Legislature:
Category:
Reset
Active:

Mewta ta' student — Rapport

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’ġara mir-rapport tas-Sur Paul Attard u Dr Mark Gauci li kien sar wara l-mewta traġika ta’ student fi skola ġewwa Santa Venera? Jista’ jgħid x’rakkmandazzjonijiet ġew implimentati minnu u meta?

Response (GALEA, LOUIS)

Il-materja hi suġġett ta' proċeduri fil-Qorti.

Tfal bi bżonnijiet speċjali — Skejjel

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hawn skejjel għal tfal bi bżonnijiet speċjali u kemm hemm klassijiet f'kull waħda minn dawn l-iskejjel? Jista’ jgħid ukoll kemm qed jattendu studenti fihom separatament?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li hawn 6 Skejjel Speċjali. Helen Keller, San Miguel, Guardian Angel u Dun Manwel Attard li huma fin-Network u t-tnejn l-oħra huma Mater Dei School u St Patrick's Crafts Centre. Informat ukoll li n-numru ta' klassijiet u ta' studenti huwa hekk :- Skola Numru ta' klassijiet Numru ta' Studenti Helen Keller 5 25 San Miguel 6 47 Guardian Angel 11 97 Dun Manwel Attard 7 54 Mater Dei School 4 24 St Patrick's Crafts Centre. 4 38.

Hamrun — Lift ta' skola

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’inhi r-raġuni li l-lifts ta’ l-iskola Dun Guzepp Zammit Brighella, Hamrun ta’ spiss ikunu bil-ħsara minkejja li saru ftit tax-xhur ilu? Jista' jgħid jekk meta tlesta x-xogħol ġiex iċċertifikat li x-xogħol sar tajjeb u ma kienx fih difetti? Kemm ġew iqumu flus dawn il-lifts u min kien il-kuntrattur li għamilhom?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li ż-żewg lifts f’din l-iskola ġew kommissjonati u ċertifkati mill-Inginier konċernat fil-23 ta’ Marzu, 2004, aktar minn tliet snin ilu. Informat ukoll li l-problemi li ġew rapporti ġew solvuti. Ix-xogħol sar permezz ta’ tender mill-kuntrattur Elmain Ltd. u ġie jiswa LM 18,030.22.

Skejjel jgħallmu l-Ingliż lill-barranin

Question

B'riferenza għal mistoqsija parlamentari 27626, jista' l-Ministru jgħid kemm-il żjara saret mill-1 ta’ Jannar 2007 u f’liema skejjel? Instabu xi nuqqasijiet? Jekk iva, x’kienu?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li din is-sena rapprezentanti tal-Bord zaru l-annexes ta' l-iskejjel kollha li huma liċenzjati, kif ukoll l-iskejjel li joperaw fis-sajf biss, ħalli jaraw kif kienu mmexxijin. Iz-zjajjar lill-iskejjel liċenzjati li joperaw matul is-sena kollha għadhom għaddejjin.

Junior Lyceum — Rapport dwar l-eżami

Question

Jista’ l-Ministru jgħid liema kien l-aħħar rapport dwar l-eżami tal-Junior Lyceum li ġie ppubblikat? Meta huwa mistenni li jiġi ppubblikat ir-rapport li jmiss?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-aħħar rapport li ġie ppublikat dwar l-ezami tal-Junior Lyceum huwa dak ta' l-2006. Dawn ir-rapporti jiġu ppublikati kull sena fix-xahar ta' Novembru.

Applikazzjoni għal assistenti kapijiet — Riżultati

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk ġewx ippubblikati r-riżultati ta’ dawk li applikaw għal assistenti kapijiet? Jekk le meta ser jiġu ppubblikati? Jista’ jgħid ukoll kemm ġew maħtura / appuntati Assistenti Kapijiet minn dawk li kienu applikaw, min huma u f’liema skola ġew mibgħuta? Kemm hemm jew kien hemm vakanzi għal Assistenti Kapijiet u jekk ġewx mimlija kollha?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li r-riżultati tal-intervisti għall-Assitenti Kapijiet jiġu ppubblikati mill-Public Service Commission wara li jsiru r-rakkomandazzjonijiet lill-MPO. S’issa ħadd għadu ma ġie appuntat Assistant Kap. Hija l-prassi li biex skola jkollha l-complement meħtieġ fit-tmexxija, għalliema jintalbu jagħmlu xogħol amministrattiv biex jgħinu l-Kap ta’ l-iskola.

