Jista' il-Ministru jgħid meta se titwessa' u titranġa l-parti ta' Triq Valletta f'Ħal Qormi (biswit Zammit Nurseries Ltd.) li tibqa' sejra sa fuq Tal-Blat Housing Estate? Kien hemm xi każ ta' esproprjazzjoni dwar din it-triq sabiex tiġi rranġata skond il-linja proposta skond l-iskemi temporanji ta' l-iżvilupp?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Jien informat illi sa llum ma kien hemm l-ebda talba ta' esproprjazzjoni f'din it-triq. L-awtorita' dwar it-trasport mistennija tibgħat perit sabiex jispezzjona t-triq imsemmija mill-Onor. Interpellant u jara x'inhu l-aħjar li jsir.
Jekk jirriżulta li hemm bżonn isir xi xogħol, dan ikun jista' isir iktar 'il quddiem skond il-prioritajiet tad-direttorat.
Jista' il-Ministru jgħid jekk hemmx ippjanat li fi Triq Ħal Qormi, f'Ħal Luqa jiġu stallati pelican lights (ħdejn l-entratura tal-WSC fl-inħawi ta' Ħal Farruġ) sabiex il-familji li jgħixu f'Ħal Farruġ ikunu jistgħu jaqsmu din it-triq?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Jien informat illi x-xogħol ta' stallazzjoni tal-pelican lights imsemmi mill-Onor. Interpellant huwa maħsub li jsir bħala parti mill-proġett finanzjat mill-fondi tal-Protokoll Taljan.
Jista' il-Ministru jgħid meta se tiġi asfaltata mill-Gvern Ċentrali St. George's Road, San Ġiljan minħabba l-kondizzjoni ħażina li tinsab fiha?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Ninsab informat illi Triq San Ġorġ hija triq asfaltata u tinsab f'kondizzjoni tajba, għalhekk nitlob lill-Onor. Interpellant biex jivverifika l-isem tat-triq li għaliha qed jagħmel il-mistoqsija parlamentari.
Ministeru għall-Iżvilupp Urban u t-Toroq — Ħlas pendenti lill-kuntratturi
Question
Jista' il-Ministru jgħid kemm għandu jagħti flus f'xogħol li għamlu l-kuntratturi u li għadhom ma tħallsux u kemm tammonta l-ispiża għal kull kuntrattur sal-lum?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Nitlob lill-Onor. Membru jkun aktar speċifiku u jiċċara għal liema tip ta' kuntratturi qed jirreferi.
Ministeru għall-Iżvilupp Urban u t-Toroq — biljetti ta' l-ajru
Question
Jista' il-Ministru jgħid liema huma dawk id-dipartimenti, kumpanniji, awtoritajiet u korporazzjonijiet li f'dawn l-aħħar ħames snin għamlu użu jew għadhom jagħmlu użu mis-servizzi tal-kumpannija li isimha qed jintbagħat separatament? F'kull każ, kemm kien l-ammont totali involut u jekk intalbux kwotazzjonijiet mingħand aġenti oħra? Jekk intalbu kwotazzjonijiet, liema kienu l-aġenti l-oħra li mingħandhom intalbu l-kwotazzjonijiet?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Infurmat li l-Awtorita' dwar it-trasport għamlet użu mis-ervizzi tal-kumpanija imsemmija kif indikat.
Sena finanzjarja 2002/2003 - nefqa totali Lm2,469 li jkopru l-ispejjeż tal-biljetti. L-ammonti totali ta' spejjeż konnessi kien ta' Lm28,180.
Sena finanzjarja 2003/2004 - nefqa totali Lm11,957 li jkopru l-ispejjeż tal-biljetti. L-ammonti totali ta' spejjeż konnessi kien ta' Lm38,486.
Sena finanzjarja tagħlaq f'Settembru, 2004.
Dwar l-aħħar parti tal-mistoqsija naħseb li la jkun prudenti u lanqas prattiku li nipprovdi l-ismijiet kollha ta' dawk l-aġenziji/kumpaniji li minn għandhom jintalbu kwotazjonijiet f'dawn l-aħħar ħames snin.
