Legislature:
Category:
Reset
Active:

Malta u Għawdex – trinek fit-toroq – garanzija tax-xogħol

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk kuntratturi li jkunu ser jagħmlu trinek fit-toroq, f'Malta u f’Għawdex, fil-fatt jintalbux iħallsu xi garanzija, biex fil-każ li x-xogħol ma jsirx sew, fil-fatt tkun tista’ ssir it-tiswija neċessarja, billi jintużaw dawn l-istess flus?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li kull kuntrattur li hu reġistrat ma’ Transport Malta biex jagħmel xi xogħol fit-toroq f’Malta u Għawdex, jiġi mitlub jipprovdi garanzija bankarja ta’ €15,000 skont il-ftehim li jsir mal-istess Awtorità u kif inhu stabbilit fil-liġi. Tali garanzija tintuża f’każ ta’ xi nuqqasijiet min-naħa ta’ l-istess kuntrattur waqt it-twettieq tax-xogħol kif ukoll jekk jonqos li jsewwi xi xogħol li jkun għamel ħażin.

Il-Belt Valletta — Parkeġġi riżervati għal persuni li jaħdmu f’Ministeri jew dipartimenti tal-Gvern

Question

B’referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 28307, jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm b’kollox (bħala numru) parkeġġi riservati għall-persuni li jaħdmu fil-Ministeri, dipartiment jew entitajiet tal-Gvern fil-Belt Valletta?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li m’għandi xejn x’inżid għar-risposti mogħtija għall-mistoqsijiet parlamentari 28307.

Valletta Servicing Directorate — ħidma

Question

Jista’ l-Ministru jagħti rendikont dettaljat tax-xogħol li sar mill-Valletta Servicing Directorate kemm ilu li twaqqaf?

Response (MIZZI, JOE)

Il-Valletta Servicing Directorate li twaqqaf f’nofs is-sena l-oħra u għalkemm kompost minn erba’ ħaddiema biss, diġa’ għamel numru ta’ xogħlijiet bil-għajnuna ta’ Direttorati fi ħdan id-Dipartiment tax-Xogħlijiet u l-Enemalta. Fost dawn kien hemm: . Ġew imqiegħda bankijiet u planters ġodda fi Triq ir-Republika . Ġie rilokat il-Monument ta’ Sette Giugno minn ġnien Hastings għal Pjazza San Ġorġ u saret ukoll riabilitazzjoni tal-monument. . Manutenzjoni u riabilitazzjoni tal-arbli tad-dawl fi triq il-Meditteran . Riabilitazzjoni ta’ central strip ta’ Triq il-Meditteran . Wiċċ ta’ toroq ġodda fi Triq Assedju Triq Marsamxett Triq San Bastjan Triq St Elmo Place Triq Il-Meditteran Wiċċ ġdid ta’ parti minn Triq l-Ifran Wiċċ ġdid ta’ Xatt Il-Barriera Tindif u ħasil ta’ toroq fil-għaxija skont skeda mid-Diretoratt għat- Tindif Xogħlijiet ta’ manutenzjoni ta’ rutina . Manutenzjoni u tisbiħ fil-pjazza ta’ Triq il-Lanċa . Tiswijiet u manutenzjoni tad-dwal kollha fi Triq ir-Repubblika . Manutenzjoni u tiswijiet tal-funtana fi Pjazza Mattia Preti (li kienet ilha diversi snin ma taħdimx) u ġew istallati dwal ġodda .Tisbiħ u manutenzjoni tal-Pjazza Mattia Preti li anke sar aċċess aktar faċli ta’ Triq fil- viċin, permess li ġiet irranġata għall- qies aktar addatat għall-planter . Tisbiħ u manutenzjoni fiż-żona wara il-bini ta’ Dar il-Mediterran . Manutenzjoni fid-dwal ta’ Lascaris Ditch . Manutenzjoni ta’ Drenaġġ u storm gutters ta’ diversi żoni . Manutenzjoni tal-funtana fi pjazza San Ġorġ (rijabilitazzjoni tal-funtana il-kbira għadha għadejja permezz ta’ bdil ta’ nozzles u partijiet elettroniċi (li ilhom ma jaħdmu sewwa għal diversi snin) saru wkoll tiswijiet tal-ġibjun tal-funtana. . Stallazzjoni temporanja ta’ dwal fiż-żona tal-Biskuttin . Tiswijiet ta’ membrane tal-Knisja tal-Vitorja . Tiswijiet ta’ dwal tal-knejjes tal-Vittorja u Santa Katerina . Tiswijiet ta’ dwal fil-Barrakka . L-istruttura tal-Boċċa ġiet rilokata minn wara il-Parlament għal Pjazza La Vallette . Tiswijiet ta’ dwal, fit-triq Zakkarija, Pjazza Repubblika, Pjazza San Ġwann, Triq Nofsinhar, Triq l-Ifran, Triq l-Assedju il-Kbir,Triq Marsamxett, Triq Mikiel Anton Vassalli, Triq Il-Meditteran Apparti dan kollu il-Valletta Servicing Directorate qiegħda tikkordina numru ta’ laqgħat ma’ diversi entitajiet ġewwa l-Belt fosthom il-kunsill lokali biex tassigura koperazzjoni dwar xogħlijiet li qegħdin isiru.

