Jista' il-Ministru jgħid liema huma l-programmi ta' l-Unjoni Ewropea li jistgħu jibbenefikaw minnhom enti pubbliċi jew privati jew individwi Maltin? Kemm hemm fondi disponibbli għal Malta f'dawn il-programmi? Kemm attwalment kienet ir-rata ta' ibbenefikar minn enti jew individwi Maltin tul l-aħħar sentejn? X'miżuri jew programmi hemm sabiex il-pubbliku jiġi informat b'dawn l-opportunitajiet?
Response (FRENDO, MICHAEL)
L-informazzjoni għadha qed tinġabar. Ir-risposta tingħata f'seduta oħra.
Jista' il-Ministru jgħid hux minnu li l-Gvern Malti diġa' bagħat l-agreement lill-Ambaxxata Ċiniża dwar l-ambaxxatur il-ġdid prospettiv ta' Malta għaċ-Ċina? Jekk iva, min huwa l-ambaxxatur il-ġdid li qed jiġi rikkmandat għall-approval ta' l-awtoritajiet Ċiniżi?
Response (FRENDO, MICHAEL)
Għadna qed nistennew l-'agrement' u allura mhuwiex prudenti li nagħti dettalji għalissa.
Jista' il-Ministru jgħid meta mistennija tinfetaħ il-missjoni Maltija fl-Indja? Xi staff complement mistennija jkollha? Ġiet identifikata l-persuna li mistennija tmexxi din l-ambaxxata, u jekk iva min hi?
Response (FRENDO, MICHAEL)
Kif diġa ħabbart kemm il - darba il-Gvern inpenjat sabiex jiftaħ Kummissjoni Għolja fl-Indja din is-sena.
Id-dettalji jitħabru fil-mument opportun.
X'inhuma l-kummenti tal-Ministru dwar dak li stqarr is-sotto segretarju Taljan għall-affarijiet barranin f'Malta mal-Ministru Frendo li "undersecretary Drago took this opportunity to repeat that Italy awaits Malta's final approval of the framework collaboration in the sectors of maritime surveillance search and rescue and maritime traffic control" kif irrapportat mill-ministeru ta' l-affarijiet barranin Taljan innifsu?
Jista’ il-Ministru jagħti ħjiel, wara l-interpellanza tiegħi 7013, jekk ġiex deċiż li l-Assemblea Parlamentari tal-EuroMed ikollha sede permanenti jew le?
Response (FRENDO, MICHAEL)
B'referenza għad-domanda numru 14266 nixtieq ninforma li m'hemm ebda kambjament mir-risposta li jien tajt għall-interpellanza numru 7013. Ma ttieħdet ebda deċiżjoni sabiex jitwaqqaf Segretarjat Permanenti għall-Assemblea Parlamentari Ewro Mediterranja. Anzi nżid li l-Istatut ta' din l-Assemblea jipprovdi mod ieħor kif ġej:
Rule 14
Secretariat
The Bureau and the other bodies of the Assembly shall be assisted in the preparation, proper conduct and follow-up of the Assembly's work, by a small-scale Secretariat composed of staff from each of Parliaments represented in the Bureau and coordinated by the staff member from the parliament whose representative in the Bureau holds the Presidency at the time.
Jista' il-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa globali għal fuel tal-ministeru, enti, kumpanniji eċċ li jaqgħu taħt il-ministeru tiegħu matul l-2005?
Response (FRENDO, MICHAEL)
Ninforma lill-onorevoli Interpellant illi n-nefqa globali għall-fuel tal-Ministeru u enti, li jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħi matul l-2005 kien ta' Lm 45,553.64 maqsumin bejn Lm 30,539.17 fi fuel għall-karozzi u Lm 15,014.47 fi fuel ieħor għall-heating u ieħor simili. Dawn l-ammonti jinkludu l-ispiża kollha għall-Ambaxxati, l-MIC, Forum Malta fl-Ewropa u l-ispiża taċ-CHOGM.
B'riferenza għat-tweġiba ta' mistoqsija parlamentari 16692, jista' il-Ministru jgħid kemm ingħataw fondi l-imsemmija NGOs? Xi proġetti kellhom jitwettqu?
Response (FRENDO, MICHAEL)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-fondi ġew imqassma sabiex jintlaħqu dawn l-għanijiet huma indikati hawn taħt. Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-fondi marbuta ma' kull proġett jitqassmu lill-NGOs fi "tranches" separati. Wara li tirċievi l-ewwel "tranche" l-NGO ma tirċeviex ammont ieħor qabel ma tkun għamlet rapport ddettaljat ta' kif intefqu l-flus ta' l-ewwel "tranche" u dan ir-rapport ikun kkunsidrat favorevolment mill-Kumitat Konservttiv Ministerjali tal-Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin inkarigat mit-tqassim tal-Fond tat-Tsunami.
