WTO — Laqgħat f'Cancun li attenda għalihom il-Gvern Malti
Question
B'riferenza għal-laqgħat tal-WTO li l-Gvern Malti attenda f'Cancun u l-eventwalita' li pajjiżna se jissieħeb fl-Unjoni Ewropea wara Mejju li ġej, jista' il-Ministru jinformani kemm mill-kontrolli tal-539 special safeguards li l-Unjoni Ewropea għandha reġistrati mad-WTO irtirat għal wara Mejju tas-sena 2004?
Response (DALLI, JOHN)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għar-risposta li ngħatat għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 1721.
WTO — Laqgħat f'Cancun li attenda għalihom il-Gvern Malti
Question
B'riferenza għal-laqgħat tad-WTO li l-Gvern Malti attenda f'Cancun u l-eventwalita' li pajjiżna se jissieħeb fl-Unjoni Ewropea wara Mejju li ġej, jista' il-Ministru jinformani kemm fil-fatt l-Unjoni Ewropea ddikjarat li se tnaqqas it-tariffa u d-dazju li timponi fuq zokkor, qmuħ u ċereali mportati mill-pajjiżi li mhumiex membri ta' l-Unjoni Ewropea wara Mejju ta' l-2004?
Response (DALLI, JOHN)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għar-risposta li ngħatat għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 1721.
Jista' il-Ministru jgħid kemm kien id-dħul tat-taxxa tal-VAT minn fuq il-petrol u d-diesel minn Jannar sa Settembru ta' din is-sena, separatament?
Response (DALLI, JOHN)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li d-dħul tat-taxxa tal-VAT minn fuq il-petrol u d-diesel minn Jannar sa Settembru 2003 huwa kif jidher fit-tabella hawn taħt:-
Xahar
2003
Lm
Jannar
503,248
Frar
595,161
Marzu
558,712
April
528,646
Mejju
555,688
Ġunju
632,738
Lulju
628,242
Awwissu
627,003
Settembru
737,824
Xi strutturi jeżistu dwar iċ-changeover għall-Euro? Il-Ministeru tal-Informazzjoni tat-Teknoloġija huwa involut f'xi mod?
Response (DALLI, JOHN)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li għalkemm jeżisti kuntatt bejn il-Bank Ċentrali u l-Ministeru tal-Finanzi u Affarijiet Ekonomiċi fuq il-passi li huma neċessarji għall-adozzjoni ta’ l-euro bħala munita ta’ Malta, s’issa m’hemm ebda data stabbilita għal dan. Għalhekk fil-preżent għadhom ma ġew stabbiliti l-ebda strutturi formali għat-tħejjija ta`-‘changeover’ għall-euro. Nista’ ninforma lill-Onorevoli Membru li l-Bank Ċentrali, permezz ta’ l-istrutturi interni tiegħu diġa’ beda jħares lejn il-ħtigijiet li bidla bħal din iġġib magħha.
B'kollox kemm hemm ECB working groups mwaqqfa li fihom hemm sehem Malti? Liema huma?
Response (DALLI, JOHN)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li hemm 26 working groups imwaqqfa mill-ECB li fihom jieħdu sehem rapreżentanti tal-Bank Ċentrali ta’ Malta.
Taħt :
l-Accounting and Monetary Income Committee:
l-Accounting Issues and Financial Reporting Working Group u l-Working Group on Allocation of Monetary Income;
il-Banknote Committee:
il-Counterfeit Working Group, l-Issue Working Group u s-Security Working Group;
il-Banking Supervisory Committee:
il-Working Group on Macro Prudential Analysis u l-Working Group on Banking Developments;
l-External Communications Committee:
il-Working Group on External Communications;
l-Information Technology Committee:
l-Information Systems Security Working Group, l-Information Technology Network and
Communications Working Group, l-Information Technology Applications Working
Group u in-N13 Working Group;
il-Legal Committee:
il-Financial Law Experts Working Group;
il-Market Operations Committee:
il-Monitoring Working Group u il-Working Group on Monetary and Exchange Rate
Policy Instruments and Procedures;
il-Monetary Policy Committee:
il-Working Groups on Forecasting, l-Econometric Modelling u l-Public Finance;
il-Payment and Settlement Systems Committee:
il-Payment Systems Policy Working Group, is-Securities Settlements Working Group u
it-TARGET Management Working Group;
l-iStatistics Committee:
hemm 5 Working Groups li huma: tal-Balance of Payments and External Reserves
Statistics, tal-General Economic and Government Financial Statistics, tal-Money and
Banking Statistics, tal-Monetary Union Financial Accounts u tal-iStatistical Information
Systems.