Revisions of paper

Question

Jista' l-Ministru jgħid għal kull suggett separatament fil-livell tas-SEC u dak tal-MATSEC kemm saru revisions of paper din is-sena? Jista' jgħid ukoll kemm kien hemm riżultati riveduti għal kull suġġett separat u liema minnhom kellhom riżultat rivedut bi grad jew aktar?

Response (GALEA, LOUIS)

Nixtieq nirreferi l-Onor. Membru għat-tweġiba tal-Mistoqsija numru 27620 f'Seduta 558.

Universita' ta' Malta — Sular ġdid

Question

Jista' l-Ministru jara li jittieħdu passi biex jintlaqgħu l-proposti raġjonevoli li saru fis-27 ta' Lulju, 2007 mid-Department of Clinical Pharmacology and Therapeutics biex ikun hemm użu komuni tas-sular l-ġdid fl-Universita' ta' Malta kemm mid-Department of Chemistry u d-Department of Clinical Pharmacology and Therapeutics?

Response (GALEA, LOUIS)

Peress li t-tagħrif mitlub għadu ma wassallix fl-uffiċju tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.

Siġġiewi — Skola Primarja

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'kienet ir-raġuni li madwar sebat itfal ġew trasferiti minn year 5C għal 5B fl-iskola primarja tas-Siġġiewi?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-Kap ta' l-iskola flimkien mal-Koordinatur tal-Kulleġġ ħassew li dan ikun fl-interess ta' l-istudenti.

Universita' l-qadima

Question

Jista’ l-Ministru jagħti dettalji dwar l-użu li beħsiebha tagħmel l-Universita` ta’ Malta mill-bini tal-Universita` l-qadima fil-Belt Valletta?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li hemm il-ħsieb li din is-sede tiġi użata biex minn hemm jiġu mgħallma l-programmi internazzjonali ta' prestiġju ta' l-Universita', partikolarment dawk mibnija bħala joint-ventures bejn l-Universita' ta' Malta u universitajiet internazzjonali. Dan l-aħħar ġew akkomodati fiha l-kumpaniji ta' l-Universita' biex ikunu jistgħu jaħdmu mill-qrib ma' l-amministrazzjoni tal-Fondazzjoni għall-Istudji Internazzjonali f'dak li jirrigwarda l-organizzazzjoni ta' korsijiet qosra, konferenzi u affarijiet oħra bħal konferenzi. L-għan ta' dan il-bini antik hu li jerġa jsir is-sede prinċipali ta' prestiġju għall-Universita', post ta' studju u riċerka f'oqsma li jmissu l-iżvilupp soċjo-ekonomiku ta' pajjiżna fl-isfond ta' żviluppi internazzjonali.

Junior Lyceum, Common Entrance — Rapport

Question

Jista’ l-Ministru jgħid meta se jiġi ppubblikat ir-rapport bir-rakkmandazzjonijiet dwar l-eżami tal-Junior Lyceum u l-Common Entrance? Meta kien maħsub li jiġi ppubblikat?

Response (GALEA, LOUIS)

Ir-rapport imsemmi għadu qed jiġi evalwat mill-Ministeru filwaqt li qed isiru t-tħejjijiet għall-pubblikazzjoni tiegħu.

Studenti li jispiċċaw qabel iż-żmien

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’kien in-numru totali ta’ studenti li ngħataw permess li jispiċċaw mill-iskola qabel iż-żmien fis-sena skolastika li għaddiet? Kemm kienu subien u kemm bniet? X’kienu r-raġunijiet prinċipali?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li n-numru ta' studenti li ngħataw permess li jispiċċaw mill-iskola qabel iz-zmien fis-sena skolastika li għaddiet (2006-2007) kien hekk: Subien Bniet Taħt is-16-il sena 21 6 Il'fuq minn 16-il sena 31 20 TOTAL 52 26 Informat ukoll li r-raġunijiet prinċipali kienu sabiex dawn ikunu jistgħu jaħdmu.