Valletta Servicing Directorate — budget

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hu l-budget tal-Valletta Servicing Directorate għas-sena 2017 u jagħti d-dettalji ta’ kif inhu maqsum dan il-budget?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-budget kapitali għas-sena 2017 allokat lill-Grand Harbour Regeneration Corporation huwa ta’ €8 miljun ewro. Huwa maħsub li €1.7 miljuni jkunu utilizzati għal proġetti li jitwettqu mill-Valletta Servicing Directorate. Tali proġetti jsiru skont il-prioritajiet, fondi disponibbli u l-proċess tal-akkwist.

Ħal Qormi – culvert fil-kantuniera bejn Triq il-Ħammieri u Triq ix-Xitwa

Question

Jista' l-Ministru jara li jiġi stallat culvert fil-kantuniera bejn Triq il-Ħammieri u Triq ix-Xitwa Ħal Qormi minħabba l-ammont konsiderevoli ta’ ilmijiet li jinġabru f'każ ta' maltemp?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li d-Dipartiment se jistudja din it-talba biex jara kif tista’ tkun solvuta din il-problema.

Trasport pubbliku b’xejn għall-persuni li jagħlqu t-18-il sena

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk hux possibbli li l-iskema li ħareġ il-Gvern li kull min jagħlaq it-18-il sena matul l-2017 ikun jista’ juża t-trasport pubbliku b’xejn, tiġi estiża għal kull persuna li jkollha 18-il sena matul l-2017 biex tkun tista’ tuża t-trasport pubbliku b’xejn?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-iskema mħabbra fil-Budget kienet speċifika li din kienet tapplika għal dawk il-persuni li jagħlqu t-tmintax-il sena fis-sena 2017.

Transport Malta – Maintenance Department — executive

Question

B’referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 25480, jista’ l-Ministru jgħid x’inhu l-irwol ta’ Executive fil-Maintenance Department? Jista’ jgħid x’inhuma l-kwalifiki kif ukoll l-esperjenza li għandha l-persuna li qegħdha fil-pożizzjoni ta' Executive fil-Maintenance Department?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-responsabilità principali ta’ executive fil-Maintenance Department huwa li jiżgura li x-xogħlijiet ta’ manutenzjoni mitlubin mid-Direttorati li għandha l-Awtorità jitwettqu, kif ukoll li jsegwi l-progamm ta’ xogħlijiet ta’ dan id-Dipartiment. L-impjegat konċernat għandu l-kwalifiċi mitlubin fis-sejħa maħruġa għal din il-pożizzjoni li jinkludu: · Liċenzja Nawtika · Ħames snin esperjenza fil-manutenzjoni ġenerali fil-qasam Marittimu Rekwiziti oħra li ntalbu kienu: · Mgħallem f’dak li għandu x’jaqsam apparat marittimu; · Ikun jaf jgħum; · Kapaċi jaħdem fil-għoli.