Jista' il-Ministru jikkonferma rapporti li l-gvern Malti ppospona ħruġ ta' stocks tal-gvern li kienu skedati għax-xahar ta' Ottubru minkejja l-programm bid-dati ndikattivi li kien inħareġ aktar kmieni din is-sena?
Response (DALLI, JOHN)
Kif imsemmi mill-Onorevoli Interpellant stess, il-kalendarju tal-ħruġ ta' Stocks mill-Gvern huwa wieħed indikattiv. Dan ifisser li l-ħruġ ta' l-istocks jista' jvarja skond il-ħtiġijiet tal-Gvern u ċ-ċirkostanzi tas-suq.
Jista' il-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' karozzi ġodda u second hand li ġew importati minn Jannar sa Settembru ta' din is-sena? Minn liema pajjiżi u x'kapaċita' kellhom? Jista' jagħti l-istess informazzjoni għall-istess perjodu għas-snin 1999, 2000, 2001 u 2002 separatament?
Response (DALLI, JOHN)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li qed inpoġġi fuq il-mejda tal-kamra l-informazzjoni mitluba. Fil-każ ta' Settembru 2003 din għadha qed tiġi pproċessata.
Jista' il-Ministru jgħid meta sejra ssir ir-rifużżjoni awtoriżżata fil-każ tal-persuna ndikata separatament, meta dan għandu bżonn sew din ir-rifużżjoni għal raġunijiet personali?
Response (DALLI, JOHN)
“Ma naħsibx li għandi nagħti informazzjoni konfidenzjali. Jekk l-Onorevoli Interpellant ikun awtorizzat mit-taxpayer allura r-risposta tingħata lilu privatament. Jekk irid jista’ jmur it-Taxpayer Service u jkun jista' jinqeda minn hemmhekk.
B'referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari numru 1647, jista' il-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra r-rapport Retention of the status quo regarding the exportation of Maltese stone?
Response (DALLI, JOHN)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li r-rapport Retention of the status quo regarding the exportation of Maltese stone jinsab fis-sit tal-Malta EU Information Centre (www.mic.org.mt/Malta-EU/Studies/Studies_mes.htm).
Jista' il-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-Pre Accession Economic Programme li ġiet sottomesa mill-Gvern Malti lill-Kummisjoni Ewropea f'Awwissu li għadda?
Response (DALLI, JOHN)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li r-rapport dwar il-Pre Accession Economic Programme (PEP) ntbgħat lill-Kummissjoni Ewropeja ftit ta’ żmien ilu u ser jiġi evalwat f'livell tekniku fil-ġranet li ġejjin. Dan id-dokument, flimkien ma dak tal-pajjiżi kandidati l-oħra huwa mistenni li jiġi diskuss ukoll fl-ECOFIN Council f’Novembru li ġej. Wara dan kollu, l-Kummissjoni tippublika dawn id-dokumenti.
Studju — Rapporti - Malta - EU - Ministeru tal-Finanzi u Affarijiet Ekonomiċi
Question
Jista' il-Ministru jgħid matul l-2000, l-2001 u l-2002 u l-2003 kemm ġew ikkontrattati rapporti u studji fuq aspetti legali, aspetti ekonomiċi u fiskali u oħrajn, dwar id-dħul ta' Malta fl-UE? Jista' il-Ministru jgħid min huma n-nies li ġew maħtura sabiex iħejju tali rapporti u studji u jagħti dettalji dwar dawn in-nies?
