Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #20322 Sitting 417 2000-11-06 Oral · Final From: KARMENU VELLA To: Ministeru tat-Turiżmu

TOSS

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien l-ammont ta' TOSS li tħallas lejn is-suq Ingliż bejn l-1996 - 1999 u kemm ġew turisti minn dan is-suq fl-istess perijodu?

Response (REFALO, MICHAEL)

Qed inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra tabella bit-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant.
Leg 9 PQ #20325 Sitting 417 2000-11-06 Oral · Final From: KARMENU VELLA To: Ministeru tat-Turiżmu

Turisti

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa ta' promozzjoni fis-swieq prinċipali tagħna u kemm ġew turisti minn kull suq bejn l-1996 - 1999?

Response (REFALO, MICHAEL)

Qed inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra żewġ tabelli, waħda li turi n-nefqa fi promozzjoni fil-core markets u l-oħra li turi l-għadd ta’ turisti li żaru Malta minn kull suq bejn l-1996 u l-1999.
Leg 9 PQ #20852 Sitting 417 2000-11-06 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru tat-Turiżmu

Turiżmu — Xiri ta' karozzi

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari nru. 20290?

Response (REFALO, MICHAEL)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Leg 9 PQ #19937 Sitting 415 2000-11-01 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru tat-Turiżmu

Ministeru tat-Turiżmu — Safar

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kienu l-persuni li ntbagħtu b'safar fil-pajjiżi Asjatiċi fuq xogħol, studju jew affari oħra bejn l-1994 u 1996 mill-ministeru, dipartimenti jew xi entita' oħra li taqa' taħt id-dekasteru tiegħu? Jista' jgħid f'kull każ: (a) f'liema pajjiżi ntbagħtu; (b) min kienu; (ċ) x'kienet ir-raġuni tas-safra; (d) kemm damu; (e) kemm ġiet tiswa ż-żjara tagħhom; u (f) liema kriterji ntużaw biex intgħażlu l-persuni nvoluti?

Response (REFALO, MICHAEL)

Qed inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra t-tagħrif mitlub.
Leg 9 PQ #19894 Sitting 413 2000-10-31 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru tat-Turiżmu

Ministeru tat-Turiżmu — Hospitality

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm intnefqu flus f'hospitality mill-vot ta' l-Estimi Ġenerali 2000 bejn l-1 ta' Jannar, 2000 sas-6 ta' Ottubru, 2000?

Response (REFALO, MICHAEL)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li matul il-perjodu msemmi mill-Onor. Interpellant, l-ispiża f’hospitality kienet ta’ 56.7% tal-vot allokat għal hospitality.
Leg 9 PQ #20585 Sitting 412 2000-10-30 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru tat-Turiżmu

Ministeru tat-Turiżmu — Spejjeż

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hu stmat li se jkunu l-kontijiet pendenti u spejjeż konnessi li mhux se jilħqu jkunu mħallsa sa tmien din is-sena? Fis-supplementary estimates kemm huwa stmat li se jkun l-ammont meħtieġ biex ikopri ammonti mhux koperti fl-estimi għas-sena 2000?

Response (REFALO, MICHAEL)

Bħal ma normalment isir, il-Ministeru qed jagħmel kull sforz biex ma jitħallewx kontijiet pendenti għas-sena d-dieħla. Jien infurmat li bħalissa qed isir l-ikkuntjar neċessarju biex wieħed jasal għal figuri totali li fuqhom jiġi eventwalment deċiż jekk jew kemm ikun hemm bżonn fondi supplementari fil-voti tal-Ministeru. Jien infurmat ukoll iżda li stimi tat-tip mitluba mill-onorevoli interpellant jistgħu ivarjaw sostanzjalment bejn issa u l-għeluq tas-sena finanzjarja u għalhekk ma narax l-utilita’ li jingħataw.
Leg 9 PQ #20532 Sitting 410 2000-10-27 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Ministeru tat-Turiżmu

Auberge D'Italie — Xogħlijet

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta hu ppjanat li se jitlesta x-xogħol f'Auberge d'Italie li issa ilu għaddej aktar minn tliet snin?

Response (REFALO, MICHAEL)

Peress li d-diviżjoni tax-Xogħlijiet fi ħdan il-Ministeru ta’ l-Ambjent hi nkarigata mix-xogħol nissuġġerixxi lill-Onor. Interpellant jagħmel il-mistoqsija lill-Onor. sieħbi.
Leg 9 PQ #20373 Sitting 405 2000-10-24 Oral · Interim From: KARL CHIRCOP To: Ministeru tat-Turiżmu

Korpi parastatali — Impjegati ġodda

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew impjegati nies ġodda mal-korpi parastatali/awtoritajiet/kummissjonijiet li jaqgħu taħt ir-responsabbilitajiet tiegħek mill-5 ta' Settembru, 1998 'il hawn?