Leak ta’ culvert – każ ta’ individwu

Question

B'referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 28198, jista' l-Ministru jara li dan il-każ jiġi solvut?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li Transport Malta se tkun qiegħda tinvestiga u tipproċedi skont l-obligi u l-kompetenzi tagħha.

Ħaż-Żebbuġ u s-Siġġiewi — frekwenza ta' tal-linja

Question

B'referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 28606, jista' l-Ministru jgħid xi żviluppi kien hemm?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li Transport Malta għamlet stħarriġ minn diversi bus stops ġewwa l-lokalita’ ta’ Ħal-Qormi bejn it- 22 ta’ Novembru u il-25 ta’ Novembru 2016, fil-ħinijiet ta’ bejn is-sitta u l-għaxra ta’ filgħodu. Minn dan l-istħarriġ, irriżulta li kien hemm stanzi fejn kien hemm passiġġieri li ma’ rikbux mal-ewwel karrozza tal-linja li waslet fuqhom u dan minħabba illi il-karozza tal-linja kienet mimlija. L-istħarriġ wera ukoll illi dawn l-istess passiġġieri rikbu mal-karozza tal-linja ta’ wara u bħala medja dawn damu jistennew madwar 8 minuti.

Ħal Qormi — bdil ta' sinjali

Question

B'referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 28601, jista' l-Ministru jgħid xi żviluppi kien hemm?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-ħruġ kollu ġo triq l-Imdina huwa kollu ‘stop’ minbarra dik ta’ ħdejn l-FXB. Dan minħabba li normalment stop signs jitqiegħdu fejn il-ħruġ ikun eżatt mal-vija tal-karreġġjata prinċipali. Fil-każ tal-Give Way ħdejn l-FXB, din preżentament qegħda hekk minħabba li l-vetturi li jkunu ġejjin minn Ħaż-Żebbuġ lejn Ħal-Qormi fuq il-karreġġjata ta’ barra suppost qed iduru minn ġo ‘slip road’ lura lejn Ħaż-Żebbuġ. Fil-fatt, fit-triq prinċipali hemm ‘hatching’ mal-art fejn jindika li vetturi mhux suppost jgħaddu minn fuqha. Dan jagħti viżibiltà tajba għal vetturi li jkunu qed iduru mal-FXB u minħabba il-preżenza tal-hatching qabel jippermetti il-‘give way’. Madanakollu, Transport Malta qed terġa’ tara jekk hemmx il-bżonn li jkun hemm xi bdil fis-‘setup’ preżenti minħabba li jista’ jkun li l-bżonn ta’ priorita fit-triq jaf ikun inbidel.

