Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #37029 Sitting 818 2002-11-25 Oral · Final From: MARIO GALEA To: Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent

Local Plans

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta hu maħsub li jkunu lesti l-local plans għan-naħa t'isfel ta' Malta partikolarment fl-inħawi ta' Ħaż-Żabbar? Jikkonferma l-Ministru li m'għadhiex reali id-data ta' l-aħħar ta' din is-sena kif kien imħabbar aktar qabel?

Response (BORG, TONIO)

Hu maħsub li l-pjan lokali għan-Nofsinhar ta` Malta joħroġ għal konsultazzjoni pubblika għal ħabta ta` Marzu 2003.
Leg 9 PQ #37032 Sitting 818 2002-11-25 Oral · Final From: JOE MIZZI To: Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent

MEPA — IT Section

Question

Jista' il-Ministru jgħid min awtorizza lill-persuna li isimha qed jintbagħat separatament li jaħdem fi ħdan il-MEPA, biex jagħti struzzjonijiet lill-IT Section biex jittappjaw ċerti ndividwi u ħaddiema tal-MEPA u jiċċekkjawlhom l-e-mails tagħhom.

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi fuq rapport anonimu minn persuna li ddikjara li hu missier ta` persuna impjegata fi ħdan il-MEPA u li semma li ċerti persuni speċifiċi kienu qed jibgħatu e-mails b`kontenut li joffendi l-morali pubblika, il-persuna li rrefera għaliha l-Onor. Interpellant personalment iċċekja e-mails ta` dawn in-nies u irriżulta li kien hemm min kien bagħat materjal li seta` jiġi ikkunsidrat offensiv. In-nies involuti ġew mogħtija 'warning' skond il-provvedimenti dixxiplinari tal-Awtorita`. Dan bl-ebda mod ma jista` jiġi kkunsidrat bħala tapping kif allegat mill-Onor. Interpellant.
Leg 9 PQ #37052 Sitting 818 2002-11-25 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent

Reġistru ta' l-Artjiet — VRP - Overtime

Question

Jista' l-Ministru jikkonferma jekk impjegati tar-reġistru ta' l-artijiet humiex jaħdmu xogħol overtime ma' l-uffiċċju tal-Valletta Rehabilitation Project? Kif saret id-deċiżjoni sabiex isir dan l-overtime meta dawn iż-żewġ dipartimenti huma fir-responsabbilita` ta' ministri differenti? B'liema mod ġew magħżula l-persuni għal dawn l-overtime meta ma nħarġet l-ebda ċirkolari għal dan ix-xogħol bħal ma nħarġet ċirkolari fil-każ ta' l-identity cards?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi nies tekniċi mir-Reġistru ta` l-Artijiet qed iħejju l-pjanti ta` proprjeta` in konnessjoni ma` skema ta` reġistrazzjoni volontarja ta` proprjeta` fil-Belt, Floriana, Birgu, Bormla u Isla. Din l-iskema kienet imnedija bħala proġett, bi sħab, bejn ir-Reġistru ta` l-Artijiet u l-Valletta Rehabilition Project.
Leg 9 PQ #37054 Sitting 818 2002-11-25 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent

Privatizzazzjoni — Land Registry Certification System

Question

Jista' il-Ministru jgħid jekk hemmx xi pjan sabiex is-sistema tal-Land Registry Certification System tiġi privatizzata? Jekk fl-affermattiv din is-sistema se titħaddem mill-kumpanija Eureka?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi ma hemm ebda pjan li l-Land Registry Certification System tiġi privatizzata.
Leg 9 PQ #37055 Sitting 818 2002-11-25 Oral · Final From: MICHAEL BONNICI To: Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent

ALE — Nassaba

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li persuni liċenzjati bħala nassaba qegħdin jiġu konfrontati mill-ALE għas-sempliċi raġuni li jkollhom persuni ħbieb tagħhom fil-kumpanija tagħhom waqt li jkunu qegħdin jonsbu fid-dura tagħhom? Għaliex meta persuna liċenzjata tħalli l-post ta' l-insib tagħha għal ftit minuti, qiegħda tiġi konfrontata mill-ALE, il-persuna li tħalli għassa minflokha u f'każi ġew ikkonfiskati x-xbieki kif ukoll l-għasafar? Kemm kien hemm każijiet bħal dawn f'din l-aħħar sena?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi skond ir-Regolamenti ta` l-1993 dwar il-Ħarsien ta` l-Għasafar u tal-Fenek Selvaġġ, hija meħtieġa liċenzja sabiex wieħed jonsob. Parti mid-dmir u dover tat-Taqsima tal-Administrative Law Enforcement tal-Korp tal-Pulizija huwa li tara li dawn ir-Regolamenti jiġu osservati. Huwa għalhekk li membri ta` din it-Taqsima jagħmlu spezzjonijiet fejn ikun qed isir l-insib u fejn ikun il-każ tieħu l-passi skond il-liġi. Infurmat ukoll illi matul din is-sena kien hemm 14-il persuna li tressqu l-Qorti akkużati li kienu qed jonsbu mingħajr liċenzja.
Leg 9 PQ #37057 Sitting 818 2002-11-25 Oral · Final From: MICHAEL BONNICI To: Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent

