Kumpaniji/għaqdiet li ma ħallsux l-kontijiet tat-telefon
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm kumpaniji/għaqdiet li ma ħallsux il-kontijiet tagħhom tat-telefon fl-2003? Kien hemm min ma baqax jingħata s-servizz? Kemm huwa l-ammont totali ta' ħlasijiet li għandhom jagħtu dawn il-kumpanniji/organizzazzjonijiet għall-2003 u s-snin ta' qabel?
Response (GATT, AUSTIN)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jirreferi għat-tweġiba li tajt għall-P.Q. 1130.
Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa dovut lill-Enemalta għall-ħlasijiet ta' kontijiet minn djar privati li ma tħallsux fl-2003 u fis-snin ta' qabel?
Response (GATT, AUSTIN)
Fl-aħħar ta' Diċembru 2003 il-kontijiet pendenti domestiċi u postijiet kummerċjali żgħar kienu hekk -
Malta Lm 11,885,273
Għawdex Lm 778,292
Total Lm 12,663,565
Minn dawn l-ammonti -
Lm6,472,538 kienu kontijiet li kienu għadhom kif ħarġu u l-perjodu tal-Kreditu kien għadu m'għaddiex,
Lm1,124,894 kienu kontijiet pendenti ta' bejn 3 u 6 xhur,
Lm1,026,800 kienu kontijiet pendenti ta' bejn 6 u 9 xhur
Lm662,247 kienu kontijiet pendenti ta' bejn 9 u 12-il xahar
Lm3,377,086 kienu kontijiet ta' aktar minn sena.
In-numru ta' 'Accounts' f'dawn is-setturi ilaħħaq mal-230,000 -
190,000 domestiċi - (djar, garaxxijiet domestiċi)
40,000 kummerċjali żgħar - (ħwienet, uffiċini, garaxxijiet etc)
L-ammonti huma biss tal-konsumaturi ta' l-elettriku.
Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa dovut lill-Enemalta minn kumpaniji/għaqdiet, eċċ., li ma ħallsux il-kontijiet fl-2003 u s-snin ta' qabel? Jista' jelenka l-kumpaniji/għaqdiet, eċċ, li l-aktar għandhom jagħtu?
Response (GATT, AUSTIN)
Fl-aħħar ta' Diċembru 2003 il-kontijiet pendenti f'dawn is-setturi (hotels, fabbriki, ażjendi kummerċjali kbar, sptarijiet, dipartimenti tal-Gvern u Farms, kien ta' LM17,763,663.
Minn dan l-ammont -
LM8,258,577 huma kontijiet kurrenti li l-perjodu tal-Kreditu għadu ma għaddiex,
LM3,450,010 huma kontijiet li ilhom pendenti bejn 3 u 6 xhur,
LM717,109 huma kontijiet li ilhom pendenti bejn 6 u 9 xhur,
LM1,022,403 huma kontijiet li ilhom pendenti bejn 9 u 12-il xahar,
LM4,315,564 huma kontijiet li ilhom pendenti aktar minn sena.
Fl-aħħar ammont hemm id-djun tat-Tarznari, għalhekk huwa għoli ħafna
Korporazzjoni ħas-servizzi ta' l-ilma — Nuqqas ta' ħlasijiet
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm għandha tieħu l-Korporazzjoni għas-Servizzi ta’ l-Ilma minn djar privati minħabba n-nuqqas ta' ħlasijiet ta' kontijiet ta’ l-ilma fl-2003 u s-snin ta' qabel?
Response (GATT, AUSTIN)
Il-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma kontinwament toħroġ kontijiet u kontinwament iddaħħal ħlasijiet. Għaldaqstant iċ-ċifri li ntalbu mill-Onorevoli Interpellant ma jeżistux għal xi sena jew oħra, iżda jistgħu jingħataw għal ġurnata partikulari.
