċija huwa inqas minn dak ta' l-istaff temporanju? Jikkonferma l-kap tad-dipartiment tal-farmaċija li meta laħaq f'din il-pożizzjoni ma kien hemm l-ebda post akkademiku ieħor f'dan id-dipartiment?

Response (GALEA, LOUIS)

Nirreferi lill-Onor. Membru għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 23713.
Leg 9 PQ #23930 Sitting 507 2001-03-06 Oral · Final From: JASON AZZOPARDI To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel — Latin/Grieg

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa n-numru ta' studenti fl-iskejjel sekondarji tal-gvern li bħalissa qed jistudjaw il-Latin? Kemm hemm li qed jistudjaw il-Grieg?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat illi matul din is-sena ebda student ma talab li jiġi mgħallem il-Latin jew il-Grieg.
Leg 9 PQ #23931 Sitting 507 2001-03-06 Oral · Final From: JASON AZZOPARDI To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Kors tal-Liġi — Latin

Question

Jista' l-Ministru jikkontempla li l-Latin jerġa ' jsir obbligatorju għad-dħul fil-kors tal-liġi?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-Universita` ma tqisux prattikabbli li wieħed idaħħal il-Latin bħala element obbligatorju għad-dħul fil-kors tal-Liġi.
Leg 9 PQ #23978 Sitting 507 2001-03-06 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel — Skola Primarja tas-Sliema

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li t-tfal tal-iskola primarja ta' tas-Sliema ma' jitħalewx jidħlu fl-iskola jew fil-kurudur li hemm fil-madwar ta' l-iskola qabel ma' jibdew il-lezzjonijiet meta huwa loġiku li jekk dan jibda jsir, it-tfal ikunu aktar f'sigurta' minn xi eventwalita' ta' inċident tat-traffiku fit-toroq tal-madwar?

Response (GALEA, LOUIS)

L-Onor. Membru japprezza li l-ewwel konsideerazzjoni għandha tkun il-ħarsien u s-sigurta` tat-tfal. Dan hu bilfors kundizzjoniat mill-ħtiġijiet ta' l-iskola u l-ħinijiet ta' l-għalliema u l-ħaddiema kif stabbilit fil-Ftehim Kollettiv. Informat ukoll li t-tfal filgħodu ma jitħallewx jidħlu fl-iskola kmieni minħabba li mhix konswetudni li huma jinġiebu kmieni mid-dar. It-tfal meta jidħlu ma jistgħux jitħallew mingħajr superviżjoni, iżda meta tkun ix-xita huma jidħlu jistkennu fil-kuriduri. It-triq ta' quddiem l-iskola tkun magħluqa għat-traffiku bejn it-8.00 - 8.45 ta' filgħodu u jkun hemm ukoll pulizija f'dawn il-ħinijiet biex jiżgura li ma jgħaddux vetturi.
Leg 9 PQ #24007 Sitting 507 2001-03-06 Oral · Final From: JEAN PIERRE FARRUGIA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhuma l-pjani definittivi tal-Gvern fir-rigward tal-bini fejn illum hemm l-iskola tas-snajja Umberto Colosso u l-iskola Sekondarja San Franġisk t'Assisi, Santa Venera, billi mill-1995 'il hawn taħt iż-żewġ amministrazzjonijiet kien hemm bdil ta' ħsibijiet u ta' proġetti li s'issa ma ppermettewx lill-mexxejja ta' l-istess skola, lill-kunsill skolastiku u lill-kunsill lokali Santa Venera jwettqu l-proġett tagħhom ta' ċentru sportiv għall-użu ta' l-istess studenti u tal-komunita'

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li nhar il-Ġimgħa 23 ta' Frar, il-Kap ta' l-iskola Umberto Colosso/San Franġisk ta' Assisi u fl-istess ħin bħala Segretarju/Teżorier tal-Kunsill Skolastiku ta' dawn l-iskejjel, irċieva kopja ta' "Draft No 1 - Design Brief for San Franġisk of Assisi Boys' Secondary School Sta Venera" imħejji mill-periti konsulenti tad-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni sabiex iservi bħala bażi ta' diskussjoni. Dan id-dokument ladarba jiġi finalizzat ikun jista' jwassal għall-applikazzjoni finali lill-Planning Authority biex dan il-proġett jista' jseħħ.
Leg 9 PQ #24097 Sitting 507 2001-03-06 Oral · Final From: JOE MIZZI To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Administrative Assistant

Question

Jista' l-Ministru jgħid min ha l-promozzjoni ta' administrative assistant b'riżultat tas-sejħa ta' l-applikazzjoni li saret nhar is-16 ta' Awissu 2000 fl-Universita' ta' Malta

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li b'riżultat tas-sejħa ta' l-applikazzjoni li saret nhar is-16 ta' Awissu 2000 l-impjegati li se nsemmi ħadu l-promozzjoni ta' Administrative Assistant. Ms Gillian Cachia Ms Romina Tabone Mr Christopher Camilleri Ms Marina Plummer.
Leg 9 PQ #24098 Sitting 507 2001-03-06 Oral · Final From: JOE MIZZI To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Universita' ta' Malta

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhuma d-duties tal-laboratory officers II assenjati lilhom individwalment mill-Kap tad-Dipartiment tal-Famaċija fl-Universita' ta' Malta?

Response (GALEA, LOUIS)

Nirreferi lill-Onor. Membru għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 23713 f'Seduta 506.
Leg 9 PQ #23123 Sitting 506 2001-03-05 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Universita' — Dipartiment tal-Farmaċija

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari nru. 22790?