Response (REFALO, MICHAEL)

Peress li l-informazzjoni għadha qed tinġabar, risposta tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 9 PQ #19319 Sitting 404 2000-10-23 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru tat-Turiżmu

Awtorita' tat-Turiżmu — Trasferimenti

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw trasferimenti mill-5 ta' Jannar 2000 sal-10 ta' Settembru 2000 lill-ħaddiema ta' l-Awtorita' tat-Turiżmu? Jista' l-Ministru jagħti r-raġuni għaliex saru dawn it-trasferimenti każ b'każ? Jista' jgħid jekk huwiex il-ħsieb li jsiru aktar trasferimenti fil-futur qarib fil-post tax-xogħol imsemmi?

Response (REFALO, MICHAEL)

Ninsab infurmat li, bejn id-dati msemmija fil-Mistoqsija, ma saru ebda trasferimenti.
Leg 9 PQ #20322 Sitting 403 2000-10-23 Oral · Interim From: KARMENU VELLA To: Ministeru tat-Turiżmu

TOSS

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien l-ammont ta' TOSS li tħallas lejn is-suq Ingliż bejn l-1996 - 1999 u kemm ġew turisti minn dan is-suq fl-istess perijodu?

Response (REFALO, MICHAEL)

Peress li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar, tweġiba tingħata f’seduta oħra.
Leg 9 PQ #20325 Sitting 403 2000-10-23 Oral · Interim From: KARMENU VELLA To: Ministeru tat-Turiżmu

Turisti

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa ta' promozzjoni fis-swieq prinċipali tagħna u kemm ġew turisti minn kull suq bejn l-1996 - 1999?

Response (REFALO, MICHAEL)

Peress li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar, tweġiba tingħata f’seduta oħra.
Leg 9 PQ #20271 Sitting 402 2000-10-20 Oral · Final From: KARMENU VELLA To: Ministeru tat-Turiżmu

Impjiegi

Question

Jista' l-Ministru jagħti breakdown taż-żieda fl-impjiegi li kien hemm f'dawn l-aħħar sentejn fis-settur turistiku? Jista' l-Ministru jagħti dettalji fuq dawk il-lukandi, stabbilimenti ta' l-ikel u intrapriżi oħra fis-settur turistiku li żiedu jew naqqsu l-impjiegi f'dawn l-aħħar sentejn?

Response (REFALO, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Membru li statistika kif mitluba minnu ma tinżammx. Dak li għandu x’jaqsam ma l-impiegi fil-lukandi u stabbilimenti li jservu l-ikel, nirreferi lill-Onor. Membru għall-istatistika ppubblikata mill-Uffiċċju Ċentrali ta’ l-Istatistika.
Leg 9 PQ #20273 Sitting 402 2000-10-20 Oral · Interim From: KARMENU VELLA To: Ministeru tat-Turiżmu

Lukandi u Akkomodazzjoni Oħra

Question

Jista' l-Ministru jagħti dettalji u informazzjoni dwar: (a) Applikazzjonijiet pendenti għal bini / extensions ta' lukandi u akkomodazzjoni oħra quddiem il-Planning Authority? (b) Numru ta' sodod li qed jintalab li jiżdied? (ċ) Kategorija tal-akkomodazzjoni? (d) Lokalita'? (e) Meta u jekk hemmx ħsieb jinħareġ il-permess? (d) Data meta maħsub jitlesta x-xogħol?

Response (REFALO, MICHAEL)

Peress li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar, risposta tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 9 PQ #20290 Sitting 402 2000-10-20 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru tat-Turiżmu

Turiżmu — Xiri ta' Karozzi

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm inxtraw karozzi ġodda fid-dekasteru tiegħu mill-1992 sal-lum? Jista' jgħid ukoll x'tip ta' karozza hi (d-ditta)?

Response (REFALO, MICHAEL)

Peress li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar, risposta tingħata f’xi seduta ohra.
Leg 9 PQ #19290 Sitting 399 2000-10-18 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru tat-Turiżmu

NTOM — Ħaddiema Ġodda

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew impjegati ħaddiema ġodda ma' l-NTOM mill-5 ta' Jannar 2000 sa l-10 ta' Settembru 2000? Jekk fl-affermattiv jista' l-Ministru jgħid, meta ħarġu l-applikazzjonijiet għal dawn l-impjiegi? Jekk jirriżulta li ġew impjegati mingħajr ma ħarġu applikazzjonijiet, jista' l-Ministru jgħid kemm dawk impjegati kien ilhom applikati għal imsemmi impjieg? U jekk jirriżulta li lanqas kienu applikati għall-imsemmi impjieg, jista' jgħid xi kriterji ntużaw biex dawn ingħataw l-impjieg in kwestjoni?