SOS Malta
SOS Malta qed jaħdmu fuq żewġ proġetti li jinvolvu l-għotja ta’ dgħajjes tas-sajd, u r- rikostruzzjoni u rinovazzjoni ta’ kunvent u ta’ skola. S’issa ġew ordnati mitt (100) dgħajsa u sittin (60) ġew mogħtijia lis-sajjieda. Il-proġett ta’ rikostruzzjoni u rinovazzjoni tal- kunvent u skola ta’ Santa Marija f’Matara tlesta. L-għan ewlieni ta’ dan il-proġett kien li jiġi assigurat li t-tfal ta’ Matara (2500), fosthom orfni, jmorru lura l-iskola ġo klassijiet adegwati u b’hekk joffri inċentivi ġodda lil 80 għalliema ta’ l-istess skola. It-Total ta’ dawn iż-żewġ proġetti jammonta għall- LM160,320. Minnhom LM125,580 diġa’ ġew mogħtija lil SOS Malta.
Is-Soċjeta’ Maltija tas-Salib l-Ahmar
Is-soċjeta’ bniet raħal li ġie msemmi ‘Little Malta’. Il-proġett ikkonsista f’klinka u f’62 djar bl-għamara u kull wahda tikkonsisti f’żewġt ikmamar tas-sodda, salott, tojlit u kċina.
It- Total ta’ dan il-proġett jammonta għall- LM131,820. Minnhom LM46,200 diġa’ ġew mogħtija lis-soċjeta.
CTO
Il-Commonwealth Telecommunications Organisation (CTO) ħa jibnu ‘network tal- mini telephone’ magħqud ma dik nazzjonali biex iservi komunitajiet rurali magħżulin billi jintużaw teknoloġiji differenti skond kemm hu addattat għat-topografija u bżonnijiet oħrajn. Il-proġett huwa stmat li jqum Lm64,000 u l-Ministeru diġa ta LM22,440 lis-CTO.
Eng. Marco Cremona
Flimkien ma’ Dr.Mangion u s-Sur Grech qed jaħdem biex inaqqsu ftit il-problema ta’ l-ilma li qed tiffaċċja il-popolazzjoni tas-Sri Lanka. Il-proġett sar f’post jismu Madiha u hu relatat ma’ rikostruzzjoni ta’ skola għal tfal bi bżonnijiet speċjali. Dan il-proġett se jiswa Lm1,200. Il-Ministeru diġa ta LM1,200 għal dan il-proġett.
YMCA
Il-YMCA nieda programm biex iqajjem iż-żagħżagħ permezz ta’ l-isport u r-rikreazzjoni. Dan ħa jsir billi jitwaqqfu tlett ċentri ta’sport u rikreazzjoni-wieħed fin-naħa ta’ fuq (Point Pedro), naħa tal-lvant (Kaluwanchikudy), u naħa t’isfel/punent tal-pajjiż (Negombo). Dawn il-postijiet ġew magħżulin bl-iskop li jibnu spirtu ta’ paċi bejn it-tlett komunitajiet etnikament maqsumin. Dan il-proġett se jqum Lm35,000. Il-Ministeru diga ta is-somma ta’ LM12,200 għal dan il-proġett.
Koperattiva Kummerc Ġust
KKĠ għandu l-għan li jwaqqaf proġetti li jiġġeneraw d-dħul li se jagħti xogħol lil 85 nisa fil-qasam tal-kummerċ ġust. Ġew allokati Lm31,952 għall-proġett tal-KKĠ. Minn din is-somma LM11,200 diġa’ ngħattaw lil KKĠ.
Tajjeb li jingħad ukoll li fis-17 ta' Mejju 2005 kienet ħarġet Stqarrija għall-Istampa li tat l-informazzjoni indikata hawn fuq skond il-pożizzjoni dakinhar.
Jista' il-Ministru jgħid min huma l-persuni mid-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu li siefru fuq xogħol uffiċjali matul l-2005? Fejn marru, x'kienet ir-raġuni u kemm kienet l-ispiża għal kull safra?
Response (FRENDO, MICHAEL)
Naħseb li din il-mistoqsija ma tistax tindirizzaha lejn Ministeru li x-xoghol tiegħu jinvolvi safar kontinwu minn natura stess tal-ħidma tal-Ministeru. Kollox sar skond il-budget approvat mill-Parlament.
Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 16378 u jagħti lista ta' konsulenti jew kumpanniji ta' konsulenti, lokali jew barranin, li l-ministeru tiegħu, inklużi l-enti kollha li jaqgħu taħtu, għamel użu minnhom matul is-sena 2005? Fiex kienu jikkonsistu s-servizzi li ngħataw f'kull każ u kemm kienu l-ħlasijiet?
Response (FRENDO, MICHAEL)
Nixtieq ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Ministeru tiegħi u l-enti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħi użaw il-konsulenzi kif jidher hawn taħt, matul l-2005:
Lokali:
Konsulent
Servizz
Ħlas
Fenech & Fenech Advocates
Konsulenza Legali
Lm 855.50
Mr Saviour Camilleri
Survey
Lm 1,807.66
Dr Roderick Pace
Riċerka
Lm 885.00
MS-Three Services
Riċerka
Lm 123.50
Dr Louisa Baluci
Konsulenza
Lm 3,525.00
Perit Martin Xuereb
Konsulenza
Lm 15,570.07
Total:
Lm 22,766.73
Barranin:
Konsulent
Servizz
Ħlas
Smit en de Wolf Belastingadciseurs BV
Konsulenza fl-amministrazzjoni finanzjarja
Lm 92,09
Salah Al-Hejailan
Konsulenza legali
Lm 53
Total:
Lm 145.09
Grand Total:
Lm 22,911.82
Jista' il-Ministru jgħid kemm inxtraw karozzi matul is-sena 2005 mill-ministeru u d-dipartiment li jaqgħu fid-dekasteru tiegħu? Ta' liema tip kienu u kemm swiet kull waħda minnhom?
Response (FRENDO, MICHAEL)
Nixtieq ninforma lill-Onorevoli Interpellant li matul l-2005 il-Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin u d-dipartimenti li jaqgħu taħtu xtraw b'kollox erba' karozzi kif jidher hawn taħt:
High Commission, Canberra - Volvo 80 Lm 6,800,00
Malta Embassy, Riyadh - Ford Crown Lm 6,861.13
Malta Embassy, Tripoli - Hyundai Accent 2005 Xejn (ħlas minn assikurazzjoni)
Malta Embassy, Tunis - BMW 523i Lm 11,842.56
Jista' il-Ministru jgħid kemm daħlu bastimenti tal-gwerra f'Malta matul is-sena 2005? Ta' liema nazzjonalita' kienu u x'kien l-isem tal-vapur?
Response (FRENDO, MICHAEL)
Matul is-sena 2005 daħlu Malta tlieta u erbgħin (43) bastiment tal-gwerra fuq viżti ta' kortesija.
Dawn kienu mqassmin hekk :
Nazzjonalita Numru Isem Tal-Bastiment
TURKIJA 2 TCG EDINCIK PASA
TCG CEZAYIRLI GAZI HASAN PASA
ĠAPPUN 3 KASHIMA
MURASAME
YUUGIRI
RENJU UNIT 9 HMSTC CHALLENGER
HMS ENTERPRISE
HMS SCOTT
HMS ECHO
HMS ECHO
HMS ENTERPRISE
HMS EXETER
HMS ILLUSTRIOUS
HMS ROEBUCK
FRANZA 4 DUQUESNE
BORDA
CAPRICORNE
PLUTON
GERMANJA 3 KARLSRUHE
KARLSRUHE
FDB OSTE
STATI UNITI
TA` L-AMERIKA 8 USS ASHLAND
USS NORMANDY
USS ANTIETAM
USS NASHVILLE
USS PONCE
USS KAUFFMAN
USS HAWES
USS PORTER
AWSTRALJA 1 HMAS ANZAC
SPANJA 2 GALICIA
CAZADORA
POLONJA 1 OPR WODNIK
LIBJA 2 QORDABIA
IBEN ELHARITHAH
ITALJA 5 COMMANDANTE FOSCARI
MIMBELLI
GIORGIO CINI
CAPRERA
SAN GIUSTO
NETHERLANDS 2 HR MS DOLFIJN
HR MS MERCUUR
OMAN 1 AL MUAZZAR
Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin — Stqarrija dwar postings
Question
B'segwitu għall-istqarrija li jiena ħriġt għall-Istampa dwar allegat favoritiżmu f'ċerti postings li tħabbru dan l-aħħar permezz ta' posting order fil-ministeru tiegħek, tista' tikkonferma li anke l-UĦM kitbet lill-ministeru dwar dan il-każ fejn qed tallega li l-mod li bih saru ċerti postings wasslu għall-ksur tal-ftehim kollettiv bejn il-UĦM u l-ministeru? Jekk dan huwa minnu, x'passi ttieħdu f'dan ir-rigward?