Triq li tibda mix-Xemxija sal-Mellieħa – xogħlijiet tat-TEN T

Question

Billi skont ir-risposta għall-mistoqsija parlamentari 5641, ix-xogħol fuq it-triq li tibda mix-Xemxija sal-Mellieħa, il-Ministru kien weġibni li dawn ix xogħlijiet qed jiġu evalwati flimkien ma' proġetti oħra tat-TEN T, jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar xi żviluppi seħħew mit-8 ta' Novembru, 2013 sal-lum?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li, kif ntqal fi tweġibiet għall-mistoqsijiet parlamentari preċedenti, qafas regolatarju ġdid daħal fis-seħħ għal dak li jirrigwarda l-iżvilupp tat-Ten-T network. Fil-każ ta’ Malta, dan kien ifisser li n-network ġewwa Malta ġie estiż minn 51km għal 112km u maqsum f’Ten-T Core Network u Ten-T Comprehensive Network. Ir-regloament il-ġdid jindika li toroq taħt it-Ten-T Core Network jridu jitlestew sas-sena 2030 u dawk taħt it-Ten-T Comprehensive Network jridu jitlestew sas-sena 2050. Kif ntqal ukoll fi tweġibiet preċedenti, il-proġetti tat-Ten-T f’Malta ġew prioritiżżati għall-implimentazzjoni sas-sena 2025 skont diversi fatturi u analiżi dettaljata li tibbaża fuq disponibilità ta’ fondi u l-obbligi legali li titlesta it-Ten-T Core Network sas-sena 2030. B’riżultat ta’ dan it-triq bejn ix-Xemxija u l-Mellieħa mhux indikata li għandha titlesta qabel is-sena 2025 skont il-proġetti tat-Ten-T network.

Mosta — Triq id-Difiża Ċivili - roundabout

Question

Jista' l-Ministru jieħu l-passi meħtieġa sabiex f'salib it-toroq mal-entratura ta' Lidl fi Triq id-Difiża Ċivili l-Mosta, issir roundabout kif kien ordnat li jsir mill-Awtorità tal-Ippjanar (PA) bħala kundizzjoni tal-permess ta' żvilupp? Din il-proposta qed issir għaliex f'dan il-post diġà seħħew inċidenti tat-traffiku li kienu perikolużi.

Response (MIZZI, JOE)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi il-Mistoqsija tiegħu lill-Ministri kkonċernati.

Mosta — sinjali tat-traffiku mar-roundabouts

Question

Jista' l-Ministru jieħu l-passi meħtieġa sabiex mar-roundabout ta' Triq ta' Żejfa salib it-toroq ma' Triq San Pawl tal-Qliegħa fil-Mosta u mar-roundabout li hemm f'tarf ta' Triq il-Kostituzzjoni salib it-toroq ma' Triq id-Difiża Ċivili l-Mosta, isiru sinjali li juru li madwar ir-roundabout il-karozzi jistgħu jsuqu f'two lanes u mhux single lane? Din il-proposta qed issir sabiex it-traffiku jkun jista' jsuq bil-ħeffa aktar u b'aktar sigurtà madwar dawn iż-żewġ roundabouts?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li għaddejt il-proposta tiegħu lil Transport Malta għal kunsiderazzjoni tagħha.

Mosta — Triq id-Difiża Ċivili - bankina

Question

Jista' l-Ministru jieħu l-passi sabiex jara li Transport Malta tibni bankina fuq naħa waħda ta' Triq id-Difiża Ċivili fil-Mosta la darba l-kunsill lokali ma għandux il-finanzjament meħtieġ għax ġaladarba ssir din il-bankina, tkun qed tinħoloq aktar sigurtà għal min jimxi f'din it-triq?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ladarba l-kunsill m’għandux fondi, din il-Mistoqsija għandha tiġi riferuta il-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali u lill-Ministru għall-Finanzi

Transport Malta – uffiċjali – kriterji għaċ-ċitazzjonijiet

Question

Jista’ l-Ministru jagħti rendikont ta’ xi kriterji jintużaw minn Transport Malta għaċ-ċitazzjonijiet li jingħataw mill-uffiċjali ta’ Transport Malta stess lill-vetturi privati?

Response (MIZZI, JOE)

Ninsab infurmat illi l-kriterji li jintużaw mill-uffiċjali ta’ infurzar ta’ Transport Malta fil-ħruġ ta’ ċitazzjonijiet lill-vetturi huma dawk li dejjem intużaw u li joħorġu mis-setgħat mogħtija lilhom fil-Liġi.