Studenti li jispiċċaw qabel il-waqt

Question

Wara li sfortunatament Malta spiċċat fl-ewwel post fl-Unjoni Ewropea b’mod negattiv bl-għola rata ta’ studenti li jitilqu mill-iskola qabel il-waqt, jista' l-Ministru jgħid x’beħsiebu jagħmel biex iħajjar l-istudenti li jkunu jridu jitilqu biex jibqgħu jistudjaw?

Response (GALEA, LOUIS)

Il-fatt li llum mas-70% ta' l-istudenti qed ikomplu bl-istudju u t-taħriġ tagħhom wara li jispiċċa l-iskola sekondarja hu indikazzjoni ċara li l-miżuri u l-investiment li qed iwettaq il-Gvern fl-edukazzjoni huma fid-direzzjoni t-tajba.

MCAST — Korsijiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk jafx li l-istudenti li qed jattendu l-MCAST għal kors fit-tieni sena marbut mal-Lufthansa Teknik mhux qed jingħataw il-lezzjonijiet kollha u dan peress li l-għalliema li ġew assenjati għalihom jidher li l-load ta’ lezzjonijiet li għandhom qed jimpeduhom milli jlaħħqu mad-dmirjiet kollha tagħhom? Jista’ jgħid x’se jsir biex dawn l-istudenti ma jkomplux jitilfu aktar lezzjonijiet?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-istudenti għall-kors fit-tieni sena marbut mal-Lufthansa Teknik (ND Aero 2) dejjem kellhom il-lezzjonijiet kollha u l-parti l-kbira mill-għalliema tagħhom huma part-timers li jiġu mid-ditti lokali fl-oqsma tal-manutenzjoni ta' l-ajruplani.

Talba għal facilitator

Question

B'riferenza għall-istudenta li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, u li dwarha diġa` saret mistoqsija parlamentari, peress li jidher li l-proċess għall-allokazzjoni ta' facilitator ma' din it-tifla jidher li gie mwaqqaf minħabba nuqqas ta' koperazzjoni mill-Assistent Kap ta' l-iskola fejn tattendi t-tifla, peress li din it-tifla sejra lura u teħtieg l-għajnuna mill-iktar fis, jista` l-Ministru jara li din is-sitwazzjoni tiġi rimedjata għall-ġid tat-tifla?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-iStatementing Board ma irrakkommandax din l-għajnuna u mhux minħabba nuqqas ta' koperazzjoni mill-Assistent Kap ta' l-iskola kif kien ġie allegat.

Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi — Impjegati

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kellu impjegati fil-Ministeru, dekasteru u enti tiegħu matul ix-xhur ta' Jannar, Frar u Marzu 2007 li għandhom 'il fuq minn 61 sena, min huma, x'pożizzjonijiet għandhom u fejn qegħdin jaħdmu, humiex full jew part time, x'salarju jew x'rata jitħallsu biha u minn liema distrett elettorali jiġu?

Response (GALEA, LOUIS)

Nirreferi l-Onor. Membru għat-tweġiba tal-Mistoqsija numru 25662 f'Seduta 544.

ITS — Ħaddiema b'kuntratt

Question

Ma jaħsibx il-Ministru li m'għandux ikun aċċettabbli għall-ETC li organiżżazzjoni governattiva bħall-ITS li għandha għadd ta' ħaddiema f'diversi gradi li ilhom jaħdmu magħha aktar minn 15-il sena għadhom b'kuntratt li ilu jiġġedded kull xahrejn?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-impjegati b'kuntratt definit ma' l-ITS, qed ikollhom il-pozizzjoni tagħhom ezaminata fid-dawl tal-Legal Notice 51/07 biex jiġi determinat l-istatus tagħhom fil-futur.