Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #38009 Sitting 853 2003-01-20 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru tas-Saħħa

Avvelenament ta' alkoħol

Question

Jista' il-Ministru jikkonferma li nhar il-Ġimgħa 3 ta ' Jannar 2003 filgħaxija fit-tard iddaħħal tifel ta' ħmistax-il sena fl-Isptar San Luqa jsofri minn avvelenaent alkoħoliku wara disco party li attenda f'post ta' divertiment f' Baħar iċ-Ċagħaq li ismu qed jintbagħat separatament? Jista' jikkonferma wkoll li dan it-tifel kellu jiddaħħal fl-ITU għaliex kien hemm biża li kellu xi ħaġa serja b'effett ta' l-alkoħol? Il-pulizija ġiet infurmata dwar il-każ?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Le ma nistax għal raġunijiet ovvji fosthom li domandi bħal dawn ma humiex skond l-iStanding Orders tal-Kamra.
Leg 9 PQ #38074 Sitting 853 2003-01-20 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru tas-Saħħa

Ċimiterji

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hawn ċimiterji ġewwa Malta, Għawdex u Kemmuna? Fejn jinsabu? Kemm minnhom jintużaw?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Infurmat li f'Malta, hawn ħdax-il Ċimiterju tal-Gvern, f'Għawdex hemm tnejn, waqt li f'Kemmuna m'hemm l-ebda ċimiterju tal-Gvern. Dawk f'Malta jinsabu fil-lokalitajiet segwenti- Mosta, Mellieħa, Raħal Ġdid (Addolortata), Mġarr, Burmarrad, Pieta' (Ta' Braxia), Qormi, Rabat, Żebbuġ, Kalkara w is-Siġġiewi. Ta' Għawdex jinsabu fix-Xewkija w Victoria. Iċ-Ċimiterji tal-lokalitajiet segwenti m'humiex jintużaw preżentement- F'Malta-Kalkara, parti minn Ta' Braxia (Pieta') u tas-Siġġiewi. F'Għawdex iċ-Ċimiterju ta' l-Għonq fil-Victoria. Ninforma wkoll lill-Onorevoli Interpellant li oltre minn dawn iċ-Ċimiterji, jeżistu dawk tal-knisja, f'diversi lokalitajiet, li huma kkontrollati mill-Kurja.
Leg 9 PQ #38068 Sitting 852 2003-01-17 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru tas-Saħħa

Inċidenti fuq il-post tax-xogħol

Question

Jista' il-Ministru jirrispondi il-mistoqsijiet parlamentari numri 37753 u 37541?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Id-Dipartiment tal-Health Information iżomm statistika dwar mwiet ikkawżati minn inċidenti iżda ma jkollux informazzjoni dwar il-post ta' l-inċident. Din l-informazzjoni hija disponibbli mill-Occupational Health and Safety Department fi ħdan il-Ministeru tal-Politika Soċjali.
Leg 9 PQ #37989 Sitting 850 2003-01-16 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru tas-Saħħa

Mwiet — Tipjip

Question

Jista' il-Ministru jgħid fis-sena li għaddiet kemm kien hemm imwiet li direttament jew indirettament jista' jingħad li kienu konnessi mat-tipjip? Jista' jagħti l-figuri xahar b'xahar? Jista' jgħid kemm kien hemm nisa u kemm irġiel?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Infurmat li n-numru ta' mwiet li huma kunsidrati direttament jew indirettament ikkawżati mit-tipjip għall-ewwel ħdax-il xahar tas-sena 2002 huwa kif indikat fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra. Iċ-ċifra għax-xahar ta' Diċembru 2002 għadha mhux disponibbli.
Leg 9 PQ #37990 Sitting 850 2003-01-16 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru tas-Saħħa

