Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' inċidenti rapurtati lill-Pulizija din is-sena li seħħew f'Paceville? X'passi ittieħdu mill-pulizija? Kemm fil-fatt huwa n-numru ta' pulizija li jkunu stazzjonati matul il-ġimgħa u fil-weekends? Huwa possibli li l-Ministru jwieġeb l-istess mistoqsija għall-aħħar 5 snin sena b'sena?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi tagħrif hekk kif mitlub mill-Onor. Interpellant bid-dettalji għal dawn l-aħħar ħames snin mhux disponibbli taħt forma ta` statistika.
Madankollu, matul din is-sena, ninsab infurmat illi bejn l-1 ta` Jannar u l-15 ta` Novembru 2001, il-Pulizija kellha 423 rapport ta` reati allegati li seħħew ġewwa Paċeville. Dawn kollha ġew investigati mill-Pulizija skond il-liġi u bħala riżultat ta` dawn l-investigazzjonijiet ġew solvuti 61 każ, inklużi dawk ta` żewġ hold ups u każ ieħor ta` feriti gravi segwiti b`mewt. Ninsab infurmat ukoll minbarra l-Pulizija li jkunu xogħol fl-Għassa ta` San Ġiljan, matul il-ġimgħa ikun hemm 2 pulizija patrol matul il-lejl ġewwa Paċeville, filwaqt li fil-weekends dan in-numru jitla` għal 12 jew aktar, jiddependi skond il-commitments li jkollha l-Pulizija.
Jista' l-Ministru jinfurmani hekk huwiex maħsub li fil-futur jiġi trasferit lura fil-faċilita ta' korrezzjoni f'Kordin iċ-ċentru ta' korrezzjoni li hemm fl-Imtaħleb ir-Rabat, Malta? Jekk iva, meta? Jekk le, għaliex?
Jista' l-Ministru jgħati breakdown ta' kemm huma n-numru ta' armi reġistrati mal-Pulizija f'Malta u Għawdex separatament? Jista' jipprovdi l-istess informazzjoni għall-aħħar 10 snin sena b'sena?
Response (BORG, TONIO)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għall-tweġiba li jien tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 23048. Ma` dan wieħed irid iżid ir-reġistrazzjoni ta` 1,356 oħra li saru minn dakinhar sal-lum.
Jista' l-Ministru jgħid kemm huma n-numru ta' applikazzjonijiet li ġew reġistrati ma' l-PA għall-iżvilupp tat-Tuna Pening matul dawn l-aħħar tlett snin sena b'sena u f'liema xhur u żmien tas-sena? Kemm minnhom ġew approvati, kemm jinsabu pendenti u kemm ġew rifjutati u/jew abbażi ta' reconsideration u/jew appell?
Response (BORG, TONIO)
F`dawn l-aħħar tlett snin ġew reġistrati 9 applikazzjonijiet għall-iżvilupp tat-tuna penning.
2 ġew reġistrati f`Diċembru 1998. Waħda ġiet approvata u l-oħra rtirata.
1 ġiet reġistrata f`Novembru 1999 u għadha pendenti.
1 ġiet reġistrata f`Marzu 2001 u ġiet approvata fl-istadju ta` rikonsiderazzjoni.
2 ġew reġistrati f`April 2001 u ġew approvati.
2 ġew reġistrati f`Mejju 2001 u ġew approvati.
1 ġiet reġistrata f`Ġunju 2001 u għadha pendenti.
Jista' l-Ministru jgħid kemm membri fil-Korp tal-Pulizija irriżenjaw jew tneħħew jew spiċċaw bl-eta fis-snin 1999, 2000 u sal-31 ta' Ottubru 2001? Jista' wkoll jiġi indikat is-sess u l-grad tagħhom?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi l-membri tal-Korp tal-Pulizija li rriżenjaw jew tneħħew jew spiċċaw bl-eta` jew mietu fis-snin 1999 u 2000 u matul din is-sena, sal-31 ta` Ottubru, kif ukoll il-grad u s-sess tagħhom hu kif jidher hawn taħt:-
GRAD
1999
2000
2001
Commissioner
-
-
1
Assistant Commissioner
-
1
-
Superintendent
1
1
-
Inspector
1
1
6
Sargeant Major
-
1
1
Sargeant (Male)
6
5
17
Sargeant (Female)
1
1
1
Constable (Male)
14
76
28
Constable (Female)
6
6
3
Jista' l-Ministru jgħid hemmx xi ħsieb li tinħareġ għall-offerti il-biċċa art li hemm tmiss mal-ex-fabbrika tal-ST Microelectronics f'San Ġwann?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi l-art li qed jirreferi għaliha l-Onor. Interpellant taqa` taħt ir-responsabbilita` tal-Korporazzjoni Maltija għall-Iżvilupp u għalhekk nitolbu biex jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.
Jista' l-Ministru jagħti t-tagħrif mitlub f'mistoqsija parlamentari nru. 12737 għas-sena 2000?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi l-ħlasijiet dovuti lill-Pulizija minn banek, kumpaniji, individwi, etc. għal xogħol extra duty li sar minn membri tal-Korp matul is-sena 2000, huwa kif jidher fuq it-Tabella li qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jgħid kemm ittelgħu persuni l-qorti din is-sena talli tlajjaw għal skopijiet ta' prostituzjoni?
Kemm minn dawn kienu barranin u minn liema pajjiż kienu?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi mill-1 ta` Jannar sat-12 ta` Novembru 2001, tressqu quddiem il-Qorti 21 persuna fuq tlajjar għal skop ta` prostituzzjoni. Dawn kollha kienu Maltin, għajr tlieta li kienu Russi.