Santa Venera – Triq Adelaide Cini — xogħlijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'kien l-ammont tal-istima li ġiet maħduma għax-xogħlijiet li jridu jsiru fi Triq Adelaide Cini kantuniera ma’ Triq Vivion u Triq il-Marki¿ Scicluna, f'Santa Venera? Jista' l-Ministru jgħid meta ser ikunu qed jitlestew dawn ix-xogħlijiet?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li din it-triq tinstab fuq il-lista ta’ toroq residenzjali li għandhom jingħataw wiċċ minn Transport Malta ġaladarba jkunu ffurmati mill-iżviluppaturi jew residenti, skont l-obbligi tagħhom. Ix-xogħlijiet fuq din it-triq imbagħad isiru skont il-prioritajiet, fondi pubbliċi u l-proċess tal-akwist.

Santa Venera – Triq Tumas Dalli — xogħlijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'kien l-ammont tal-istima li ġiet maħduma għax-xogħlijiet li jridu jsiru fi Triq Tumas Dalli kantuniera ma’ Triq il-Ferrovija f'Santa Venera? Jista' jgħid meta ser ikunu qed jitlestew dawn ix-xogħlijiet?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li parti minn din it-triq għadha ma ġietx żviluppata. Il-parti li hija żviluppata fil-fatt diġà kienet asfaltata.

Ħamrun – ċentru — xogħlijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhuma x-xogħlijiet maġġuri fiċ-ċentru tal-Ħamrun li saru fl-2016? Jista' jgħid ukoll x'hemm ippjanat li jsir matul din is-sena, fejn ser ikun qed isir u meta hu ppjanat li jitlesta?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li tul is-sena 2016 saru xogħlijiet ta’ resurfacing tul il-Marsa/Ħamrun Bypass. Għal din is-sena Transport Malta se tkun qiegħda tagħmel xogħlijiet fuq il-bankini u tibdil ta’ servizzi fiċ-ċentru tal-istess lokalità.

Xufiera — tags

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'se jkun qed jagħmel biex titneħħa l-anomalija li teżisti bħalissa fejn hemm persuni li qed ikunu mċaħħda mit-tag għal xufier ta' taxi u dan għaliex l-individwu jkollu kondotta ħażina, mentri l-istess persuna tista' tkun qed taħdem bħala xufier ma’ tal-linja? Jista' l-Ministru jgħid jekk b'din ir-reviżjoni, persuni li jkunu fuq probation humiex se jkunu intitolati sabiex ikollhom tag għal xufier ta' taxi? Jista' jgħid meta se jkunu qed jinbidlu dawn ir-regolamenti?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li bħalissa Transport Malta qed taħdem fuq ir-reviżjoni u l-armonizzazzjoni tar-regolamenti preżenti sabiex tiġi ndirizzata din l-anomalija, li ta’ min wieħed jiċċara ma ġietx maħluqa taħt l-amministrazzjoni preżenti.

Toroq arterjali — xogħlijiet

Question

Jista’ l-Ministru jagħti tagħrif dwar liema partijiet tat-toroq arterjali li kienu inklużi bħala parti mix-xogħol li kellu jsir mit-Trans-European Transport Network (TEN-T) fil-fatt saru? Liema partijiet mill-istess toroq għadhom ma sarux, u meta mistenni li jinbeda x-xogħol fuqhom? Liema xogħol preparatorju għal partijiet li għadhom ma’ sarux, fil-fatt diġà tlestew?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-Transport Master Plan 2025 tinkludi l-lista ta’ proġetti taħt it-Ten-T road network li għandhom jiġu mplimentati sas-sena 2025. Dawn jinkludu sezzjonijiet tat-Ten-T core network fiż-żona tal-Marsa Addolorata, liema proġett jinsab fil-fażi avvanzata ta’ippjanar, kif ukoll il-proġett tal-Kappara, li bħalissa għaddejjin ix-xogħlijiet fuqu. Il-kumplament tal-proġetti, kif ukoll dawk ta’ wara s-sena 2025, huma mniżżla fit-Transport Master Plan 2025 li mistennija tiġi ppublikata fil-futur qrib.