Jista' l-Ministru jaġġornana dwar il-mistoqsija parlamentari numru 11651, u cioe' jgħid xi stħarriġ sar dwar din il-materja bejn il-perijodu mit-23 ta' Novembru, 1999 sal-lum? Tista' tgħid xi żviluppi kien hemm wara l-aħħar WTO meeting f'dan ir-rigward?
Response (BONNICI, JOSEF)
L-istharrig li qed jistaqsi dwaru l-Onorevoli Interpellant qed jigi ikoordinat mill-Ministeru ta` l-Agrikoltura u Sajd. Ghaldaqstant, ghal aktar dettalji, nissuggerixxi li l-mistoqsija tigi indirizzata lil dak il-Ministeru.
Il-laqghat ta` livell ministerjali ta` l-Organizazzjoni Dinjija tal-Kummerc (WTO) li nzammet gewwa Seattle f`Novembru li ghadda ma wassletx ghal ftehim globali dwar mizuri godda biex jitkattar il-kummerc fid-dinja. Madanakollu din il-laqgha kompliet issahhah il-pozizzjoni indikata fil-passat mill-Organizazzjoni, jigifieri li l-process ta` liberalizazzjoni globali ghandu jinkludi wkoll progressivament oqsma ohra barra dawk industrijali. F`dan il-kuntest l-Organizzazzjoni diga` qed tishaq li kull ftehim ghal zona ta` kummerc hieles ghandu jkopri mhux anqas minn disghin fil-mija tal-kummerc kollu attwali u ghalhekk bilfors li dan irid jinkludi wkoll element sostanzjali mill-kummerc fi prodotti agrikoli.
Peress li hemm bozza maqtugħa qrib Dar is-Sejjieħ, qabel in-niżla ta' l-Imtarfa, jista' l-Ministru jara li ssir il-manutenzjoni meħtieġa sabiex ma jkunx hemm aktar inkonvenjent għar-residenti?
Response (BONNICI, JOSEF)
Jiena nfurmat li l-manutenzjoni fuq il-bozza li ghaliha qed issir riferenza diga` saret.
Jista' l-Ministru jgħid jekk skond il-ftehim li se jintlaħaq dawk l-impjegati ta' l-Enemalta li għal snin sħaħ għamlu xogħol ta' segretarji mal-korporazzjoni, mingħajr ma ħadu l-allowances, dawn l-impjegati humiex se jieħdu l-allowances b'lura?
Response (BONNICI, JOSEF)
Mhux car ghal liema ftehim qed tirreferi l-Onorevoli Interpellant. Jiena nfurmat li l-uniku ftehim li l-Korporazzjoni Enemalta ghamlet fir-rigward ta` l-impjegati taghha huwa l-Ftehim Kollettiv li jikkoncerna l-iskali minn sebgha sa ghoxrin.
L-iskali li hemm bhalissa ma jinkludux xoghol specifiku relatat ma` dak ta` segretarju jew segretarja.
Jista' l-Ministru jgħid jekk hijiex verita' li bi sħubija ta' Malta fl-UE, il-Gvern Malti jkollu jneħħi l-liġi tal-protezzjoni ta' l-industrija lokali sabiex jaġġorna mas-sistema tat-TARIC tal-UE, filwaqt li bil-politika ta' kummerċ ħieles ma jkunx hemm bżonn ta' bidla f'dan is-sens?
Jista' l-Ministru jgħid x'inhuma l-vantaġġi għal pajjiżna meta wara li Malta ssir membru tal-UE jkollha tapplika l-Integrated Tariffs of the European Union Communities it-TARIC?
Response (BONNICI, JOSEF)
Il-kuncett ta` `Zona ta` Kummerc Hieles` illum intrabat mad-definizzjoni moghtija mill-Organizzazzjoni ghall-Kummerc Dinji. Din tispecifika li `Zona ta` Kummerc Hieles` ghandha tkopri mhux anqas minn disghin fil-mija tal-kummerc totali bejn il-pajjizi msiehba fiz-zona. Ghaldaqstant mhux aktar realistiku li wiehed jitkellem fuq `Zona ta` Kummerc Hieles` li tkopri biss il-prodotti industrijali. Illum din it-tip ta` zona trid bilfors tkopri ukoll oqsma ohra, bhalma huma s-servizzi kif ukoll partijiet sewwa mill-attivita` agrikola. Fuq dan il-punt l-Unjoni Ewropeja kienet cara hafna fil-komunikazzjonijiet li kellha ma` l-amministrazzjoni precedenti.
