Ċentri tar-Riżorsi għall-Familja – Politika Strateġika Nazzjonali għall-Anzjanità Attiva
Question
Tista’ l-Ministru tgħid kif u b’liema mod iċ-Ċentri tar-Riżorsi għall-Familja se jkunu qed jgħinu biex jintlaħqu l-għanijiet tal-Politika Strateġika Nazzjonali għal Anzjanità Attiva?
Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)
Tweġiba għal din il-mistoqsija Parlamentari se tingħata f’seduta oħra.
Ministeru għall-Familja u Solidarjetà Soċjali — lista ta' direct orders
Question
Tista’ l-Ministru tagħti, sena b’sena, lista kollha ta’ direct ordersli ngħataw mill-Ministeru, inkluż mill-aġenziji, awtoritajiet, fondazzjonijiet, kumpaniji u/jew korporazzjonijiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tagħha, minn Settembru 1998 sat-8 ta’ Marzu 2013?
Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)
Tweġiba għal din il-mistoqsija parlamentari se tingħata f'seduta oħra.
Tista’ l-Ministru tara li tiġi kkuntatjata l-persuna li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament sabiex imur għandha l-perit tal-Awtorità tad-Djar għaliex allegatament qed issir ħsara strutturali fil-post tagħha minħabba attività ta’ terzi li joqogħdu f’appartament fuq tagħha?
Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-postijiet inkwestjoni huma tal-Privat u għalhekk m’hijiex policy tal-Awtorità tad-Djar li tibgħat periti tagħha sabiex jispezzjonaw proprjetà privata.
Tista’ l-Ministru tgħid sa meta se jkunu qed joperaw iċ-Ċentri tar-Riżorsi għall-Familja ppjanati? Tista’ tagħti rendikont sena b’sena liema ċentri se jkunu qed jiftħu?
Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li t-tnedija taċ-Ċentri tar-Riżorsi tal-Familja u ċ-ċentri ta’ Żvilupp Soċjali huma parti mill-proġett Leap . F'dan il-mument huma għaddejin in-negozjati finali ma’ l-awtorità amministrattiva tal-Fond soċjali Ewropew sabiex tkun tista’ titqiegħed fis-seħħ l-istruttura neċessarja sabiex il-proġett jibda jopera totalment. Ir-reklutaġġ tan-nies li se jaħdmu fi’ ħdan il-proġett se jibda dalwaqt u huwa mistenni sa l-aħħar ta’ Marzu ikollna l-istruttura kompleta. Wara dan il-pass iċ-Ċentri għal-Iżvilupp Soċjali se jibdew jiġu stabbilit, fejn l-ewwel prijorità huma r-reġjuni ta’ tramuntana u nofsinhar li jmissu mal-port, kif ukoll ir-reġjun tat-tramuntana; t-tieni prijorità se jkunu r-reġjuni ta’ Għawdex u r-reġjun tal-Punent u finalment ir-reġjun tax-Xlokk . Iċ-ċentri tar-Riżorsi tal-Familji se jiġu stabbiliti fit-tieni fażi ta’ żvilupp skont il-pjanijiet ta' azzjoni li se jiġu definiti mis-sħubijiet li se jiffurmaw ċ-Ċentri għall-IŻvilupp Soċjali . Il-Pjan finali huwa mistenni li jkun finalizzat fl-aħħar tas-sena kurrenti .
Ċentri tar-Riżorsi tal-Familja – fondi għat-twaqqif
Question
Tista’ l-Ministru tgħid kemm qed jiġi allokat fondi għat-twaqqif taċ-Ċentri tar-Riżorsi tal-Familja? Kemm minn dawn il-fondi huma fondi Ewropej?
Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-għan tal-proġett huwa li jintużaw ir-riżorsi li diġa qegħdin preżenti fil-lokalitajiet differenti u għalhekk m’huma ħa jintefqu l-ebda fondi f’dan ir-rigward.
Tista' l-Ministru tgħid liema huma u kemm se jiġu impjegati ħaddiema professjonali sabiex joperaw is-servizz taċ-Ċentri tar-Riżorsi għall-Familja ?
Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-ewwel prijorità huma ċ-Ċentri għall-Iżvilupp Soċjali fejn se jkun hemm tim ċentrali ta' tliet persuni: Uffiċjal għall-Iżvilupp Komunitarju u żewġ esperti tekniċi relatati mal-kompetenzi dwar xogħol soċjali. Iċ-Ċentri tar-riżorsi tal-Familja se jkun tim transdixxiplinarju li se jinkludi l- professjonisti meħtieġa biex ikopru l-bżonnijiet meħtieġa . Huwa mistenni li l-ħidma ta’ dawn iċ-ċentri se tkun prinċipalment koperta minn ‘public social partnerships’ ( ftehim ma' NGOs jew istituzzjonijiet oħra ta' solidarjetà soċjali) jew sħubijiet pubbliċi ma’ Ministeri oħra.
Tista' l-Ministru tqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopji tar-rapporti, studji, pjanijiet u strateġiji jew dokumenti oħra li għandhom x'jaqsmu mat-twaqqif taċ-Ċentri tar-Riżorsi għall-Familja?
Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Ċentri tar-Riżorsi għall-Familja – Public Social Partnerships
Question
Tista’ l-Ministru tgħid x’mudell ta’ Public-Social Partnership se jkunu qed joperaw iċ-Ċentri tar-Riżorsi għall-Familja? Liema servizzi se jingħataw permezz ta’ dan il-Public-Social Partnership?
Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-mudell tas-sħubija pubblika-soċjali li se tintuża se tkun mudell Malti. Dan ifisser li wara l-analiżi li saret ta’ mudelli differenti u esperjenzi rispettivi, ġie żviluppat mudell Malti. Is-servizzi pprovduti miċ-Ċentri għal-riżorsi tal-Familja se jkunu diversi u b'konformità mal-bżonnijiet tal-komunita.
Tista’ l-Ministru tgħid kemm ġie jiswa l-kalendarju għas-sena 2014 bit-tema tal-povertà li ġie kkummissjonat mill-Ministeru tagħha? Tista’ tgħid min stampa dan il-kalendarju u min kien responsabbli minnu? Jekk dan ix-xogħol sarx b’sejħa għall-offerti, sejħa ta’ kwotazzjonijiet jew direct order? Tista’ tgħid jekk dan ix-xogħol tħallasx kollu? Taf il-Ministru li hemm żball fid-dati għax-xahar ta’ Jannar 2014?
Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Kalendarju ġie jiswa €3603 u ġie stampat mill-“5 Star Printing and Design” wara sejħa ta’ kwotazzjonijiet. Konxja mill-iżball iżda ġie deċiż li ma jergax jiġi stampat biex nevitaw spejjeż addiżjonali.
Ministeru għall-Familja u Solidarjetà Soċjali — skemi ta' rtirar kmieni
Question
Tista’ l-Ministru tgħid jekk fis-Segretarjat privat tagħha, fil-Ministeru, dipartiment u l-entitajiet kollha li jaqgħu taħtha hemmx persuni impjegati li bbenefikaw minn skemi ta’ rtirar kmieni jew skemi oħra simili mnedija mill-Air Malta?
Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ma għandniex persuni impjegati li bbenefikaw minn skemi ta’ rtirar kmieni jew skemi oħra simili mnedija mill-Air Malta.
Tista' l-Ministru tagħti informazzjoni dwar il-viżjoni tagħha għat-twaqqif taċ-Ċentri tar-Riżorsi għall-Familja u kif dawn se jkunu differenti miċ-Ċentri Aċċess?
Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)
Tweġiba għal din il-mistoqsija Parlamentari se tingħata f'seduta oħra.
Tista’ l-Ministru tgħid liema huma dawk is-servizzi li sal-lum mhux jingħataw fil-pajjiż u se jibdew jingħataw għall-ewwel darba miċ-Ċentri tar-Riżorsi għall-Familja?
Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)
Tweġiba għal din il-mistoqsija Parlamentari se tingħata f’seduta oħra.
Tista’ l-Ministru tgħid liema huma dawk is-servizzi li sal-lum mhumiex aċċessibbli fil-komunitajiet u issa se jibdew jingħataw għall-ewwel darba miċ-Ċentri tar-Riżorsi għall-Familja?
Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)
Tweġiba għal din il-mistoqsija Parlamentari se tingħata f’seduta oħra.
Tista' l-Ministru tgħid kemm huwa maħsub li jkun hawn Ċentri tar-Riżorsi għall-Familja madwar Malta u Għawdex? Kemm se tkun iż-żieda fin-numru ta’ Ċentri tar-Riżorsi għall-Familja meta mqabbel man-numru ta’ Ċentri Aċċess?
Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)
Tweġiba għal din il-mistoqsija Parlamentari se tingħata f’seduta oħra.
Tista’ l-Ministru tgħid kemm hemm każijiet pendenti fil-Victim Support Malta? Kemm hemm każijiet qed jistennew li jingħataw għajnuna professjonali mill-avukat ta’ din l-għaqda? Kemm-il siegħa fil-ġimgħa qed jaħdem dan l-avukat? X’għandu wieħed jagħmel biex jingħata servizz mill-Victim Support Malta?
Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)
Ninfoma lill-Onor. Interpellant l-Victim Support Malta hija għaqda mhux governattivi li toffri informazzjoni u appogg lill-vittmi tal-kriminalita'. L-iStat jixtri parti mis-servizz li toffri l-Victim Support Malta permezz ta' fondi mill-VO fund.
Bhalissa il-Victim Support Malta ghandha 14
active files
. M'hemm l-ebda kaz pendenti, fis-sens li ma hemm hadd li talab l-ghajnuna li huwa eligibbli u li m'huwiex qieghed jigi assistit, sakemm dan ma jkunx talab huwa jew hija stess li l-ghajnuna tigi sospiza jew posposta, jew inkella jkun jixtieq ghajnuna izda ma jkunx eligibbli ghaliha ( cioe' ma jkunx vittma ta' kriminalita', jew ikun diga' jkun qieghed jigi assistit minn terzi b'dan li jkun hemm lok ta' ksur ta' etika jekk is-servizz jinghata). Is-servizz ta' taghrif legali jinghata minn avukat fuq bazi volontarja. Il-Victim Support Malta timpjega avukat ghal 12-il siegha fil-gimgha, pero' ghalkemm jinzerta li din hi avukat, ix-xoghol tagħha mal-VSM huwa ta' direttrici u għaldaqsant m'huwiex ir-rwol tagħha li direttament toffri assistenza jew informazzjoni legali lill-vittmi. Hemm 2 persuni jistennew li jinghataw għajnuna jew informazzjoni legali. Biex wiehed jingħata servizz mill-Victim Support Malta, għandu jcempel 21228333 jew jibgħat email fuq coordinator@victimsupportmalta.org.