Response (DALLI, JOHN)
Ngħarraf lill-Onor Interpellant illi t-tagħrif mitlub sa l-ewwel xhur tal-2001 diġa ngħata fit-tweġiba li tajt bħala Ministru tal-Finanzi għall-mistoqsija Nru 33693 f'seduta 768 tal-leġislatura l-oħra.
L-informazzjoni għall-istess perjodu li tirrigwarda il-parti ta' l-operat ta’ l-ex Ministeru tas-Servizzi Ekonomici li llum jifforma parti fid-dekasteru tiegħi qiegħda kif ġej:
Suġġett tar-Rapport/Studji
Retention of the status quo regarding the exportation of Maltese stone.
Study for the Ministry for Economic Services by Lino Bianco and Associates
Follow up Report on Medicinal Products for Veterinary Use.
Study for the Ministry for Economic Services by EuropAdvise Ltd., KPMG and MISCO
Compliance with the relevant provisions of the Acquis with regards to registration, licensing, manufacturing, importation and retailing of medicinal products for Human and Animal Consumption.
Study for the Ministry for Economic Services by EuropAdvise Ltd., KPMG and MISCO
Food Hygiene in the Food Manufacturing and Processing Sector.
Study for the Ministry for Economic Services by Dr. Joseph G. Mallia
Food Hygiene in the Food Wholesale/Retail/Distribution and Catering Sectors.
Study for the Ministry for Economic Services by Dr Joseph G Mallia
Addendum to the studies conducted on Food Hygiene in the Food Manufacturing and Processing Sector and Food Hygiene in the Food Wholesale/Retail/Distribution and Catering Sectors.
Study for the Ministry for Economic Services by Dr Joseph G Mallia
Impact Assessment Study on the Adoption of the Acquis with regard to Freedom of Movement and Establishment for the Various Service Sectors.
Study for the Ministry for Economic Services by EuroAccess Consultants
Study to assess the compliance of Malta with the relevant provisions of the Acquis Communautaire with regards to Consumer and Health Protection.
Study for the Ministry for Economic Services by Advocates Micallef
Study on accession to the European Union Patent Convention (EPC) and the Patent Co-operation Treaty (PCT).
Further Study on accession to the European Union Patent Convention (EPC) and the Patent Co-operation Treaty (PCT).
Study for the Ministry for Economic Services by Access Euro Consulting
Study on how Malta may comply with the Acquis on Supplementary Protection Certificates.
Study for the Ministry for Economic Services by Access Euro Consulting
(*) Esklużi rapporti/studji li saru min entitajiet u li huma ta’ natura kummerċjali.
Għall-bqija tal-perjodu msemmi, ngħarrfu li fid-dekasteru tiegħi ġew ikkontrattati ir-rapporti/studji marbutin mad-dħul ta' Malta fl-UE, li ġejjin:
Id-Dipartiment tal-Kuntratti qabbad kumpanija legali, AVMT, sabiex tfassal il-Public Contracts Regulations.
Id-Dipartiment tal-VAT qabbad lil Dr Antoine Fiott LLD ta' PriceWaterhouse Coopers fuq tibdil meħtieġ fil-leġislazzjoni tal-VAT.
Id-Diviżjoni għall-Politika Ekonomika qabbdet lil Mr Simon Armstrong u l-Economic and Social Research Institute sabiex jaħdmu fuq il-Pjan ta' Svilupp Nazzjonali għal Malta, u lil Dr Werner Friedrich biex jaħdem fuq Strateġija ta' Żvilupp għal European Social Fund ghas-snin 2004-2006.
Id-Diviżjoni tal-Konsumatur u Kompetizzjoni qabbdet lil Dr Anthony Degaetano, Dr Eugene Buttigieg, Dr Bernadette Muscat, Dr David Fabri u lil Dr Paul Edgar Micallef fuq tibdil meħtieġ fil-leġislazzjoni ta' dan id-Diviżjoni
Naturalment, saru rapporti oħra anki minn esperti barranin dwar titjib li għandu jsir skond il-Business Change Management Plan u materji marbuta ma' l-Unjoni Ewropeja.
