Jista’ l-Ministru jgħid min kienu l-persuni li appunta fuq bażi ta’ position of trust mid-9 ta’ Marzu 2013 sal-lum? F’kull każ jista’ jgħid:
a) L-isem tal-persuna appuntata?
b) Il-pożizzjoni li fiha l-persuna ġiet appuntata?
c) Id-data li fiha l-persuna ġiet appuntata?
d) Min għażel lill-persuna?
e) Il-kwalifiki akkademiċi tal-persuna?
f) X’inhuma s-salarju u l-benefiċċji kollha tal-persuna appuntata?
g) Min kien jokkupa l-pożizzjoni qabel, xi grad għandu llum u x’xogħol qed jagħmel illum
h) Jekk il-persuna li kienet tokkupa l-pożizzjoni qabel, kinetx ġiet appuntata fuq il-bażi ta’ position of trust jew wara sejħa għal applikazzjonijiet?
i) Jekk il-persuna li kienet tokkupa l-pożizzjoni qabel, ġietx imġiegħla tbiddel ix-xogħol tagħha jew inkella talbitx hi stess?
Response (FARRUGIA, GODFREY)
Ninforma lill-Onorevoli Membru li t-tweġiba għal din il-mistoqsija għadha qed tinġabar u tingħata f’xi seduta oħra.
Ministeru għas-Saħħa — reklamar u public relations
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa mill-Ministeru tiegħu, inkluż kull entità u dipartiment li hi jew hu fi ħdan dan il-Ministeru, fuq reklamar jew public relations mill-11 ta' Marzu 2013 'il hawn? F'liema media sar dan ir-reklamar u permezz ta' liema aġenzija jew kumpanija?
Response (FARRUGIA, GODFREY)
Ninsab infurmat li n-nefqa fuq reklamar u public relations matul ix-xhur Marzu, April u Mejju 2013 kienet ta’wieħed u erbgħajn elf, disa u disgħajn ewro u tnejn u sittien ċenteżmu (€41,099.62). Ma dawn kien hemm ukoll nefqa ta’ Stg.ta’erba mija seba u tmenien ewro (€487.50).
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella bl-informazzjoni mitluba.
Jista' l-Ministru jgħid mill-10 ta’ Marzu 2013 sal-lum, kemm-il persuna maħtura mill-Ministeru għas-Saħħa f’kariga uffiċjali jew bord, offriet ir-riżenja tagħha? Min kienu dawn il-persuni? X’kienet ir-raġuni wara r-riżenja tagħhom? Min inħatar minflokhom?
Response (FARRUGIA, GODFREY)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li mill-10 ta’ Marzu 2013 sal-lum irriżenjaw 54 persuna mill-kariga tagħhom, u dawn kienu fil-gradi ta’: Basic Specialist Trainee, Casual Substitute Clerk, Dental Surgery Assistant, Director Nursing and Midwifery Services, Economics Officer, General Practitioner, House Dental Surgeon, House Officer, Medical Administrator, Medical Director, Medical Laboratory Scientist, Occupational Therapist, Officer in Scale 8, Officer in Scale 12, Pharmacist, Pharmacy Technician, Principal Speech Therapist, Radiographer, Resident Specialist, Senior Physiotherapist u Staff Nurse.
Ma tinżammx informazzjoni dwar ir-raġuni għalxiex impjegati jirriżenjaw.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk hux qed jiġi kkunsidrat li jiġi introdott il-vaċċin tal-influwenza li jingħata via l-imnieħer minflokk titqiba (speċjalment għat-tfal)?
Response (FARRUGIA, GODFREY)
Ninsab infurmat li l-għażla li it-tilqima kontra l-influwenza li tingħata mill-Ministeru għas-Saħħa tkun dik li tingħata b’injection ittieħdet fuq bażi kemm klinika klif ukoll loġistika. Filwaqt li t-tilqima li tingħat bil-labra hija addattata għal kull eta u kundizzjoni klinika, mhux l-istess jista’ jingħad għal dik li tingħata mill-imnieħer. It–tilqima li-tingħata f’forma ta spray fl-imnieħer tista’ tingħata biss lil etajiet ta’ bejn sentejn u 49 sena u ma tistax tingħata lil nies b’kundizzjonijiet mediċi bħal ażma, u nisa tqal u allura mhix addatata għall-maġġoranża tal-popolazzjoni li il-Ministeru jindirizza il-kampanja ta’tilqim lejha.
Senior Environmental Health Practitioners u Senior Environment Health Officers — appointments
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x' sar mill-post ta' senior environmental health practitioners u senior environmental health officers peress li dawn kienu parti minn collective agreement fejn kulħadd jitla’ grad? Meta se joħorġu dawn l-appointments peress li huma kellhom jimlew applikazzjoni, ġiet vetted, ir-riżultati ħarġu fit-18 ta' Lulju 2013 iżda l-appointments għadhom ma ħarġux?