Response (GALEA, LOUIS)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella rigward l-aħħar parti tal-Mistoqsija.
Leg 9 PQ #23647 Sitting 506 2001-03-05 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Kulleġġ tal-Biedja

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' studenti fil-kulleġġ tal-biedja li tħarrġu fuq l-analiżi tal-ħamrija u ta' livelli ta' l-ilma matul l-1999 u s-sena 2000? Min ikkordina t-taħriġ tagħhom?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-istudenti kollha tal-kulleġġ jitħarrġu fuq l-analiżi tal-livelli ta' l-ilma u tal-ħamrija kemm fil-kulleġġ kif ukoll fil-laboratorji fl-Għammieri. Is-suġġett "Soil Science" qiegħed fl-ewwel sena tas-sillabu waqt li s-suġġett mikroboloġija fit-tielet sena.
Leg 9 PQ #23648 Sitting 506 2001-03-05 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Kulleġġ tal-Biedja

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' studenti fil-kulleġġ tal-biedja li tħarġu fuq il-produzjoni agrikola organika matul 1999 u 2000? Fuq liema varjetajiet tħarġu?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-Produzzjoni agrikola organika huwa suġġett ġdid u s'issa f'dan il-qasam sar biss xi xogħol fuq id-dwieli. Il-Kulleġġ bħalissa qiegħed f'kuntatt ma' l-Italja biex fil-futur qrib l-istudenti jmorru ġo Bologna biex jitħarrġu iktar f'dan il-qasam. Il-Kulleġġ qed jistħarreġ kif dan it-taħriġ jista' jsir permezz tal-programm Leonardo da Vinci.
Leg 9 PQ #23713 Sitting 506 2001-03-05 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Universita' — Dipartiment tal-Farmaċija

Question

B'riferenza għall-mistoqsijiet 21523 u 22809, jista' l-kap tad-dipartiment tal-farmaċija jirrispondi d-domanda u jikkonferma jekk il-prattiċi tal-laboratorji fil-kimika farmaċewtika twaqqfux kompletament? Kemm ilu għaddej u meta sa jispiċċa dan l-eżerċizzju ta' reviżjoni u mmodernizzar fil-prattiċi fil-kimika farmaċewtika? B'riferenza għat-tweġiba li ma ngħatatx għall-mistoqsija 22809, jista' l-kap tad-dipartiment tal-farmaċija jirrispondi jekk kienx hemm xi prattiċi tal-laboratorji oħra li twaqqfu? Jassigura l-kap tad-dipartiment tal-farmaċija li l-materjal ta' kimika u għal-preparazzjoni ta' formulazzjonijiet farmaċewtiċi li jintuża preżentament għall-prattiċi huwa materjal mhux skadut? Għaliex fit-tweġiba tiegħu l-kap tad-dipartiment tal-farmaċija l-ewwel jgħid li ried jagħmel ekonomija fis-sena akkademika 1999-2000 u mbagħad jitlob Lm 300,000 għan-nefqa fil-laboratorji fis-sena akkademika 2000-2001? X'inbidel minn sena għall-oħra? Fl-opinjoni tal-kap tad-dipartiment tal-farmaċija, practitioners jew pharmacy practitioners li qed joffru taħriġ lil-istudenti tal-farmaċija qed jiżguraw livell akkademiku ta' universita' b'reputazzjoni? Kif qed jiġi assigurat dan?

Response (GALEA, LOUIS)

Wara l-kwantita` kbira ta' Mistoqsijiet imwieġba fuq id-Dipartiment tal-Farmaċija ta' l-Universita` ta' Malta, joħroġ ċar li hemm membri ta' l-istaff ta' dan id-Dipartiment li jixtiequ jinqdew bil-Parlament għal skopijiet ulterjuri. Minħabba li l-interess tal-Mistoqsija huwa f'dan l-istadju suġġett dirett għall-iskrutinju ta' l-Universita`, jidhirli li hu aktar opportun nirreferi l-materja lir-Rettur ta' l-Universita`. Ma jkolli ebda diffikulta` li l-Onor. Membru jikkomunika mar-Rettur għar-rejazzjonijiet tiegħu.
Leg 9 PQ #23714 Sitting 506 2001-03-05 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Dipartiment tal-Farmaċija — Kamra ta' l-Ispiżjara

Question

B'riferenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari nru. 22805, jikkonferma l-kap tad-dipartiment tal-farmaċija li ma saret l-ebda taħdida formali mal-Kamra ta' l-Ispiżjara tul is-sena akkademika 1999-2000? Jikkonferma l-kap tal-dipartiment tal-farmaċija li m'għandu l-ebda dokumentazzjoni li jevidenza l-laqgħat informali u kordjali li saru mal-Kamra ta' l-Ispizjara fis-sena akkademika 1999-2000? Fl-opinjoni tal-kap tad-dipartiment tal-farmaċija x'inhu r-rwol tal-Kamra ta' l-Ispiżjara? Jikkonferma l-kap tad-dipartiment tal-farmaċija jekk din is-sena akkademika 1999-2000 ġewx diskussi jew deċiżi l-estenzjoni tal-kors tal-farmaċija għall-ħames snin u l-bidla tat-titlu tal-kors tal-farmaċija minn B.Pharm għall-M.Pharm? Fl-opinjoni tal-kap tad-dipartiment tal-farmaċija dawn it-tibdiliet jagħmlu impatt fuq min diġa' jippratika jew jirripreżenta l-professjoni? Għaliex l-Kamra ta' l-Ispiżjara ma ġietx ikkonsulata formalment fuq dawn il-bidliet? Jista' jispjega l-kap tad-dipartiment tal-farmaċija kif l-Kamra ta' l-Ispiżjara tista' toħroġ b'rakkomandazzjonijiet pożittivi u tanġibbli jekk ma ġietx ikkonsultata formalment?

Response (GALEA, LOUIS)

Nirreferi lill-Onor. Membru għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 23713.