Ministeru tal-Finanzi — Ħatra ta' bordijiet u kummissjonijiet
Question
Jista' il-Ministru jgħid kemm inħatru bordijiet u kummissjonijiet li jaqgħu fid-dikasteru tiegħu minn Ottubru 2002 sal-lum? Minn min huma magħmula? Jista' jgħid jekk għandhomx xi honoraria u benefiċċji oħra u jgħid x'inhuma?
Response (DALLI, JOHN)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni qegħda tinġabar u ser tingħata f'seduta oħra.
Jista' il-Ministru jgħid kemm ġew avanzati flus matul din is-sena mill-Gvern lil kumpaniji parastatali u entitajiet oħra li l-Gvern għandu kontroll fuqhom?
Response (DALLI, JOHN)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba qed tidher fit-tabella mehmuża.
Jogħġbu l-Ministru jgħid fiex wasal il-proċess biex tiġi eżaminata s-sigurta' tal-mini scooters li l-importazzjoni tagħhom ġiet temporanjament miżmuma?
Response (DALLI, JOHN)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-ban temporanja li għaliha qed jirreferi saret fuq scooters li setgħu kienu qed jiġu impurtati bħala ġugarelli biex jiġi assigurat li dawn kienu jikkonformaw ma’ l-istandards ta’ sigurezza kif stipulati fl-Ordni 16 ta’ l-1996 dwar is-Sigurezza tal-Ġugarelli.
Mill-istħarriġ li sar ma rriżultax li dawn il-mini scooters kienu ġugarelli u għalhekk l-ordni hawn fuq imsemmija ma kienetx tapplika għalihom.
Madanakollu l-Awtorita tat-Trasport Pubbliku, minħabba raġuni tas-sigurezza u anke konformi mar-rakommandazzjoni tal-manifatturi li dawn għandhom jintużaw “off road”, ma tippermettiex li dawn jinsaqu f’postijiet pubbliċi.
Jista' il-Ministru jgħid jekk ingħatawx struzzjonijiet lil impjegati tiegħu biex ma jipproċessawx ħlasijiet għal pagi tad-Dockyard u l-Malta Ship Building? F'każ li fl-affermattiv, x'kienet ir-raġuni?
Response (DALLI, JOHN)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni li għandu hi żbaljata.
Qabel ma l-Ministeru jgħaddi aktar flus lit-Tarzna, talab accounts mit-Tarzna biex jara sewwa s-sitwazzjoni finanzjarja. Fil-fatt instab li t-Tarzna rċeviet flus biex tkopri l-ħtiġijiet tagħha sa l-aħħar tas-sena.
Tajjeb li wieħed isemmi li l-fondi li l-istat lest jipprovdi għat-tarznari m’humiex bla limitu, l-Onorevoli interpellant jifhem li dawn il-fondi jiġu mit-taxxi li jħallas il-poplu u għalhekk lkoll irridu niżguraw li jintużaw b’mod effiċċjenti u fl-aħjar interess tal-pajjiż.
Jista' il-Ministru ġentilment jgħid min huma l-persuni li qegħdin jaħdmu fil-ministeru u x'inhu r-rwol tagħhom?
Response (DALLI, JOHN)
Ma naħsibx li jkun xieraq li nxandar l-ismijiet ta' dawk il-persuni li qed jaħdmu fis-Segretarjat Privat tiegħi u ma nistax nifhem x'utilita' jista' jkollha din l-informazzjoni.
Il-pożizzjonijiet li jokkupaw dawn il-persuni huma pożizzjonijiet prattikament uniformi għall-Ministeri kollha u qegħdin spjegati f'dokument li kien tpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra matul il-Leġislatura preċedenti.
Dipartiment ta' l-Ekonomija — Esportazzjoni ta' prodotti Maltin
Question
Jista' il-Ministru jinforma lill-Kamra x'kienu r-riżultati li rnexxielu jagħmel id-Dipartiment ta' l-Ekonomija fi ħdan il-Ministeru f'termini ta' kuntratti, xogħol, investiment jew ordnijiet ta' prodotti Maltin għall-esportazzjoni? F'kull każ, jista' il-Ministru jikkonsidra li dan l-esperiment kien ta' suċċess? Kemm tammonta l-ispiża totali (salarji, safar u spejjeż oħra) li għamel dan id-dipartiment minn kemm ilu li twaqqaf?