Ghalhekk f`dan il-kuntest mhux korrett li wiehed jahseb, kif jidher li qed jimplika l-Onorevoli Interpellant, li pajjizna jista` jghaddi ghal `Zona ta` Kummerc Hieles` ma` l-Unjoni Ewropeja minghajr ma jnehhi l-protezzjoni ta` l-industriji lokali.
Is-shubija fl-Unjoni Ewropeja timplika diversi bidliet ghal Malta, fosthom dik li naggornaw it-tariffi fuq il-prodotti li joriginaw minn barra l-Unjoni. Dawn il-bidliet ma nistghux inharsu lejhom bil-bicciet, izda rridu nharsu lejhom komplessivament. Il-qofol ta` kollox huwa li bhala membri ta` l-Unjoni Ewropeja insiru parti integrali mis-suq uniku Ewropew u mill-mekkanizmu li jiggwida lil dan is-suq. Min-naha l-ohra, jekk nibqghu barra ser nispiccaw zvantaggjati ferm fil-konfront ta` min ser ikun qed jikkompetilna minn gewwa.
B'riferenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 13932, dwar senior administrators fil-Maltapost, jista' l-Ministru jgħid jekk il-proċess ta' l-appelli tlestiex? Kemm-il wieħed intlaqa'? X'kienu r-raġunijiet prinċipali li saru l-appelli u ta' dawk li ntlaqgħu?
Meta se jingħataw il-ħatriet f'dan il-grad?
Response (BONNICI, JOSEF)
Jiena nfurmat li l-process ta` l-appelli dwar promozzjonijiet fil-grad ta` Senior Administrator fil-Maltapost tlesta. Irrizulta li l-process ta` l-ghazla sar sew u b`mod regolari u ebda wiehed mill-appelli li saru ma ntlaqa`.
Tajjeb jinghad li l-bicca l-kbira ta` l-appelli saru ghax il-kandidati hassew li kellhom jinhatru fil-grad ta` Senior Administrator peress li kien ilhom jahdmu mal-Posta ghal diversi snin.
Il-hatriet fil-grad ta` Senior Administrator saru fil-15 ta` Marzu ta` din is-sena.
Jista' l-Ministru jgħid x'inhu n-numru ta' ħaddiema f'kull korporazzjoni li huma kklassifikati bħala disabled?
Response (BONNICI, JOSEF)
In-numru ta` haddiema li huma kklassifikati bhala `disabled` fil-korporazzjonijiet li jiffurmaw parti mid-dekasteru tieghi jammonta ghal 31.
Dawn huma mqassmin kif gej:
Korporazzjoni ghall-Izvilupp ta` Malta 4
Korporazzjoni tal-Port Hieles 3
Korporazzjoni Enemalta 20
Korporazzjoni ghas-Servizzi ta` l-Ilma 4
Jista' l-Ministru jgħid kif titqabbel il-produttivita' fis-settur Malti tal-manifattura għall-esportazzjoni ma' dik ta' pajjiżi oħrajn Ewropej?
Response (BONNICI, JOSEF)
Il-fatt li wiehed qed jesporta huwa minnu nnifsu indikazzjoni ta` kompettitivita` fis-suq internazzjonali. Din principalment tiddependi mill-prezz li jrid jithallas ghall-mezzi ta` produzzjoni u mill-produzzjoni nnifisha.
F`certu oqsma, bhat-tessuti, il-lok ghal differenzi sinifikattivi fil-produzzjoni huma limitati. Ghalhekk f`oqsma bhal dawn il-fattur ewlieni li jiddetermina l-kompettivita` fis-suq internazzjonali huwa dak marbut mal-prezz tar-rizorsi li jintuzaw. F`qasam bhal dan il-kompettivita` ser tiddependi primarjament mill-livell ta` pagi mhallsa. Hawnhekk pajjizna jsib diffikulta` biex jikkompeti ma` pajjizi mil-Lvant ta` l-Ewropa peress li l-pagi f`dawk il-pajjizi huma pjuttost baxxi meta kkomparati ma` dawk imhallsa f`Malta.