L-ammonti li kienu dovuti fil-31 ta' Diċembru ta' l-aħħar tliet snin lill-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma għall-konsum ta' ilma fi djar privati kien hekk -
Malta Għawdex Total
Lm Lm Lm
2001 4,494,500 111,711 4,606,211
2002 5,303,981 115,635 5,419,616
2003 4,494,719 85,646 4,580,365
Jista' il-Ministru jaġġornani dwar l-informazzjoni ta' mistoqsija parlamentari 3569 għar-rigward tas-servizz ta' l-elettriku għas-snin 2002, 2001, 2000, 1999 u 1998, separatament?
Response (GATT, AUSTIN)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Fil-preżent f'Malta u Għawdex separatament, jista' il-Ministru jgħid kemm hu n-numru ta' arretrati ta' kontijiet tad-dawl u l-ilma li qed jitħallsu b'arranġamenti speċjali minħabba li ħlas dovut ma sarx lill-korporazzjoni in kwestjoni?
Response (GATT, AUSTIN)
L-arretrati li qed jithallsu b'arrangamenti specjali minhabba hlas dovut li ma sarx lil Water Services Corporation u l-Enemalta Corporation huwa hekk kif indikat hawn taht:
Numru ta' Kontijiet
Ilma Dawl
Malta 1199 341
Ghawdex 45 xejn
Total 1244 341
Jista' il-Ministru jgħid meta hemm il-ħsieb li l-Air Malta ssegwi l-prattika ta' linji ta' l-ajru oħrajn u benefiċċji li jgawdu l-imsieħba miżżewġa ta' impjegati tagħha jibdew igawduhom l-imsieħba li jikkoabitaw ma' impjegati tagħha?
Response (GATT, AUSTIN)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija Parlamentari Nru 3911.
Wied il-Għajn — Triq San Franġisk - qtugħ fil-provvista ta' l-elettirku
Question
Possibbli l-korporazzjoni Enemalta tipprova ssolvi darba għal dejjem il-problema ta' street lighting fi Triq San Franġisk, Wied il-Għajn għax qed ikun maqtugħ ta' spiss?
Billi din il-problema ilha sejra għal xhur sħaħ bid-dawl ta' barra aktar maqtugħ milli jixgħel, possibbli l-korporazzjoni Enemalta tirrimedja din il-problema darba għal dejjem?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-manutenzjoni meħtieġa saret fit-2 ta' Frar 2004.
Stabilimenti kummerċjali — Sospensjoni fil-provvista ta' l-elettriku
Question
F'Malta u Għawdex separatament fis-sena 2003, jista' il-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' stabilimenti kummerċjali, lukandi, fabbriki, djar privati, eċċ., li l-korporazzjoni Enemalta issospenditilhom il-provvista tad-dawl minħabba l-arretrati li għandhom iħallsu għas-servizz in kwestjoni?
Response (GATT, AUSTIN)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 3569.
Jista' il-Ministru jagħti l-ammont ta' dħul matul is-sena 2003 li kull wieħed mill-awtoritajiet, regolaturi u entitajiet pubbliċi oħra li jaqgħu taħt ir-responsabbilta' tiegħu daħħlu direttament u li f'xi żmien qabel l-1998 kienu jidħlu direttament fil-fond konsolidat fir-revenue tal-gvern u inklużi fl-estimi ġenerali approvati mill-Parlament?
Jista' f'kull każ jagħti s-sena minn meta dan id-dħul ma baqax inkluż fl-estimi ġenerali u beda jinġabar direttament minn dawn l-awtoritajiet u azjendi, korpi parastatali, eċċ. skond il-każ?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li peress li l-informazzjoni għadha qed tinġabar ir-risposta tingħata f'xi seduta oħra
Possibbli l-korporazzjoni Enemalta ssewwi l-ħsara li hemm f'parti minn Triq il-Qaliet u Triq l-Imriekeb, f'Wied il-Għajn għax ilhom ħafna bl-istreet lighting mitfi?