Jista' il-Ministru jikkonferma meta se jiġu rranġati l-bankini fil-parti t'isfel ta' Triq l-Imdina (minn Wied iċ-Ċawsli sa fejn ir-roundabout tal-fjuri) li tħallew fi stat diżastruż minkejja l-proġett ta' Triq l-Imdina? Hemm xi ħsieb li dawn jiġu rranġati waqt li qed issir it-tieni fażi tal-proġett f'din it-triq?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Ninsab infurmat li x-xogħol imsemmi mill-Onor. Interpellant ser jiġi nkluż max-xogħol ta' manutenzjoni li jsir mid-direttorat tat-toroq, sabiex dan ikun jista' jsir aktar il-quddiem skond il-prijoritatjiet tad-Direttorat.
Jista' il-Ministru jgħid għaliex il-pelican lights proposti u approvati mill-awtorita' dwar it-trasport fi Triq Ħal Qormi (ħdejn il-Maltapost) aktar minn sena ilu, għadhom ma sarux f'din it-triq?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Ninsab infurmat li x-xogħol ta' installazzjoni ta' l-imsemmija pelican crossing qijed inkluż fil-programm tax-xogħlijiet li għandu d-Direttorat tat-toroq u mistennija tiġi nstallata fix xhur li ġejjin.
Jista' il-Ministru jgħid għaliex is-subway li hemm biswit il-mini ta' Sta. Venera li tagħti minn Triq il-Bajjada, Qormi għal Triq is-Sebħ mhix titnaddaf regolarment u tingħata l-manutenzjoni meħtieġa kif suppost?
Jista' jikkonferma liema dipartiment hu responsabbli għal dawn ix-xogħlijiet?
Tista' tittieħed xi inizjattiva biex din is-subway tkun aċċessibbli għal persuni b'diżabilita'?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Fir-rigward ta' l-ewwel u t-tieni parti tal-mistoqsija nirreferi lilll-Onor. Interpellant għar-risposta mogħtija għal-mistoqsija parlamentari numru 4951. Fir-rigward tat-tielet parti tal-mistoqsija, ninsab infurmat li l-Awtorita' dwar it-Trasport ser tibgħat perit sabiex jispezzjona l-imsemmija subway sabiex tara x'l-aħjar li jsir.
Persuni impjegati fis-Segretarjat — Ministeru għall-Iżvilupp Urban u t-Toroq
Question
Jista' il-Ministru jgħid min huma l-persuni fis-segretarjat privat tiegħu, liema huma b'kuntratt jew sekondati minn xi dipartiment jew aġenzija tal-Gvern u x'inhu r-rwol ta' kull wieħed minnhom?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Hector Chetcuti
Malta Transport Authority
Private Secretary
Rose Curmi
Department of Education
Private Secretary
Malcolm Borg
MEPA
Policy Co-Ordinating Officer
John Camilleri
Department of Education
Secretariat Officer
Kevin Farrugia
Water Services Corporation
Secretariat Officer
Joan Gabriele
Health Division
Secretariat Pool
Monica Mizzi
MIMCOL
Secretariat Officer
Mary Muscat
Department of Education
Secretariat Pool
Raphael Orsini
Private Sector
Secretariat Officer
Darrell Pace
Consumer and Competition Division
Communications Co-ordinating Officer
Vince Micallef Pule
VAT Department
Asst Private Secretary
Joseph Borda
Minister for Tourism and Culture.
Secretariat Officer
Godric Marston
Youth Department
Secretriat Pool
Amanda Jones
Department of Education
Secretariat Messenger
Alex Formosa
Private Sector
Security/Driver
Sandra Caruana
Private Sector
Security/Driver
Michael Farrugia
MCAST
Secretariat Messanger
Carmelo Bellia
Maltacom
Secretariat Messanger
Jista' il-Ministru jinformana hemmx il-ħsieb li Triq Mdina li twassal għar-Rabat tiġi mogħtija wiċċ ġdid bit-tarmac minħabba li gandotti li kienu ġew imqattgħin minn naħa għall-oħra tat-triq bejn l-1997 u l-1998 ikkaġunaw ħsara lill-istess triq?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Ninsab informat illi t-triq imsemmija ġiet inkluża fil-programm ta' kostruzzjoni ta' toroq li qed isiru mid-direttorat, u x-xogħol isir aktar 'il quddiem skond il-prioritajiet li jkollu quddiemu d-direttorat.