Response (FARRUGIA, GODFREY)
Ninsab infurmat illi qed isir ix-xogħol neċessarju sabiex il-Kummissjoni għas-Servizz Pubbliku tkun tista’ tapprova l-ħatriet tan-nies li kienu eliġibbli u għaddew għal dawn is-sejħiet. Qed issir ukoll talba sabiex dawn il-ħatriet ikunu backdated għad-data tar-riżultat.
Environment Health Practitioners – ftehim kollettiv
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x' sar minn grupp ta' impjegati li kienu assistant principal health inspector u li bil-portfolio (bil-ftehim kollettiv) dawn telgħu skala minn 9 għal 8? Peress li dawn ġew amalgamati ma ta' taħthom, suppost kellha toħroġ call for application f' Ġunju biex isiru environmental health practitioners? Meta ħierġa din il-call for application?
Response (FARRUGIA, GODFREY)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li qed isir ix-xogħol neċessarju sabiex il-Kummissjoni għas-Servizz Pubbliku tkun tista’ tapprova l-ħatriet tan-nies li kienu eliġibbli u għaddew għal dawn is-sejħiet. Qed issir ukoll talba sabiex dawn il-ħatriet ikunu backdated għad-data tar-riżultat. Rigward is-sejħa għall-applikazzjonijiet għal Environmental Health Practitioner, din tinħareġ hekk kif jiġu approvati l-ħatriet mir-riżultati ppublikati f’Lulju.
B’referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 4203, jista’ l-Ministru jgħid kemm se jiġu impjegati professjonisti ġodda fil-qasam mediku, kategorija b’kategorija, fis-sitt xhur li ġejjin?
Response (FARRUGIA, GODFREY)
Ninsab infurmat illi l-ingaġġ ta’ professjonisti fil-qasam mediku jsir skont l-esiġenzi tas-Servizz Pubbliku, kif miftiehem mal-Ministeru tal-Finanzi, u l-Public Administration HR Office fi ħdan l-Uffiċċju tal-Prim Ministru.
Interventi u operazzjonijiet – Maximum waiting time
Question
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 4204, minħabba li l-Crossborder Directive se tidħol fis-seħħ din il-ġimgħa, jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni kollha marbuta mal-maximum waiting time għall-interventi/operazzjonijiet?
Response (FARRUGIA, GODFREY)
Ninsab infurmat li rigward id-Direttiva dwar l-Applikazzjoni tad-Drittijiet tal-Pazjent fil-Kura tas-Saħħa Transkonfinali, anzi din tiddefinixxi l-limitu ta` żmien li huwa medikament ġustifikabbli, bħala dak ibbażat fuq valutazzjoni medika oġġettiva tal-kundizzjoni medika tal-pazjent, l-istorja u l-iżvolġiment probabbli tal-marda tal-pazjent, il-grad tal-uġigħ tal-pazjent u/jew in-natura tad-diżabilità tal-pazjent fiż-żmien meta tkun it-talba għall-kura. Infatti minkejja dan bħalissa għadddeja ħidma biex titwettaq il-weghda elettorali numru 12 u l-Gvern impenjat biex jiżgura li l-pazjenti jinqdew fi żmien xieraq.
Primary Health Care — Kap Eżekuttiv – performance appraisals
Question
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 4207, jista’ l-Ministru jikkonferma jekk l-ex Kap Eżekuttiv li ssir referenza għalih fit-tweġiba żammx l-istess kundizzjonijiet ta’ xogħol u jgħid x’inhuma s-salarju u l-benefiċċji kollha li għandu llum?
Response (FARRUGIA, GODFREY)
Ninsab infurmat li l-pakkett finanzjarju huwa salarju bażiku ta’ €55,000; vettura fully expensed u fuel; allowance ta’ professional membership sa massimu ta’ €466 fis-sena (mhux kumulattiv); allowance ta’ continuous development sa massimu ta’ €971 fis-sena (mhux kumulattiv); u sa massimu ta’ 10% performance bonus fis-sena.
Ministeru għas-Saħħa – kodiċi ta’ etika tal-ħaddiema
Question
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 4206, jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta’ kull kodiċi ta’ etika li japplika għall-ħaddiema fid-dekasteru tiegħu? Jista’ jikkonferma li ma jeżisti l-ebda kodiċi ta’ etika u/jew imġiba professjonali u/jew dokument intiż biex iservi għal għanijiet simili fis-settur tas-saħħa kollu?
Response (FARRUGIA, GODFREY)
Ninsab infurmat li l-Kodiċi ta’ Etika li hemm fl-Ewwel Skeda tal-Att dwar l-Amministrazzjoni Pubblika japplika għall-impjegati pubbliċi kollha. Impjegat pubbliku tinkludi inter alia uffiċjali pubbliċi u impjegati ta’ aġenziji tal-Gvern u entitajiet tal-Gvern. Madankollu minħabba eżiġenżi tal-Professjonijiet Medikali taħt dan id-dekasteru, l-Artiklu 26 tal-Att dwar il-Professjonijiet tas-Saħħa joħloq "l-Kunsill tal-Professjonijiet Komplimentari għall-Mediċina." Wieħed mill-funżjonijiet tiegħu huwa li jżomm standards professjonali u etiċi dwar il-professjonijiet komplimentari għall-mediċina. Dawn l-professjonijiet komplimentari huma dawk imsemmija taħt it-tielet skeda ta’ dan l-Att.