Response (GATT, AUSTIN)
Jien infurmat li l-manutenzjoni meħtieġa saret fid-29/01/2004.
B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 3963, jista' il-Ministru jgħid ma min sar il-kuntratt għat-tindif fit-tarzna; kemm qed jiswa u meta sar?
Response (GATT, AUSTIN)
Tliet kumpaniji li jipprovdu servizz ta' tindif intalbu jagħmlu offerta biex jipprovdu servizz temporanju ta' tindif fil-Malta Shipyards Ltd.
Intlaħaq ftehim temporanju mal-kumpanija Bad Boys Cleaning Company Ltd., li għamlet l-irħas offerta, liema ftehim huwa ta' natura kummerċjali u kunfidenzjali.
Jista' il-Ministru jgħid kemm saru transazzjonijiet bl-internet matul is-sena 2003 fuq: 1) B2B, 2) B2C, u 3) G2C?
Response (GATT, AUSTIN)
Jiena infurmat li sa issa għad ma nġabritx statistika dwar il-kummerċ elettroniku fis-sena 2003. Æalhekk iċ-ċifri preżentati huma għas-sena 2002, fejn 19.03% mill-bejgħ totali sar permezz ta' l-Internet. Minndan il-bejgħ 30.05% kien B2B u 31.37% kien B2C.
Fl-2003 it-total ta' transazzjonijiet G2C kien ta' 413,527.
Jista' il-Ministru jgħid kemm kienet l-ispiża sabiex ġie ppubblikat ir-rapport annwali tal-WSC li tqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra f'dawn il-ġranet? Fejn ġie stampat?
Response (GATT, AUSTIN)
Ir-rapport annwali ta' din is-sena ġie jiswa lill-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma kif imsemmi hawn taħt -
Disinn Lm 641.25
Pre-press Lm 814.76
Printing Lm1947.50
Il-prezzijiet imsemmija kollha jinkludu l-VAT fejn hu applikabli.
Il-kumpanija li stampat ir-rapport hi Poulton's Print shop ta' Ħal-Qormi.
Id-designer u l-printer kienu magħżula wara sejħa għall-offerti.
Jista' il-Ministru jgħid x'kienu l-konklużjonijiet ġenerali ta' rapport ta' 46 paġna li sar mill-kumpannija Airclaims dwar ix-xiri tal-RJs mill-Air Malta? Fid-dawl ta' l-ilmenti kbar li hemm dwar is-servizz tal-posta mindu daħlet is-sussidjarja ta' New Zealand post - Transend - tmexxi l-Maltapost, x'deċiżjoni se jieħu l-gvern dwar jekk iġeddidx jew itemmx il-management contract ta' sentejn li wasal biex jagħlaq?
Response (GATT, AUSTIN)
L-informazzjoni mitluba dwar l-Air Malta hi ta' natura kummerċjali.
Dwar il-kuntratt mat-Transend, il-Gvern iħabbar id-deċiżjoni tiegħu meta jkun il-waqt.
Jista' il-Ministru jgħid jekk sarx xi kuntratt għat-tindif fit-tarzna? Jekk iva, ma min, kemm qed jiswa u meta sar?
Response (GATT, AUSTIN)
It-Tarzna għandha arranġamenti temporanji, wara sejħa għall-offerti, ma kumpanija tat-tindif biex isir ċertu tindif. Dan l-arranġament jintemm malli jsir ftehim mal-MIMCOL biex it-tindif fit-Tarzna jsir minn ħaddiema li jaqgħu taħt ir-responsabbilta' tal-MIMCOL.
Jista' il-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari numru 3875 u cioe' jgħid kemm qamet il-postal delivery sorting system li xtrat il-Maltapost? Jista' jgħid mnejn inxtrat? Jista' jgħid jekk saritx sejħa għall-offerti? Min tefa' l-offerta? Kif intgħażlet u min għażilha?