Liġi — Tipjip

Question

Peress li issa anke l-Unjoni Ewropea qed tesiġi li fuq kull pakkett tas-sigaretti minn dan ix-xahar stess irid ikun hemm kliem kbar bl-iswed bil-kliem bħal 'SMOKING KILLS' jista' il-Ministru jgħid jekk il-liġi li trażżan tipjip f'ċerti postijiet u miżuri oħra hux ser tiġi mressqa quddiem il-Parlament f'din il-leġislatura u dan għaliex il-Ministru kemm-il darba wieġeb li l-preparazzjoni tal-liġi kienet waslet fl-aħħar tagħha?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Nikkonferma li l-liġi li trażżan it-tipjip f'ċertu postijiet hija fil-fażi finali ta' preparazzjoni tagħha u din titressaq quddiem il-Parlament skond il-prijoritajiet tal-Gvern għat-tressieq tal-liġijiet.
Leg 9 PQ #38037 Sitting 850 2003-01-16 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Ministeru tas-Saħħa

Sptar Mater Dei — Nefqa ritkorrenti għat-tħaddim

Question

B'refernza għar-risposta ta' misotqsija numru 37845 jista' il-Ministru jgħid kemm hi stmata n-nefqa rikorrenti għat-tħaddim ta' l-isptar Mater Dei meta dan ikun komplet u jkun qiegħed jaħdem fit-totalita' tiegħu?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Minn l-aħħar studju li sar kien hemm ħafna tibdil dwar kif sejjer jopera l-ispatar Mater Dei. Għaldaqstant, illum qed isir studju profond biex tkun ikkalkulata mill-ġdid l-istima tan-nefqa rikorrenti.
Leg 9 PQ #38040 Sitting 850 2003-01-16 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru tas-Saħħa

Polyclinics — Tobba

Question

Jarax il-Ministru l-ħtieġa li l-Polyclinics fl-inħawi ta' malta u Għawdex ikunu miftuħa matul il-lejl ukoll bħal per eżempju dik ta' Bormla? X'inhu n-numru ta' tobba li jrid ikun hemm kull ħin fil-Polyclinics?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Nirreferi l-Onor Interpellant għar-risposti li ngħataw għall-Mistoqsijiet Parlamentari Numri 36957 u 34787. Peress illi n-numru ta' tobba għadu l-istess mhux possibbli li ċ-Ċentri tas-Saħħa jerġgħu jiftħu kollha bil-lejl. In-numru ta' tobba preżenti fiċ-Ċentri tas-Saħħa ivarja skond il-lokalita` u skond il-ħin tal-ġurnata, kif ukoll skond kemm hemm viżti fid-djar mitluba dak il-ħin. Idealment, bħalissa matul il-ġurnata n-numru ta` tobba preżenti fiċ-Ċentri tas-Saħħa ivarja bejn tnejn u ħames tobba, iżda dan in-numru jiġi affetwat minn ħafna fatturi bħal: preżenti fil-Qorti, sick leave, vacation leave, jew viżti urġenti.
Leg 9 PQ #38070 Sitting 850 2003-01-16 Oral · Final From: RITA LAW To: Ministeru tas-Saħħa

Birgu — Latrina pubblika

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari tiegħi numru 37843 li riċentement saret lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali u li issa ġiet riferuta lilek u ċioe' tista' tgħid jekk hemmx post alternattiv għall-public convenience li kien hemm fejn qabel kien hemm id-DOI u llum hemm l-Aċċess fil-Birgu?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Nitlob l-Onor Interpellant jagħmel id-domanda lill-Ministru għar-Riżorsi u Infrastruttura.
Leg 9 PQ #37885 Sitting 849 2003-01-16 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru tas-Saħħa

Sptar San Luqa — Pazjenti b'diżabilita'

Question

Jistgħu jittieħdu passi biex pazjenti b'diżabilita' li jkunu f'ward S3 fl-isptar San Luqa jkollhom fejn jistgħu jieħdu doċċa li tkun aċċessibbli għax bħalissa ma għandhomx? Għaliex se jibqgħu jiġu mċaħħda minn faċilitajiet aċċessibli essenzjali bħal doċċa?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Bħala parti mir-refurbixment kontinwu ġewwa l-iSptar San Luqa, il-Ward S3 ħa tiġi riferbixjata fi żmien ftit xhur. Parti mir-refurbixment ikun il-konstruzzjoni ta' showers minflok il-banjijiet kif nafuhom.
Leg 9 PQ #37924 Sitting 849 2003-01-16 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru tas-Saħħa