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra koppja tal-kodiċi tal-istandards professjonali u etiċi dwar il-professjonijiet komplimentari għall-mediċina u koppja tal-ewwel Skeda tal-Att dwar l-Amministrazzjoni Pubblika.
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 4177, jista’ l-Ministru jgħid jekk il-konsulenti li ssir referenza għalihom fit-tabella annessa humiex kollha mħallsa minn fondi pubbliċi? Jekk iva, jista’ jgħid għal liema raġuni l-ismijiet tal-istess konsulenti mhumiex ippubblikati?
Response (FARRUGIA, GODFREY)
Ninforma lill-Onor. Membru li t-tweġiba għal din il-mistoqsija għadha qed tinġabar u tingħata f’xi seduta oħra.
B’referenza għat-tabella annessa mat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 4177, jista’ l-Ministru jagħti l-isem ta’ kull konsulent li jikkorrispondi mal-ittra/i indikat fl-ewwel kolonna tal-imsemmija tabella u jgħid ukoll in-numru totali ta’ sigħat li kull wieħed minn dawn il-konsulenti ħadem fl-imsemmi perijodu?
Response (FARRUGIA, GODFREY)
Ninforma lill-Onor. Membru li t-tweġiba għal din il-mistoqsija għadha qed tinġabar u tingħata f’xi seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jgħid teżistix end-of-life protocol għal pazjenti li għandhom mard terminali?
Response (FARRUGIA, GODFREY)
Ninsab infurmat li ma jeżisti ebda ‘End of life Protocol’ għal pazjenti li għandhom mard terminali.
Dawn il-pazjenti u qrabathom jingħataw l-għajnuna kollha speċjalment dik li hija l
-palliative care
ġewwa l-Isptar Boffa.
Hu l-ħsieb li quddiem dan jibda jseħħ fiċ-ċentru l-ġdid.
Problema ta’ obeżità – ħidma dwar nutrizzjoni fl-iskejjel
Question
Peress li f’Malta u f’Għawdex għandna problema ta’ obeżità, jista’ l-Ministru jgħid jekk jeżistux servizzi professjonali ta’ nutrizzjoni fl-iskejjel? Jista’ jgħid jekk hemmx pjanijiet dwar tagħrif dwar in-nutrizzjoni fl-iskejjel u jekk jeżistux lezzjonijiet fin-nutrizzjoni għall-istudenti kollha?
Response (FARRUGIA, GODFREY)
Ninforma lill-Onor. Membru biex jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru tal-Edukazzjoni.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk jeżistix mental health screening fl-iskejjel? Jekk le, hemm il-ħsieb li jiġi introdott?
Response (FARRUGIA, GODFREY)
Ninsab infurmat li is-Servizzi tas-Saħħa Mentali jikollaboraw kontinwament mad-Diviżjoni tal-Edukazzjoni biex meta jkun hemm tfal identifikatti li għandhom bżonn għajnuna fuq problem ta’ saħħa mentali dawn jiġu indirizzati malajr kemm jista' jkun.
Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 961 u jgħid jekk hemmx pjanijiet sabiex tiddaħħal xi forma ta' sistema ta' reimbursement għas-sistema tal-għoti ta' mediċini mis-sistema nazzjonali tas-saħħa, inkluż mis-sistema tal-Iskema tal-Ispiżerija tal-Għażla Tiegħek? X`konsultazzjonijiet beħsiebhom isiru mal-imsieħba soċjali involuti f`dan il-qasam? Min se jiġi kkonsultat?
Response (FARRUGIA, GODFREY)
Ninsab infurmat li filwaqt titkompla titħaddam il-politika tal-Gvern sabiex is-servizzi tas-saħħa jibqgħu b’xejn għal kullħadd, il-bieraħ fil-qari tal-Budget ġie mħabbar li l-Ministeru tas-Saħħa se jniedi numru ta’ White Papers bil-għan li jissaħħu s-sistemi preżenti. Il-White Papers huma miftuħin għal kullħadd u għadaqstant kullħadd huwa mistieden biex jikkontribwixxi.
Foundation for Medical Services — Management accounts
Question
B’referenza għall-mistoqsijiet parlamentari 4156, 4166 u 4168 u b’referenza għall-management accounts li tpoġġew fuq il-Mejda tal-Kamra, jista’ l-Ministru jerġa jpoġġi dawn l-istess accounts u fihom jinkludi ċ-ċifri komparattivi għall-istess perijodu fis-sena ta’ qabel?
Response (FARRUGIA, GODFREY)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-mistoqsija parlamentari 4156 ma’ tappartjieni l-ebda management accounts.
Filwaqt li l-
management accounts
tal-mistoqsijiet parlamentari 4166 u 4168 jinsabu annessi.