Jista' l-Ministru jgħid kemm fil-fatt kien in-numru ta' pulizija li weġġgħu u/jew sofrew xi inċidenti waqt li kienu qed jgħatu s-servizz tagħhom matul din is-sena f'Malta u Għawdex separatment? Jista' jipprovdi l-istess dettalji għall-dawn l-aħħar 5 snin sena b'sena?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi n-numru ta` membri tal-Korp tal-Pulizija li b`xi mod weġgħu waqt il-qadi tad-doveri tagħhom matul dawn l-aħħar ħames snin huwa kif ġej:-
1997
1998
1999
2000
2001
Malta
47
49
37
37
52
Għawdex
xejn
1
xejn
xejn
xejn
Jista' l-Ministru jgħid jekk hemm il-ħsieb li jitraħħsu l-liċenzji tal-kaċċa u l-insib?
Response (BORG, TONIO)
Dawn diġa` raħħsu. Fil-fatt b`effett mill-ewwel ta` Marzu 1999 il-liċenzja għal żamma ta` snieter (licence to keep) tniżżlet minn Lm19 għal Lm7, tnaqqis ta` Lm12.00 (LN59/99).
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' inċidenti u kollużjonijiet ta' traffiku rapurtati lill-pulizija bejn Jannar u Ottubru ta' din is-sena f' Malta u Għawdex separatament?
Kemm minnhom kienu fatali?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi bejn Jannar u Ottubru 2001, in-numru ta` inċidenti u kollużjonijiet tat-traffiku f`Malta u Għawdex kien ta` 10,500 u 490 rispettivament, filwaqt illi dawk fatali kienu 10 u 2 rispettivament.
Jista' l-Ministru peress illi fl-inħawi ta' l-Aħrax tal-Mellieħa cioe' f'Tenement jew ref nru 6/93 żviluppat sitwazzjoni fejn il-persuna li isimha qed jintbgħat separatament għalqet l-aċċess tar-raba' lill-bdiewa fl-inħawi u li isimhom qed ukoll jintbgħat separatament b'gate tal-ħadid u ħajt tas-sejjieħ u oġġetti oħra, u dan minkejja li ġie diġa ordnat ineħħi l-imsemmi żgombru mid-Dipartiment ta' l-artijiet, jara li jittieħdu l-passi neċessarji ħalli tiġi rimedjata s-sitwazzjoni?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi s-Sezzjoni ta` l-Infurzar ta` l-Awtorita` ta` l-Ippjanar investigat il-każ. Kif indikat fl-interpellanza, il-każ qiegħed jiġi nvestigat ukoll mill-Kummissarju ta` l-Artijiet u dan għaliex l-art fejn sar l-allegat ksur hija proprjeta` tal-Gvern.
Fiċ-ċirkostanzi, se jinħareġ Avviż biex Tieqaf u ta` Twettieq kontra l-Kummissarju ta` l-Artijiet bħala sid l-art, u kontra l-okkupanti talli twaħħlet xatba u talli nbena ħajt tal-madwar mingħajr permess.
Ninsab infurmat ukoll illi d-Dipartiment ta` l-Artijiet qiegħed jieħu l-passi neċessarji sabiex il-grada li qiegħda tagħlaq passaġġ pubbliku fit-tenement 50871 tiġi mneħħija minn min waħħalha.
Fin-nuqqas ta` dan, id-Dipartiment ser ineħħi l-grada hu a spejjeż tal-persuni responsabbli.
Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li l-applikazzjoni għan-naturalisation bħala ċittadina ta' Malta sottomessa mill-persuna li dettalji dwarha qed jintbagħtu under separate cover ġie irrifjutata fil-25 ta' Settembru 2001 wara li kienet ilha pendenti minn Diċembru tas-sena l-oħra iżjed u iżjed billi dil-persuna ilha Malta għal snin sħaħ wara l-inċidenti mdemma li nqalgħu f'pajjiżha? Jekk dak kien on grounds of policy x'kienu il-fatturi li wasslu għal din d-deċiżjoni?
Response (BORG, TONIO)
It-talba li kienet għamlet il-persuna ndikata mill-Onor. Membru ma ntlaqgħatx għax mhix il-policy li talbiet bħal dawn jiġu kkunsidrati favorevolment u ma tinkwadra ruħha fl-ebda waħda mill-kategoriji ta` persuni li għalihom tingħata konsiderazzjoni favorevoli.
Kif diġa` kont infurmajt lill-Onor. Membru permezz tat-tweġiba li tajtu għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 18766, talba simili li kienet għamlet qabel l-istess persuna f`Settembru 1998 ġiet miċħuda f`Ġunju 1999.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hawn barranin jaħdmu Malta illum?
Ta' liema nazzjonalita huma?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi skond l-aħħar lista ta` nies barranin li għandhom liċenzja ta` impjieg biex jaħdmu Malta ppubblikata mid-Dipartiment ta` l-Informazzjoni fil-5 ta` Novembru 2001, bħalissa hawn 1,969 persuna barranija jaħdmu f`Malta.
Dawn il-barranin ġejjin mill-pajjiżi kif jidher fit-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jgħid kemm ittelgħu persuni il-qorti, wara li abbużaw mit-tfal din is-sena?
X'kien l-abbuż u kemm weħlu f'kull każ?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi bejn l-1 ta` Jannar u t-12 ta` Novembru 2001, il-Pulizija ressqet 11-il persuna quddiem il-Qorti fuq abbuż mit-tfal. Dawn kollha kienu abbużi sesswali u dawn il-każi għadhom pendenti quddiem il-Qorti.