Ministeru tas-Saħħa — Private securities

Question

Jista' l-Ministru jgħid fil-preżent kemm hu n-numru ta' kuntratti għal securities privati li għandu l-Ministeru, dipartimenti, kumpanniji, eċċ. li jaqgħu taħt id-dekasteru tal-Ministeru? Jista' jgħid kemm kienet iċ-ċifra ta' sigħat u ta' flus li tħallsu għal dawn il-kuntratti matul is-snin 2002, 2001 u 2000, separatament?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Il-Ministeru tas-Saħħa u l-entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru teigħu m'għandhom l-ebda kuntratti għal securities privati.
Leg 9 PQ #35760 Sitting 845 2003-01-14 Oral · Final From: DOLORES CRISTINA To: Ministeru tas-Saħħa

Sptar Boffa — Impjegati -Overtime

Question

Jista' il-Ministru jinforma lill-Kamra kemm ittieħed overtime minn tobba, nurses u kull kategorija oħra ta' impjegati separatament matul dawn l-aħħar tmien snin, sena b'sena, ġewwa l-Isptar Boffa?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Infurmat li matul il-perjodu indikat fil-Mistoqsija (1995-2002 sa Novembru) ġewwa l-iSptar Boffa ittieħed l-ammont ta` overtime kif indikat fit-tabella annessa. Sena Nurses Radiographers Kategoriji ohra Lm Lm Lm 1995 11,475.00 11,529.06 4,613.14 1996 5,664.86 13,366.22 4,608.87 1997 17,943.76 8,492.00 545.00 1998 20.65 7,750.00 1,701.00 1999 987.09 6,818.00 0.00 2000 690.00 7,795.66 962.34 2001 9,237.31 9,995.00 1,221.00 2002 1,695.00 10,472.90 4,353.00
Leg 9 PQ #37841 Sitting 844 2003-01-13 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru tas-Saħħa

Ċimiterju ta' l-Addolorata — Ħaddiema

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm ħaddiema fiċ-Ċimiterju ta' l-Addolorata? Jista' jgħid ukoll kemm għamlu overtime kull wieħed f'dawn l-aħħar 12-il xahar?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Infurmat li n-numru ta' ħaddiema fiċ-Ċimiterju ta' l-Addolorata huwa skond Tabella A li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra. L-overtime li sar fiċ-Ċimiterju ta' l-Addolorata dawn l-aħħar 12-il xahar jidher f'Tabella B li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 9 PQ #37845 Sitting 844 2003-01-13 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Ministeru tas-Saħħa

Sptar San Luqa

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hi n-nefqa rikorrenti għal kull sena għat-tħaddim ta' l-Isptar San Luqa? Jista' jgħid kemm hi stmata n-nefqa rikorrenti għall-Isptar Mater Dei?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Ninsab infurmat li: In-nefqa rikorrenti għat-tħaddim ta' l-Isptar San Luqa għas-sena 2003 hija stmata li tkun ta' LM29,496,350. In-nefqa rikorrenti għall-Isptar Mater Dei għas-sena 2003 hija stmata li tkun ta' LM800,000.
Leg 9 PQ #37973 Sitting 844 2003-01-13 Oral · Final From: JOSEPH M. SAMMUT To: Ministeru tas-Saħħa

Skart — Permessi

Question

Jista' il-Ministru jgħid: X'permessi hemm għar-rigward ta' drenaġġ (skart ta' annimali u nies) li qiegħed jintefa' fil-manhole fil-kontrada tat-torba limiti ta' l-Imqabba/Qrendi? Jekk fl-affermattiv jista' il-Ministru jgħid għalfejn dan qiegħed jintefa' hawn meta (a) dan suppost jintefa' l-Marsa, (b) fuq ordnijiet speċifici skart simili li kien jintefa' ftit aktar il-fuq ġie mwaqqaf? Xi prekawzzjonijiet qed jittieħdu sabiex ma ssirx ħsara lir-raba' tal-madwar, lin-nies li jiffrekwentaw l-area u s-swieqi tar-raba' fil-viċinanza?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Nitlob lill-Onor Interpellant jirreferi din il-Mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Leg 9 PQ #37978 Sitting 844 2003-01-13 Oral · Final From: MARIO GALEA To: Ministeru tas-Saħħa

