Saħħa, Anzjani u Kura fil-Komunita' — Kiri ta' karozzi
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa fuq kiri u lease ta' karozzi fil-Ministeru, dekasteru u enti tiegħu matul ix-xhur ta' Jannar, Frar u Marzu 2007?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Ir-risposta għall-mistoqsija parlamentari numru 25280 ser tingħata f'xi seduta oħra.
Saħħa, Anzjani u Kura fil-Komunita' — Kiri ta' karozzi
Question
Jista' l-Ministru jgħid min huma l-uffiċjali li kellhom karozza mikrija/leased fil-Ministeru, dekasteru jew enti tiegħu matul ix-xhur ta' Jannar, Frar u Marzu 2007 u kemm hi r-rata li biha tinkera/leased il-karozza kull ġurnata? Jista' jgħid x’ċilindrata għandha l-karozza f’kull każ separatament?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Dawn huma l-uffiċjali li kellhom karozza mikrija fil-Ministeru jew entitajiet matul Jannar, Frar u Marzu 2007:
Uffiċjal
Rata kuljum
Ċilindrata
Kap tas-Segretarjat
Lm8.26
1998cc
Segretarju Privat
Lm7.08
1130cc
Assistent tas-Segretarju Privat
Lm7.00
1400cc
Saħħa, Anzjani u Kura fil-Komunita' — Karozzi ġodda
Question
Jista' l-Ministru jgħid jekk inxtrawx karozzi ġodda għall-użu minn uffiċjali jew għall-użu ġenerali fil-Ministeru, dekasteru u enti tiegħu matul x-xhur ta' Jannar, Frar jew Marzu 2007 u f’każ li fl-affermattiv, għal min kienu jew għal liema skop, x’tip ta' karozza, il-prezz u x’ċilindrata huma?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li matul ix-xhur ta' Jannar, Fraru Marzu nxtraw 2 karozzi għall-użu ġenerali tad-Dipartiment. Dawn kienu tat-tip Nissan Note. Il-prezz kien ta' Lm4,980 il waħda. Iċ-ċilindrata hi 1400cc petrol.
Jista' l-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 25643 u jagħti r-raġuni għaliex il-mediċini Priadel, Lexomil, Oxectin, Xanax u Axura (għad-dementia) m'humiex availablegħaċ-ċittadini Maltin mill-isptar u miċ-ċentri tas-saħħa?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-mediċini msemmija jintużaw għal trattament ta' mard li ma jaqax taħt l-iskeda V tal-Att dwar is-Sigurta Soċjali.
Jista' l-Ministru jgħid kemm tħallsu l-konsulenti li isimhom qed jintbagħat separatament, li ġew appuntati mill-FMS sabiex ilestu l-Mater Dei Hospital migration plan report? Kemm qed jiġi esegwit dan il-pjan? Tista' titqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra GANTT chart riveduta li tieħu in konsiderazzjoni d-dewmien fl-implimentazzjoni ta' dan il-proġett? X'inhi l-aħħar stima tal-migration tas-servizzi li mistennija jsiru mill-Isptar San Luqa għall-Isptar Mater Dei? Meta se tiġi finalizzata l-istrateġija futura dwar l-Isptar San Luqa? Meta mistenni jibda l-phased decommissioning u r-re-occupation ta' l-Isptar? Meta mistenni jintemm dak li jissejjaħ fir-rapport strateġiku bħala l-proċess leġiżlattiv li għandu jwassal għall-governance framework ta' l-Isptar Mater Dei? Il-gvern għandu xi ħsieb li jinvestiga f'mod indipendenti l-allegazzjonijiet serji dwar commissions li għamel fuq stazzjon privat televiżiv lokali t-tabib u ex-deputat Nazzjonalista Dr Frank Portelli?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Il-Pjan li kien ġie mfassal mill-konsulenti appuntati mill-FMS kien ikopri migration sequence fuq tliet snin. Dan il-pjan mhux ser jiġi eżegwit għalkemm ittieħdu in kunsiderazzjoni l-fatturi bażiċi tal-pjan. Il-pjan li ser jiġi eżegwit ser ikun fuq perjodu ferm anqas u dan wara konsultazzjoni mal-Clinical Leads tad-Dipartiment ta' l-isptar San Luqa.