B`kuntrast hemm oqsma, bhalma huwa dak ta` l-elettronika avanzata, fejn il-produttivita` hija l-fattur ewlieni. Din tiddependi kemm mill-investiment kapitali kif ukoll mill-kapacita` u t-tahrig tal-haddiema. Ghandna diversi indikazzjonijiet li f`oqsma bhal dawn il-produttivita` ta` esportazzjoni minn Malta hija wahda gholja u tikkompara sew ma` dik ta` pajjizi ohra Ewropej.
Jista' l-Ministru jordna sabiex pole tad-dawl li kien twaħħal proviżorjament f'kantuniera fi Triq San Ġużepp, Ħaż-Żebbuġ, jitneħħa ġaladarba ma baqgħalux użu u l-cables li hemm imwaħħlin miegħu jerġgħu jiġu re-instated mal-bini ġdid li issa tlesta minn kollox?
Response (BONNICI, JOSEF)
Is-suggeriment ta` l-Onorevoli Interpellant gie mghoddi lill-Korporazzjoni Enemalta ghall-kunsiderazzjoni taghha.
Jista' l-Ministru jikkonferma jekk il-persuna, li l-partikolaritajiet tagħha qed jintbagħtu separatament, hijiex se tieħu l-arretrati tal-ftehim kollettiv li sar mat-Tarzna tal-Malta?
Response (BONNICI, JOSEF)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li z-zieda li jiehdu l-pensjonanti tinhadem mid-Dipartiment tas-Sigurta` Socjali u ghalhekk din il-mistoqsija ghandha tigi riferita lill-Ministru li l-imsemmi dipartiment jifforma parti mid-dekasteru tieghu.
Jista' l-Ministru jgħid kemm swew l-uffiċini li saru għall-Kunsill għall-Affarijiet tal-Konsumatur? Jista' l-Ministru jagħti breakdown ta' l-ispejjeż? Għal-liema użu se jservu dawn l-uffiċini? Xi skopijiet hemm? Min se jservi fihom? Xi staff se jkun hemm? Mil-liema dipartiment se jittieħed l-istaff, jew se jiġi mpjegat personnel ġdid minn barra s-servizz pubbliku?
Response (BONNICI, JOSEF)
Sabiex jigi rrangat il-post li minnu ser jopera l-Kunsill ghall-Affarijiet tal-Konsumatur, intefaq l-ammont ta` Lm16,460. Dan l-ammont intefaq kif gej:
Lm12,050 thallsu lill-Kumpanija Kalaxlokk ghal xoghol ta` tiswijiet, alternazzjonijiet u manutenzjoni, Lm2,800 intefqu ghar-refurbishment u Lm1,610 ghal xiri ta` apparat ta` I.T.
Dan il-post ser iservi sabiex il-Kunsill ikun jista` jaqdi l-funzjoni li ghaliha twaqqaf skond l-Att dwar l-Affarijiet tal-Konsumatur. Fl-ufficcju tal-Kunsill hemm skrivana fuq bazi `full time`. Ic-Chairperson u l-membri tal-Kunsill jaghmlu uzu mill-ufficcju kull meta jkun hemm bzonn. L-iskrivana hija mpjegata tad-Dipartiment ghall-Affarijiet tal-Konsumatur u bdiet taghti s-servizzi taghha fl-ufficcju tal-Kunsill dan l-ahhar.
Jista' l-Ministru jara jekk tistax tiġi kkonsidrata li jiddaħħal il-main ta' l-ilma mill-WSC fl-arja magħrufa bħala Ta' Fġieni" new street in San Anton Street, Attard għaliex ir-residenti qegħdin bla ilma?
Response (BONNICI, JOSEF)
Is-suggeriment ta` l-Onorevoli Interpellant gie mghoddi lill-Korporazzjoni ghas-Servizzi ta` l-Ilma ghall-kunsiderazzjoni taghha.
Jista' l-Ministru jindaga l-każ li d-dettalji tiegħu qegħdin jintbagħtu separatament, peress li d-deċiżjoni dwaru qegħda iddum biex tittieħed?
Response (BONNICI, JOSEF)
Jiena nfurmat li l-kaz huwa dwar sid ta` pompa tal-petrol li jrid jixtri minghand il-Korporazzjoni Enemalta l-art li fuqha hija mibnija l-pompa. Il-Korporazzjoni kienet ghamlet offerta izda s-sid kien sabha gholja wisq.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hawn karozzi u vetturi oħra mikrija mill-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma?
Minn min jintużaw dawn il-vetturi?