Response (REFALO, MICHAEL)

Ma ġewx u ma setgħux jiġu impjegati ħaddiema ġodda ma’ l-N.T.O.M. minħabba li dik l-Organizzazzjoni ma baqgħets topera b’seħħ mill-1 ta’ Settembru 1999.
Leg 9 PQ #19279 Sitting 398 2000-10-18 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru tat-Turiżmu

HCEB — Ħaddiema Ġodda

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew impjegati ħaddiema ġodda ma' l-HCEB mill-5 ta' Jannar 2000 sa l-10 ta' Settembru 2000? Jekk fl-affermattiv jista' l-Ministru jgħid, meta ħarġu l-applikazzjonijiet għal dawn l-impjiegi? Jekk jirriżulta li ġew impjegati mingħajr ma ħarġu applikazzjonijiet, jista' l-Ministru jgħid kemm dawk impjegati kien ilhom applikati għal imsemmi impjieg? U jekk jirriżulta li lanqas kienu applikati għall-imsemmi impjieg, jista' jgħid xi kriterji ntużaw biex dawn ingħataw l-impjieg in kwestjoni?

Response (REFALO, MICHAEL)

Infurmat li ma ġewx impjegati ħaddiema ġodda ma’ l-H.C.E.B. bejn id-dati msemmija fil-mistoqsija.
Leg 9 PQ #19280 Sitting 398 2000-10-18 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru tat-Turiżmu

White Rocks Holiday Complex — Ħaddiema

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw trasferimenti mill-5 ta' Jannar, 2000 sal-10 ta' Settembru, 2000 lill-ħaddiema tal-White Rocks Holiday Complex? Jista' jagħti r-raġuni għaliex saru dawn it-trasferimenti każ b'każ? Jista' jgħidjekk hux il-ħsieb li jsiru aktar trasferimenti fil-futur qarib fil-post tax-xogħol imsemmi?

Response (REFALO, MICHAEL)

Infurmat li ma ngħata l-ebda trasferiment lill-ħaddiema tal-White Rocks Holiday Complex bejn id-dati msemmija fil-mistoqsija.
Leg 9 PQ #19281 Sitting 398 2000-10-18 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru tat-Turiżmu

HCEB — Ħaddiema

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw trasferimenti mill-5 ta' Jannar, 2000 sal-10 ta' Settembru, 2000 lill-ħaddiema tal-HCEB? Jista' jagħti r-raġuni għaliex saru dawn it-trasferimenti każ b'każ? Jista' jgħidjekk hux il-ħsieb li jsiru aktar trasferimenti fil-futur qarib fil-post tax-xogħol imsemmi?

Response (REFALO, MICHAEL)

Infurmat li ma nghata l-ebda trasferiment lill-haddiema tal-H.C.E.B. bejn id-dati msemmija fil-mistoqsija.
Leg 9 PQ #20122 Sitting 397 2000-10-17 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru tat-Turiżmu

Ibraġġ — Guest house

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk il-Ministeru tiegħu ħariġx jew qiegħedx jipproċessa xi talba ta' permess ta' guest-house għall-villa partikolari fi Triq il-Kaffis, Victoria Gardens, Ta' l-Ibraġġ li spiss qed tkun mimlija studenti barranin?

Response (REFALO, MICHAEL)

Infurmat li ma hemm ebda talba għall-permess ta’ ‘guest house’ fi Triq il-Kafflis, Ta’ l-Ibraġġ.
Leg 9 PQ #19267 Sitting 396 2000-10-17 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru tat-Turiżmu

ITS — Ħaddiema Ġodda

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew impjegati ħaddiema ġodda ma' l-ITS mill-5 ta' Jannar 2000 sa l-10 ta' Settembru 2000? Jekk fl-affermattiv jista' l-Ministru jgħid, meta ħarġu l-applikazzjonijiet għal dawn l-impjiegi? Jekk jirriżulta li ġew impjegati mingħajr ma ħarġu applikazzjonijiet, jista' l-Ministru jgħid kemm dawk impjegati kien ilhom applikati għal imsemmi impjieg? U jekk jirriżulta li lanqas kienu applikati għall-imsemmi impjieg, jista' jgħid xi kriterji ntużaw biex dawn ingħataw l-impjieg in kwestjoni?

Response (REFALO, MICHAEL)

Ninsab infurmat li bejn id-dati msemmija fil-mistoqsija ma ġewx impjegati ħaddiema fl-Istitut dwar l-Istudji Turistiċi.