Għal migrazzjoni tas-servizzi mill-isptar San Luqa għall-isptar Mater Dei ġie provdut l-ammont ta' miljun lira għas-sena 2007.
Id-Diviżjoni tas-Saħħa qegħda tħejji pjanijiet sabiex tiżviluppa Rehabilitation Hospital temporanju fil-bini bħalissa okkupat mill-isptar Karen Grech. F'dan is-servizz ser jiġu amalgamati s-servizzi kurrenti ta' rijabilitazzjoni fl-isptar San Luqa, l-isptar Zammit Clapp u l-isptar Boffa. Dan il-pjan qed jiġi ko-ordinat mal-migrazzjoni tas-servizzi akuti lejn l-isptar Mater Dei.
Id-Diviżjoni tas-Saħħa ser tgħaddi lill-Gvern il-kumplament tal-bini sabiex jiddisponi minnu skond il-prioritajiet tal-pajjiż.
Il-proċess leġislattiv għall-governance framework jintemm meta dan il-Parlament japprova eventwalment il-Health Services Act, li bħalissa għadu qed jiġi ddraftjat. Ta' min jgħid li hemm aspetti fundamentali tal-governance framework li jiġu ndirizzati mill-Public Services Act, għal dak li jirrigwarda entitajiet pubbliċi u kif jitmexxew.
Għar-rigward tal-partijiet l-oħra tal-mistoqsija nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel il-mistoqsijiet lill-Ministeru tal-Finanzi.
Jista' l-Ministru jgħid x'inhi l-etika stabbilita mill-professjonisti mediċi, bħal tobba u konsulenti dwar meta jkunu jinħtieġu jagħtu tagħrif dwar mard serju lill-pazjenti tagħhom, bħal meta jkunu jinħtieġu jinfurmaw li l-persuna għandha xi marda terminali? It-tobba u l-konsulenti huma marbutin li jgħidu direttament lill-pazjent tagħhom meta tiġi stabbilita l-qagħda serja tagħhom?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Ma jirriżultax li hemm xi regola speċifika li tapplika għall-każ, u għalhekk il-professjonist mediku jrid jaġixxi skond iċ-ċirkustanzi partikolari tal-każ u tal-pazjent involut.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm impjegati fid-dekasteru tiegħu li qegħdin fuq unpaid leave jew study leave? F'kull każ kemm ilhom fuq unpaid leave jew study leave u x'inhu l-grad tagħhom?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Ir-risposta għall-Mistoqsija Parlamentari numru 26009 ser tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid x'kienu r-raġunijiet li wasslu biex is-sejħa għall-ħatra ta' Reġistratur tal-Kunsill Mediku, tieħu daqshekk fit-tul? Jaf li l-Kunsill Mediku ma jistax jiffunzjona b'Agent Reġistratur għal tul ta' żmien, meta l-istess Agent Reġistratur huwa Reġistratur tal-Kumitat ta' l-Ispeċjalisti? Jaf li dan l-Agent Reġistratur jista' jkollu konflitt ta' interess?
Skond il-website ta' l-Istatutory Council fi ħdan il-Ministeru tas-Saħħa, il-ħatra tal-Kunsill Mediku jidher li ilha li spiċċat minn nofs April. Jista' jgħid min ġie nnominat, kemm minnu bħala Ministru, kemm mill-Universita', kif ukoll min ġie elett min-naħa tat-tobba kif ukoll mid-dentisti?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Ninsab infurmat li d-Diviżjoni tas-Saħħa ħadet il-passi meħtieġa minnufih biex timtela l-pożizzjoni ta' reġistratur tal-Kunsill Mediku. Is-sejħa qed tiġi pproċessata mill Kummisjoni dwar is-Servizz Pubbliku li hija responsabli għal dan il-proċess.
L-Aġent Reġistratur qiegħed jokkupa din il-kariga b'ittra speċifika mid-Direttur Ġenerali tas-Saħħa wara li kient irriżenjat ir-Reġistratur fis-7 ta' Frar 2007.
ma jirriżultax li hemm konflitt ta' interess bejn il-kariga ta' Reġistratur tal-Kumitat ta' l-Ispeċjalisti ma dik ta' Reġistratur tal-Kunsill Mediku.