Response (FRENDO, MICHAEL)
Il-Postings dejjem kienu u għadhom prerogattiva tal-Ministru responsabbli mill-Affarijiet Barranin. Ma hemm l-ebda ftehim kollettiv li jittratta din il-materja. L-allegazzjoni ta` favoriżmu hija assurda u bla bażi. L-Onorevoli Interpellant ma jistax jaddotta l-attitudni li jkun kuntent biss bl-għażliet li jaqbel magħhom hu.
Jista' il-Ministru jgħid kemm kienet l-ispiża globali tal-ministeru, dipartiment, kumpanniji eċċ. li jaqgħu taħt ir-responsabbilita' tiegħu ta' safar li sar matul l-2005? Kemm miċ-ċifra tħallset?
Response (FRENDO, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor Interpellant li matul l-2005 l-ispiża globali tal-Ministeru għall-Affarijiet Barranin fuq safar kienet ta` Lm413,112.47. Din l-ispiża hija kollha mħallsa.
Jista' il-Ministru jgħid liema kienu t-taxxi, it-tariffi jew il-miżati li ddaħħlu jew ġew riveduti (kemm jekk għolew kif ukoll jekk raħsu) minnu, mid-dipartimenti jew mill-awtoritajiet, istituzzjonijiet u aġenziji li jaqgħu taħtu minn Ottubru 2004 sal-lum? Jista' jindika wkoll kemm kienu qabel ma għolew u kemm saru wara li għolew?
Response (FRENDO, MICHAEL)
Jiena nfurmat li ma kien hemm l-ebda taxxi, tariffi jew miżati li ddaħħlu jew ġew rriveduti minn Ottubru 2004 sa' llum.
Jista' il-Ministru jgħid min huma d-diretturi u ċ-chairpersons tal-kumpanniji, enti u bordijiet li jaqgħu taħtu? Jista' jgħid x'remunerazzjoni u benefiċċji oħra għandhom kull wieħed minnhom?
Response (FRENDO, MICHAEL)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onor Iterpellant.
Jista' il-Ministru jgħid kemm tħallsu f'hospitality f'ristoranti/lukandi bejn Ottubru u Diċembru 2005?
Response (FRENDO, MICHAEL)
B`riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 16404 tad-9 ta` Jannar 2006, nixtieq ninforma lill-Onor Interpellant li ma nistax nifhem x`utilita` jista` jkollha l-informazzjoni dettaljati li qed jitlob l-Onorevoli Membru. Għalhekk, kif ukoll għaliex il-ħin estensiv li jkun meħtieġ sabiex tinġabar din l-informazzjoni jista` jintuża aħjar, ma nħoss li hemm il-ħtieġa li tingħata l-informazzjoni li qed tintalab.
Jista' il-Ministru jgħid jekk hemmx xi NGO li rċieva għajnuna mill-gvern jew minn xi ente governattiva fid-diżgrazzja tat-Tsunami? Jekk kien hemm, liema kienu ?
Response (FRENDO, MICHAEL)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li, sa Diċembru 2005, kien hemm 6 NGOs li irċevew għajnuna mill-fondi li nġabru waqt il-programm l-Istrina, amministrati mill-Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin, fuq parir tal-Kumitat Ministerjali li nħatar biex jagħti pariri lill-Ministeru fuq it-tqassim tal-fondi bl-akbar mezz effettiv.
Dawn kienu:
- Malta Red Cross
- SOS Malta
- Commonwealth Telecommunictions Organisation
- Kooperattiva kummerc Ġust
- Water Treatment Study
- YMCA
Jista' il-Ministru jgħid liema huma l-enti pubbliċi, awtoritajiet u/jew korporazzjonijiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu?
Kemm minn dawn l-enti eċċ, jagħmlu outsourcing ta' xogħol legali (legal advice and litigation) tagħhom?
Fil-każ li jsir outsourcing ta' xogħol legali, min huma l-avukati mqabbda?
Kemm jitħallsu kull sena jew perjodikament dawn l-avukati?
Jista' il-Ministru jgħid kemm kienet l-ispiża totali li l-Ministeru tiegħu, inkluż l-enti kollha li jaqgħu taħtu, għamel fuq mobile phones matul is-sena 2005?
Response (FRENDO, MICHAEL)
B`risposta għall-mistoqsija numru 16391 tad-9 ta` Jannar 2006 dwar mobile phones, ninforma lill-Onor. Interpellant li sakemm ma ningħatax raġuni `l għala qed tintalab, ma nara l-ebda skop li tinġabar l-informazzjoni mitluba.
Informazzjoni dettaljata fuq infiq attwali tal-Gvern tingħata fir-rapport Finanzjarju li t-Teżor jippublika aktar tard fis-sena.