Tas-Sliema — Triq Sir L. Camilleri/trejqet Victori a- parkeġġ
Question
Ġaladarba l-awtorita' dwar it-trasport tagħti istruzzjonijiet lill-kunsilli lokali, fosthom dak ta' Tas-Sliema dwar parking fuq il-bankini, tista' l-awtorita' allura tikkonsidra il-parkeġġ fi Triq Sir L. Camilleri u trejqet Victoria f'Tas-Sliema bl-istess mod kif ġew kkonsidrati toroq oħra simili f'Tas-Sliema? F'dawn iż-żewġ toroq speċifiċi, il-kunsill ta' Tas-Sliema talab lill-awtorita' dwar it-trasport biex jikkonsidrahom bl-istess lenti.
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Minn riċerka li saret fir-records tad-direttorat għall-immaniġjar tat-traffiku irriżulta li ġo Tas-Sliema qatt ma nħareġ l-ebda permess għall-ipparkjar tal-vetturi fuq il-bankina.
Dawn il-permessi ma jinħarġux mid-direttorat għall-immaniġjar tat-traffiku minħabba l-periklu li jista' jinħoloq għall-pedestrians.
Public transport directorate — Trasferiment ta' bus stop
Question
B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 6405, jista' il-Ministru jara jekk sarx xi progress għat-talba f'isem numru ta' residenti li saret permezz ta' ittra mibgħuta minni lill-public transport directorate bin-numru tar-referenza li qed jintbagħat separatament, u dan sabiex jitressaq bus stage minn post għall-ieħor?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Jien informat li wara li saret żjara fuq il-post irriżulta li jekk jiġi rilokat il-bus stage imsemi, il-passiġġier ikollu jimxi distanza kosiderevolment twila ta' madwar 300 metru.
Ta' Qali — Asfaltar ta' triq li tagħti għal hamlet tal-Ħemsija
Question
Jista' il-Ministru jara li t-triq li tagħti mill-villaġġ tas-snajja' f'Ta' Qali għal hamlet tal-Ħemsija u li tibqa' sejra sat-triq arterjali ta' taħt ir-Rabat tiġi rranġata peress li tinstab fi stat ħażin ħafna u ta' inkonvenjent kbir għar-residenti?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
M'għandi xejn xi nżid mar-risposta mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 5973.
Jista' il-Ministru jgħid x'se jsir mid-draft agreements imnedija mill-awtorita' dwar it-trasport li hemm pendenti ma numru ta' kunsilli lokali dwar toroq li għadhom mhux asfaltati fil-lokalita' tagħhom? Jista' jikkonferma jekk kienx hemm xi bidla fil-policy minn naħa tal-gvern wara l-ħatra tiegħu bħala ministru tat-toroq?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għar-risposta mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 3855.
Madanakollu, jien informat illi fil-preżent m'hemmx il-ħsieb li jsiru aktar kuntratti għal din is-sena.
Jista' il-Ministru jikkonferma meta se jiġi ffirmat id-draft agreement ippreparat mill-awtorita' dwar it-trasport flimkien mal-kunsill lokali ta' Ħal Qormi dwar dawn it-toroq: Triq il-Kaċċatur, Triq l-Armal, Triq Santa Katerina, Sqaq iz-Zenqa, Triq Bertu Hyzler u Triq ir-Ragħaj li ilu biex jiġi ffirmat minn Jannar 2004?
Jekk il-Ministru m'għandux il-ħsieb li jiffirma dan il-ftehim, jista' jagħti l-konferma tiegħu meta dawn it-toroq se jitlestew minn naħa tad-Direttorat tat-Toroq?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Filwaqt li nirreferi lill-Onor. Interpellant għar-risposta ta' mistoqsija parlamentari 6611, fir-rigward ta' toroq fil-lokalita' ninsab informat illi dawn qegħdin inklużi fil-programm ta' kostruzzjoni ta' toroq li qed isiru mid-direttorat u x-xogħol fihom isir aktar 'il quddiem skond il-prioritajiet li jkollu quddiemu d-direttorat.