Response (DALLI, JOHN)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-għan ewlieni tad-Diviżjoni tal-Politika Ekonomika huwa li tipprovdi pariri tekniċi lill-Gvern fit-tfassil tal-politika ekonomika tiegħu u fl-immaniġġjar tad-diversi oqsma tal-ekonomija. Id-Diviżjoni, għandha wkoll ir-responsabbilta’ ta’ relazzjonijiet ekonomiċi internazzjonali, filwaqt li d-Direttorat tas-Sorveljanza tas-Suq huwa responsabbli għall-koordinazzjoni ta’ operazzjonijiet ta’ sorveljanza tas-suq u tat-tfassil ta’ programmi settorali ta’ sorveljanza tas-suq.
Għalhekk id-Diviżjoni m’hijiex direttament responsabbli għall-kuntratti, xogħol, investiment jew ordnijiet ta’ prodotti Maltin għall-esportazzjoni.
Jogħġbu l-Ministru jispega fil-qasir x'inhi l-politika tal-gvern fir-rigward ta' l-imgħaxijiet imħallsa mill-banek, u dan in vista li dawn ir-rati ta' l-imgħax qed jonqsu ħafna u għalhekk forsi wieħed jista' jispjega lil dawk il-pensjonanti li m'humiex daqshekk au courant mal-politika ekonomika u monetarja u allura ma jifhmux dan il-proċess bil-konsegwenza li mhux qed jagħmlu l-aħjar użu mid-depożiti tagħhom?
Response (DALLI, JOHN)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li permezz tat-tibdil fil-liġi li seħħ fl-1994, il-Bank Ċentrali ta’ Malta sar responsabbli għall-formulazzjoni u implimentazzjoni tal-politika monetarja. Dan sar fl-isfond tal-politika tal-Gvern illi, bħal kif jiġri f’pajjiżi żviluppati, il-kundizzjonijiet fis-settur monetarju m’għandhomx jibqgħu jkunu determinati minn ordnijiet jew kontrolli diretti maħruġa mil-Ministru tal-Finanzi, iżda permezz ta’ politika monetarja aktar attiva f’proċess ta’ liberizzazzjoni fis-settur finanzjarju.
Bħala parti minn dan il-proċess, il-rati ta’ l-imgħax tal-banek, kemm fuq self kif ukoll depożitu, ġew liberaliżżati kompletament. B’hekk, il-banek għandhom id-dritt illi jiffissaw jew ibiddlu r-rati ta’ l-imgħax skond il-kundizzjonijiet fis-suq tal-flus u skond ir-riskju.
L-għan tal-Bank Ċentrali huwa illi jipprova jinfluwenza il-livell ta’ l-imgħaxijiet billi jintervjeni fis-suq tal-flus sabiex jiżgura stabbilita’ fis-settur monetarju u biex il-valur tal-lira Maltija jkun sostenibbli. Dan jagħmlu billi jistabbilixxi u jbiddel ir-rata ċentrali ta’ intervent fid-dawl ta’ l-iżviluppi monetarji u ekonomiċi, b’mod partikulari r-rata ta’ l-inflazzjoni, ir-riservi barranin u xejriet fir-rati ta’ l-imgħax fis-swieq barranin ewlenin.
Kif huwa magħruf sew, ir-rati ta’ l-imgħax fix-xena internazzjonali niżlu għall-livell rekord minħabba tnaqqis fir-ritmu ekonomiku u inflazzjoni baxxa. Ir-rati lokali għaldaqstant niżlu wkoll. F’dan ir-rigward, tajjeb infakkar illi l-politika tal-Gvern dwar ħruġ ta’ stocks hija illi l-pubbliku jingħata preferenza fil-konfront ta’ l-istituzzjonijiet.