Ir-reġistratur tal-Kumitat ta' l-Ispeċjalisti jipproċessa applikazzjonijiet ta' tobba u dentisti ġaladarba jiġi ċċertifikat mal-Kunsill Mediku li dawn ikollhom reġistrazzjoni sħiħa fir-reġistru mediku.
Mill-banda l-oħra ir-Reġistratur tal-Kunisll Mediku ma jistax jinkludi fir-reġistru ta' l-Ispeċjalisti dawk it-tobba u dentisti kemm il-darba ma jkunx hemm iċ-ċertifikat maħruġ mill-Kumitat ta' l-Ispeċjalisti.
In-nomini ta' karigi fuq il-Kunsill Mediku tbiddlu minn fuq il-website wara li l-Kunsill il-ġdid ġie ffurmat kollu kemm hu (kien hemm żewġ elezzjonijiet) u wara li l-lista ġiet ippublikata uffiċjalment fil-gażżetta tal-Gvern.
Jista' l-Ministru jgħarraf lil din il-Kamra kemm hemm swimming pools reġistrati ai termini ta' l-Avviż Legali 129/2005 kif ukoll liema huma dawk il-postijiet li ġew hekk reġistrati?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Nixtieq ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba diġa ġiet mgħoddija lil din il-Kamra fit-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 24360.
Madankollu, nixtieq ninforma lill-Onor Interpellant li sal-lum hemm 256 swimming pool reġistrati u l-lista tagħhom tinsab għall-informazzjoni tal-pubbliku fuq il-paġna eletronika tat-Taqsima Saħħa Ambjentali fi ħdan id-Dipartiment tas-Saħħa Pubblika (http://www.health.gov.mt/dph/ehupdffiles/RegPools.pdf) skond provvediment ta' A.L. 129 ta l-2005.
Jista' l-Ministru jispjega x'inhi r-raġuni li f'ċerti każi ta' kura tal-cancer permezz ta' raġġi, parti mill-kura tingħata b'xejn filwaqt li parti oħra tal-kura l-pazjent irid iħallas għaliha?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Il-kura tal-kanċer permezz ta' raġġi (radjuterapija) hija kollha provduta bla ħlas.
Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li kemm l-isptar u ċ-ċentru tas-saħħa tal-Mosta ma kellhomx provvisti f'dawn l-aħħar jiem tal-qtar għall-għajnejn Travatan li kostitwent mill-Għargħur għandu bżonn urġenti?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Il-qtar għall-għajnejn Travatan (Ref G075 Prostaglandin analogue drops) jinstabu in-stock mit-2 ta' April 2007.
Ministeru tas-Saħħa, Anzjani u Kura fil-Komunita' — Dħul ta' l-impjegati
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm impjegati fid-dipartimenti jew dekasteri li jaqgħu taħtu li matul is-sena 2006 qalgħu bejn paga/allowance/bonus/overtime minn
a) 8,000 sa 9,000
b) 9,000 sa 10,000
c) 10,000 sa 12,000
d) aktar minn 12,000
e) anqas minn 5,000?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Ir-risposta għall-Mistoqsija Parlamentari 25109 titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra meta l-informazzjoni mitluba tkun miġbura.
Jista' l-Ministru jgħid x'inhuma l-pjanijiet sal-aħħar tas-sena 2007 ġewwa San Vincenz de Paule Residence fejn għandhom x'jaqsmu proġetti?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-proġetti li huma ppjanati għal din is-sena ġewwa r-Residenza ta' San Vinċenz huma:
- Ftuħ ta' Activity Centre għar-residenti ta' San Vinċenz u Anzjani fil-Komunita' li jbatu mid-Dimentia.
- Child Care Centre għat-tfal ta' l-impjegati ta' San Vinċenz
- Refurbishment tal-blokk, ex-St Francis Ward, 15/16, 1/2 u 3/4 Nisa
- Stallazzjoni ta' żewġ lifts ġodda fl-Administration Block biex jinħoloq aċċess għall-pubbliku u għar-residenti bejn id-dħul prinċipali tar-residenza u s-swali tan-nisa u dawk ta' l-irġiel
- Sistema ġdida ta' arja kundizjonata għas-Swali 13, 14, 15 u 16 St Joseph
- Sistema ġdida ta' arja kundizjonata għall-Kumpless Rużar Briffa
- Sistema ġdida ta' arja kundizjonata għas-Swali 7/8 Irġiel
- Stallazzjoni ta' main ġdid ta' l-ilma biex tasal provista aħjar ta' ilma fis-swali kollha fir-residenza
- Bini ta' blokk ġdid għar-rijabilitazzjoni minflok l-Isptar Zammit Clapp
- Ftuħ ta' Speciality Unit għall-Infection Control Nurse, Incontenance Nurse, Tissue Viability Nurse u Nutrition Nurse.