Kemm hemm karozzi u vetturi oħra impressed ma' l-istess korporazzjoni?
X'inhu l-budget ta' transport costs għal din is-sena ta' din il-korporazzjoni?
Response (BONNICI, JOSEF)
L-informazzjoni mitluba qed tingabar u twegiba tinghata f`xi Seduta ohra.
Jista' l-Ministru jekk jogħġbu jara għaliex il-Maltacom ma tridx tonora sentenza maqtugħa kontriha fl-ismijiet "Mary Abela vs Maltacom" (deċiża 7/12/99 - Avviż Nru. CCT 163/99) mit-Tribunal tal-Konsumaturi, f'liema sentenza l-Maltacom ġiet mitluba tħallas is-somma ta' Lm300?
Response (BONNICI, JOSEF)
Ninsab infurmat li dan mhux kaz li l-Maltacom ma tridx tonora s-sentenza moghtija mit-Tribunal tal-Konsumaturi. Peress li l-Maltacom ma kinitx irceviet kopja ufficjali tas-sentenza, ufficjal taghha, fid-29 tax-xahar li ghadda, mar personalment fid-dipartiment jigbor kopja. Qed jittiehdu l-passi biex il-persuna msemmija tinghata l-hlas dovut lilha.
Jista' l-Ministru jordna li l-estensjoni tad-dawl f'Wied Qirda Ħaż-Żebbuġ lejn il-Kamra tan-nar ta' San Ġużepp, titwettaq minħabba ż-żmien twil li dan il-proċess ilu għaddej?
Response (BONNICI, JOSEF)
Jiena nfurmat li skond ir-rekords mizmuma mill-Korprazzjoni Enemalta ma jirrizultax li hemm xi applikazzjoni bix isir xoghol ta` elettriku f`Wied Qirda f`Haz-Zebbug.
Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li fi Triq Vjal il-Ħelsien, Ħaż-Żebbuġ (viċin St Lawrence Flats) hemm ħafna dawl baxx partikolarment filgħaxija? Tista' tiġi rimedjata mill-aktar fis possibbli?
Response (BONNICI, JOSEF)
L-ilment ta` l-Onorevoli Interpellant gie mghoddi lill-Korporazzjoni Enemalta sabiex jigi mistharreg u jekk ikun hemm htiega jittiehdu l-passi necessarji.
Jista' l-Ministru jikkonferma jew le l-għajdut illi l-Billing System tal-KSI se tiġi privatizzata u jekk iva, xi ħsebijiet hemm għall-ħaddiema li jaħdmu f'din is-sezzjoni?
Response (BONNICI, JOSEF)
Ghadu kmieni biex wiehed jitkellem dwar din il-materja.
Jista l-Ministru jgħid x'progress sar fuq il-proġett tat-telemetry fil-KSI (Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma)?
Jikkonferma li hemm xi problemi minħabba li t-tagħmir provdut mill-kuntrattur barrani ma laħaqx il-livelli stipulati fit-tender specifications?
X'passi se jittieħdu miċ-chief executive (CE) tal-KSI biex il-kuntrattur jirratifika nuqqasijiet (jekk hemm) sabiex it-tagħmir installat jagħti s-servizz tajjeb u fit-tul tal-KSI?
Jista' jkun li dan it-tagħmir li ġie jew se jiġi mogħti huwa inferjuri għat-teknoloġija ta' żmienna u dan se jkollu jiġi mibdul f'qasir żmien minħabba l-kwalita' ħażina tiegħu?
X'suppost qiegħed jingħata mis-CE lit-tekniċi tiegħu biex in-nuqqasijiet illi qegħdin jinnotaw jiġu ratifikati fil-ħin qabel ma jiġu l-awdituri?
Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li ħaddiema tal-Maltacom li kellhom evening courses l-Universita' approvati mill-management f'Ottubru, issa qed jintalbu 20% ta' l-ispejjeż?
Response (BONNICI, JOSEF)
Id-decizjoni li ttiehdet kienet wahda amministrattiva fejn il-management deherlu li l-persuna li tkun qed tattendi ghal kors universitarju ghandha hija wkoll tikkontribwixxi parti mill-ispejjez li l-bicca l-kbira taghhom xorta jithallsu mill-Kumpanija.
Tajjeb jinghad li din id-decizjoni tapplika biss ghal korsijiet li ma jkunux specifikament maghzula mill-Maltacom bhala ghotja ta` scholarship.