Fiżjoterapisti — Impjieg

Question

Jista' il-Ministru ġentilment jgħid għaliex is-seba' fiżjoterapisti li għamlu r-re-sit fil-bidu ta' Settembru u li r-riżultati ħarġu fl-24 ta' Settembru 2002 baqgħu ma ġewx impjegati? Meta se jiġu mpjegati la darba l-interview sar fl-20 ta' Novembru 2002? Għaliex għallinqas ma ġewx impjegati fuq bażi casual kif dejjem sar s'issa?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Ninsab infurmat li d-Diviżjoni tas-Saħħa għamlet arranġamenti biex il-fiżjoterapisti li għalihom qed jirreferi l-Onor Interpellant jiġu mpjegati fuq bażi każwali mit-3 ta' Frar 2003.
Leg 9 PQ #37753 Sitting 841 2002-12-17 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru tas-Saħħa

Inċidenti fuq il-post tax-xogħol

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm mietu persuni bl-inċidenti fuq il-post tax-xogħol u kemm kienet l-eta' tagħhom?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Nitlob l-Onor Interpellant jirreferi għar-risposta li tajt għall-mistoqsija tiegħu stess PQ 37541.
Leg 9 PQ #37789 Sitting 841 2002-12-17 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru tas-Saħħa

Sptar San Luqa — Twelid ta' trabi

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari tiegħi numru 37564 u ċioe' jista' l-Ministru jgħid kemm kellhom eta' l-ommijiet li welldu t-tfal ġewwa l-Isptar San Luqa fl-2002?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Ninsab infurmat li d-Dipartiment ta' l-Informazzjoni fuq is-Saħħa għandu informazzjoni nazzjonali fuq it-twelid ta' trabi għall-ewwel disa` xhur ta' din is-sena. Din l-istatistika inġabret b'mod volontarju għall-National Obstetric Information System (NOIS). Kienu rreġistrati total ta' 2354 ommijiet (Maltin u mhux Maltin) li welldu 2394-il tarbija fl-Isptar Karen Grech bejn Jannar u Settembru ta' din is-sena. L-etajiet ta' l-ommijiet li huma maqsuma fi gruppi skond il-klassifikazzjoni stabbilita fl-istatistika, jidhru hawn taħt: Eta (Snin) Numru ta' ommijiet li welldu f'KGH (Jan - Sett 02) <15 4 15-19 151 20-24 474 25-29 950 30-34 517 35-39 204 40-44 49 45+ 1 Mhux Speċifikat 4 TOTAL 2354 L-istatistika miġbura għall-fini tal-Mistoqsija hija għall-ewwel disa` xhur tas-sena (Jannar sa Settembru) 2002 peress li din tinżamm fuq bażi ta' kull tliet xhur.
Leg 9 PQ #37584 Sitting 840 2002-12-17 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru tas-Saħħa

Dipartiment tas-saħħa — Servizz ta' ambulanza

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' sejħiet għas-servizz ta' l-ambulanza miċ-ċentri tas-saħħa sena b'sena, u ċentru b'ċentru, matul dawn l-aħħar sebgħa snin? Kemm hu n-numru ta' ambulanzi? Fejn huma mqassma sptar sptar u ċentru b'ċentru? Kemm minnhom jinsabu wieqfa u meta se jiġu rranġati?

Response (DEGUARA, LOUIS)

L-informazzjoni mitluba fl-ewwel parti tal-mistoqsija ma tinżammx. Dwar it-tieni parti tal-mistoqsija, in-numru ta' ambulanzi hu 17. Dawn jinsabu 1 fil-Mosta Health Centre u 16 fil-Garaxx ta' l-Ambulanzi, G'Mangia. Minn dawn, ambulanza waħda tinsab wieqfa (Volkswagen) u l-parts tagħha ġew ordnati minn għand l-aġent.
Leg 9 PQ #37751 Sitting 840 2002-12-17 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru tas-Saħħa

Raħal Ġdid — Ċentru tas-Saħħa

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il vista għamlu t-tobba ġewwa ċ-ċentru tas-saħħa ta' Raħal Ġdid sew f'dak li huwa home visits kif ukoll dawk li huma visti fl-istess ċentru mill-1990 sal-lum?

Response (DEGUARA, LOUIS)

L-informazzjoni ser titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.