Jista' l-Ministru jgħid x'qassam l-Welfare Committee ta' San Vincenz de Paule Residence lill-anzjani għas-snin 2006 u 2007?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Ninsab infurmat li l-Welfare Committee qassam dawn l-affarijiet matul is-sena 2006 u 2007:
2006
a. sitt (6) toilet ware hampers
b. rigali għall-Għid (ċikkulatini)
c. ħwejjeġ għall-Jum l-Omm
d. ħwejjeġ għall-Jum il-Missier
e. ħwejjeġ bħala rigali tal-Milied
2007
Din is-sena, s'issa tqassmu:
a. toilet ware hamper - wieħed (1)
b. rigali għall-Għid (ċikkulatini)
c. ħwejjeġ għall-Jum l-Omm
d. ħwejjeġ għall-Jum il-Missier mistennija jitqassmu dalwaqt
Barra minhekk, matul is-sena jitqassmu soft drinks kull ġimgħa kif ukoll squashes matul is-sajf.
Jitqassam ikel u xorb fil-festa tal-Qalb ta' Ġesu f'Ġunju u jsiru parties fis-swali kollha fil-festi tal-Milied.
Ma dawn wieħed irid iżid ukoll il-kontribuzzjoni tal-Welfare Committee għal-ispejjez biex jiġu organiżżati ħruġ u avvenimenti oħra li jsiru kemm mill-Entertainment Section ġewwa r-Residenza kif ukoll mill-istaff tas-swali nfushom.
Jista' l-Ministru jgħid x'inhuma l-pilloli ġodda li hawn talba għalihom u li se jidħlu fix-schedule V sa l-aħħar tas-sena?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Il-pilloli ġodda li hawn talba għalihom u li ġew approvati matul l-aħħar sena fuq il-formularju tal-gvern, biex jitqassmu b'xejn fuq Schedule V, huma dawn li ġejjin:
Ropinirole jew Pramipexol Tabs
Prednisolone Soluble Tabs
Combined Levodopa + Carbidopa + Entacapone Tabs
Tenofovir Tabs
Efavirenz Tabs
Combined Lopinovir + Ritonavir Tabs
Barra dawn ġew approvati ukoll dawn l-injezzjoniiet:
Docetaxel Vials
Irinotecan Vials
Oxaliplatin Vials
Rituximab Vials
Natalizumab Vials
Jista' l-Ministru jgħid kemm damu out of stock il-ħrieqi ġewwa San Vincenz de Paule Residence u għaliex ġiet ikkawżata din il-problema?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li fl-ebda żmien ma kien hemm ħrieqi out of stock fir-residenza San Vinċenz de Paul.
Meta l-kuntrattur ma kienx f'pożizzjoni li jissuplixxi ħrieqi minħabba li ma wasallux il-container, id-Dipartiment xtara l-ħrieqi mingħand kuntratturi oħrajn sakemm waslet il-kunsinna li kellha tasal bil-container.
Jista' l-Ministru jinformani x'għandha tagħmel pazjenta li ġiet iċċarġjata u mogħtija VAT receiptta' Lm14 mingħand family doctorgħal sempliċi vista li fiha ħadilha reading tal-pressjoni tad-demm kif ukoll irreferiha għall-cholesterol tests fid-dawl ta' dan l-allegat abbuż fil-ħlas għas-servizz mogħti lilha?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li tali persuna tista' tagħmel ir-rapport tagħha lill-Kunsill Mediku.
Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li ċ-ċentru tas-saħħa tal-Gżira mhux qed ikollhom provvisti adegwati u regolari tal-mediċina Epanutin 100mg caps.?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Nitlob lill-Onor Interpellant jirreferi għat-tweġiba tiegħi għall-mistoqsija numru 25694.