Barranin jaħdmu f'Malta

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm inqabdu persuni barranin li nstabu jaħdmu Malta u tkeċċew minn pajjiżna fl-aħħar 4 snin, sena b'sena?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi t-tagħrif mitlub mill-Onorevoli Interpellant huwa kif ġej: 1998 1999 2000 2001 2002* 40 47 53 29 14 *sal-31.10.02
Leg 9 PQ #37059 Sitting 818 2002-11-25 Oral · Final From: MICHAEL BONNICI To: Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent

Barranin jaħdmu Malta illegalment

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'organizzazzjoni teżisti bħala administrative law enforcement sabiex iffittxu ħaddiema barranin li qegħdin jaħdmu illegalment f'Malta? Jista' l-Ministru jagħti informazzjoni lill-Kamra x'koperazzjoni hemm bejn id-Dipartiment ta' l-Immigrazzjoni, l-Pulizija u l-ETC sabiex dawk li m'għandhomx dritt jaħdmu Malta u qegħdin jieħdu ħobż il-Maltin jiġu mfittxija bl-akbar mod intensiv u jitkeċċew mill-pajjiż?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi minbarra r-raids li l-Pulizija tagħmel minn żmien għal żmien, membri mit-Taqsima ta` l-Immigrazzjoni, regolarment jassistu lil enforcement officers ta` l-ETC fi spezzjonijiet fuq lantijiet tax-xogħol għal persuni ta` nazzjonalita` barranija li jistgħu jkunu qed jaħdmu llegalment.
Leg 9 PQ #37078 Sitting 818 2002-11-25 Oral · Final From: MICHAEL BONNICI To: Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent

Dipartiment ta' l-artijiet — Kiri ta' siti

Question

B'referenza għal mistoqsija parlamentari numru 36913 id-Dipartiment ta' l-Artijiet jaċċetta l-fatt li prorjeta pubblika tiġi amministrata minn individwi mingħajr l-ebda titolu ta' kirja?

Response (BORG, TONIO)

Id-Dipartiment tal-Artijiet ma jaċċettax il-fatt li proprjeta` pubblika tiġi amministrata minn individwi mingħajr l-ebda titolu ta` kirja. Minn investigazzjoni li għamel id-Dipartiment tal-Artijiet jirriżulta illi fi Sqaq Manoel u fi Triq Sciortino, Ħaż Żebbuġ, il-Kunsill Lokali għamel xogħol ta` embellishment u qiegħed jieħu ħsiebu. Fi Triq il-Poeta Nazzjonali, is-sid tal-Paradott Wedding Hall għamel xogħol ta` embellishment fit-traffic island ta` quddiemu u qiegħed jieħu ħsiebha. Dan ta` l-aħħar ġie mitlub jagħmel it-talba tiegħu sabiex jingħata permess. Ma naħsibx li dan ifisser li b`daqshekk xi ħadd minn dawn qiegħed jamministra proprjeta` pubblika mingħajr ebda titolu.

Valletta — Forti Sant'Iermu

Question

Jista' l-Ministru jieħu passi biex jingħalaq il-bieb tal-Forti Sant'Iermu, il-Belt sabiex jonqsu l-abbużi li allegatament qegħdin isiru hemm?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi l-bieb li jagħti għal parti t`isfel tal-Forti Sant`Iermu jinżamm miftuħ, peress li jintuża kontinwament minn nies li għandhom permess mid-Dipartiment tal-Kultura biex jokkupaw il-Forti biex jibnu l-floats tal-Karnival. Infurmat ukoll illi d-dħul għal dik il-parti tal-forti li qegħda f`idejn il-Pulizija jkun ikkontrollat minn membru tal-Korp.
Leg 9 PQ #37089 Sitting 818 2002-11-25 Oral · Final From: FRANCIS AGIUS To: Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent

Każi ta' suwiċidju

Question

Jista' il-Ministru jagħti l-istatistika uffiċjali skond il-kawża, sess, eta' u x-xogħol tal-persuna dwar suwiċidji li seħħew f'Malta matul l-2000 u l-2001?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi matul is-snin 2000 u 2001, in-numru ta` persuni li wettqu suwiċidju kien ta` 21 u 26 rispettivament. Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra t-tagħrif mitlub dwar dawn il-każi ħlief għat-tip ta` xogħol li mhux disponibbli.
Leg 9 PQ #37091 Sitting 818 2002-11-25 Oral · Final From: KARL CHIRCOP To: Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent

Faċilita' Korrettiva ta' Kordin — Sistema ta' l-intercom

Question

Min ħa l-kuntratt tas-sistema ta' l-intercom fil-wings il-ġodda fil-faċilita' korrettiva ta' Kordin? Kemm jiswew dawn is-sistemi? Saret sejħa għall-offerti jew ingħataw b'direct order?

Response (BORG, TONIO)

Għandi nassumi li l-Onorevoli Interpellant qiegħed jirreferi għal Remand Block il-ġdid, peress li fil-Faċilita` Korrettiva ta` Kordin ma żdidux Wings Ġodda. Jekk dan hu l-każ ninsab infurmat illi dan l-apparat kien jifforma parti mill-kuntratt globali għall-bini tar-Remand u l-Administration Block.
Leg 9 PQ #37092 Sitting 818 2002-11-25 Oral · Final From: KARL CHIRCOP To: Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent

Substance Abuse Therapeutic Unit

Question

Jista' il-Ministru jikkonferma rapporti li għandi li hemm diversi abbużi għaddejjin fis-S.A.T.U. fl-Imtaħleb? Il-Ministru jikkonferma li kien hemm saħansitra rapporti sesswali bejn membri ta' l-istaff u l-inmates infushom?

Response (BORG, TONIO)

Naċċerta lill-Onorevoli Interpellant li meta l-uffiċċju tad-Direttur isir jaf b`xi abbuż jew għajdut ta` xi abbuż, dan mill-ewwel jagħmel l-istħarriġ neċessarju meħtieġ. Fir-rigward tar-rapport li qed isemmi l-Onor. Interpellant, naċċertah li dan kien ġie investigat bir-reqqa iżda irriżulta fin-negattiv.
Leg 9 PQ #37105 Sitting 818 2002-11-25 Oral · Final From: CHARLES MANGION To: Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent

Faċilita' Korrettiva ta' Kordin — Ħarba ta' ħabsi

Question

Jista' il-Ministru jgħid jekk sarx xi progress fil-każ tal-ħarba tal-ħabsi El Zabi li ħarab mill-faċilita' korrettiva ta' Kordin? Peress li hemm suspett li dan ħarab minn pajjiżna, jikkonferma l-Ministru li nħareġ international warrant of arrest kontra tiegħu? Intalbet l-għajnuna ta' l-Interpol biex dan jinqabad?

Response (BORG, TONIO)

Billi l-investigazzjoni dwar il-każ imsemmi mill-Onorevoli Interpellant għad m`hix konkluża, ma nħossx li hu opportun li wieħed jippublika d-dettalji dwar l-andament ta` din l-investigazzjoni ħlief li għall-aħħar żewġ domandi, ir-risposta hi fl-affermattiv.
Leg 9 PQ #37109 Sitting 818 2002-11-25 Oral · Final From: GAVIN GULIA To: Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent

Pulizija — Promozzjonijiet

Question

B'riferenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari numru 36836, jista' l-Ministru jagħti d-data meta l-PSC tat direttiva biex ħatriet għall-futur ma jsirux aktar fuq rakkomandazzjoni diretta?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi kien fit-18 ta` Settembru 2002, li l-Kummissarju tal-Pulizija kien ġie infurmat bid-deċiżjoni tal-Kummissjoni dwar is-Servizz Pubbliku illi fil-futur ħatriet għal Assistenti Kummissarji kellhom isiru bi proċess ta` għażla, wara sejħa għall-applikazzjonijiet. Sabiex ma jkunx hemm ebda ekwivoku, ninforma lill-Onorevoli Interpellant ukoll, illi bħal ma naħseb diġa` jaf, l-aħħar ħatriet ta` Assistenti Kummissarji kif imsemmija fil-Mistoqsija Parlamentari Nru. 36836, kienu ġew rakkomandati mill-Kummissjoni dwar is-Servizz Pubbliku fid-29 ta` Awissu 2002 u approvati mill-Prim Ministru fit-3 ta` Settembru 2002.
Leg 9 PQ #37110 Sitting 818 2002-11-25 Oral · Final From: GAVIN GULIA To: Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent

Pulizija — Overtime

Question

B'riferenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari numru 36835, billi l-overtime ta' l-1997 jinkludi l-ammont ta' l-overtime li nħadem fl-1996 in konnessjoni ma' l-elezzjoni ġenerali, jista' l-Ministru jgħid kemm overtime fil-fatt inħadem f'dik l-elezzjoni?

Response (BORG, TONIO)

Mhux possibli li wieħed jiddetermina l-ammont ta` overtime li jitħallas lill-membri tal-Korp in konnessjoni mal-Elezzjoni Ġenerali ta` l-1996 dan għaliex l-impenji li jkollhom il-pulizija f`dawn l-okkażżjonijiet huma diversi. L-uniku ammont li hu determinat f`dan is-sens hu l-ammont ta` Lm154,117 li tħallsu mill-Kummissjoni Elettorali għax-xogħol li wettqu il-Pulizija fit-tqassim tal-voti u l-għassa mal-postijiet tal-voti. Ma` dan għandu jiżdied ħlas għal overtime ieħor konness mal-attivitajiet kollha li jkun hemm f`okkażżjonijiet bħal dawn.
Leg 9 PQ #37111 Sitting 818 2002-11-25 Oral · Final From: GAVIN GULIA To: Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent

Pulizija — Overtime

Question

B'riferenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari numru 36835, jista' l-Ministru jgħid kemm membri tal-Korp tal-Pulizija bbenefikaw mill-overtime mill-1992 sa Ottubru 2002, sena b'sena?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi t-tagħrif kif mitlub mill-Onorevoli Interpellant ma jinżammx taħt forma kompjuterizzata.
Leg 9 PQ #37112 Sitting 818 2002-11-25 Oral · Final From: GAVIN GULIA To: Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent

Pulizija — Membri ġodda

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew reklutati membri ġodda tal-Korp tal-Pulizija fl-1999, 2000, 2001 u 2002, sena b'sena?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi t-tagħrif mitlub mill-Onorevoli Interpellant huwa kif ġej: 1999 2000 2001 2002 7 76 115 74
Leg 9 PQ #37113 Sitting 818 2002-11-25 Oral · Final From: GAVIN GULIA To: Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent

Pulizija — Membri

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm membri fil-Korp tal-Pulizija fis-snin 1995, 1996, 1997, 1998, 1999, 2000, 2001 u 2002, sena b'sena?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi t-tagħrif mitlub mill-Onroevoli Interpellant huwa kif ġej: 1995 1996 1997 1998 1999 2000 2001 2002 1,803 1,858 1,800 1,756 1,734 1,718 1,768 1,803
Leg 9 PQ #37114 Sitting 818 2002-11-25 Oral · Final From: GAVIN GULIA To: Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent

Faċilita' Korrettiva ta' Kordin

Question

B'riferenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari numru 28601, jista' l-Ministru jgħid jekk għas-sistema ta' katnazzi fil-Faċilita' Korrettiva ta' Kordin intalbux offerti oħrajn barra dik ta' Messrs. Grima & Co. Ltd? Jekk iva, ta' min kienu u kemm kien il-prezz ikkwotat? Jekk le x'inhuma r-raġunijiet?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi l-offerti għax-xiri tal-katnazzi kienu ħarġu f`Jannar ta` l-1998. Dik is-sena kienu inġibu katnazzi għal żewġ diviżjonijiet biss filwaqt li fl-2001 kienu inġibu il-kumplament tal-katnazzi għad-diviżjonijiet l-oħra fuq l-istess offerta u ċioe` dik oriġinali.

Fortizza ta' Delimara — Tinfetaħ għall-publiku

Question

Jista' il-Ministru b'referenza għad-domandi parlamentari numri 22740 u 30464 jinforma lill-Kamra jekk kienx hemm żviluppi sabiex il-pożizzjoni tal-Fortizza ta' Delimara tiġi solvuta sabiex tkun tista' tinfetaħ għall-publiku?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li għalkemm saru xi diskussjonijiet mal-inkwilin tal-fortizza, ma jista` jkun hemm l-ebda żvilupp qabel ma jinstab post alternattiv biex jingħata lill-inkwilin.