Response (GATT, AUSTIN)
Jien infurmat illi l-"management" tal-Maltapost f'April 2002 talbu kwotazzjonijiet mingħand Northport Manufacturing Corporation (USA/Canada), PVI Industries (Svezja) u Transend (New Zealand). Waqt li ta' l-ewwel ma ssotomettewx "bid", l-offerta tat-tieni kumpannija kienet ogħla minn dik tat-Transend u għalhekk ġiet magħżula dik l-offerta bil-prezz ta' LM21,233.
Jien infurmat ukoll illi wara li l-"management" sab illi bl-użu tas-sistema l-ġdida kien qed jiffranka fuq is-"sorting time" f'Awissu/Settembru 2002 reġa talab kwotazzjoni oħra miz-zewġ kumpanniji għal aktar components tas-sistema u dik tal-kumpannija svediza kienet ogħla b'euro 315,000.
Jien infurmat ukoll illi sar xi xogħol lokalment fuq din is-sistema għall-prezz ta' LM18,500 mingħand Bona Garage.
Jista' il-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' households li matul din is-sena kellhom is-servizzi tad-dawl u l-ilma sospiżi minħabba li rriżulta li kienu lura fil-pagamenti dovuti lill-entitajiet in kwestjoni?
Jista' jinformani bl-istess tagħrif ta' persuni self-empoyed, small businesses, fabbriki, lukandi, ristoranti, eċċ.?
Response (GATT, AUSTIN)
Nirreferi l-Onor. Interpellant għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari numru 2160.
Dwar sospensjoni tas-servizz ta' l-ilma, mhux possibli li jingħata l-breakdown mitlub għax il-kategoriji ta' konsumaturi li ssemmew fil-mistqosija ma jirriflettux il-kategorji differenti ta' konsumatur fir-rekords tal-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma.
Rigward is-servizz ta' l-elettriku ninforma lill-Onor. Interpellant illi matul l-2003, l-Enemalta għamlet 2703 sospensjonijiet tal-elettriku minħabba kontijiet mhux imħallsa.
Dawn is-sospensjonijiet kienu maqsumin hekk:
Settur Industrijali - 9
(Fabbriki)
Settur Kummerċjali kbir - 32
(lukandi, supermarkets,
Holiday Apartments etc)
Settur Kummerċjali żgħir - 423
(retail outlets, offices etc)
Settur Domestiku - 2239
Jista' il-Ministru jgħid x'inhuma r-raġunijiet li għalihom id-drenaġġ ilu minn Settembru jiżbroffa u jnixxi fit-triq tal-Manikata ħdejn il-Knisja? Għaliex ma ttieħdux passi biex isolvu dawn il-problemi li qed joħolqu inkonvenjent kbir għal min jgħix hemm jew iżur il-post? Meta se jittieħdu l-passi meħtieġa?
Response (GATT, AUSTIN)
Is-sewer main minn hdejn il-knisja tal-Manikata sal-pompa ta' Ghajn Znuber huma f'kundizzjoni hazina. Saru diversi tentattivi biex jissewwa imma kollu ghalxejn. L-unika soluzzjoni permanenti tal-problema hija li jinbidel il-main kollu. Dan ser isir permezz ta' tender illi qieghdha thejji l-Master Plan Implementation Unit fi hdan il-Korporazzjoni ta' l-Ilma.
Sadanittant qeghdin jittiehdu l-passi necessarji biex sakemm dan isehh, jinbidel parti minnu (220m) b'direct labour f'dik illi nstab illi hija l-akatar parti kritika ta' dan il-main. Dan ser isir fil-futur qarib.
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid għaliex kondizzjonijiet ta' xogħol li jgawdu minnhom il-partners f'koppji miżżewġa (per eżempju il-mara ta' impjegat ta' l-Air Malta li jkollha titjiriet bl-irħis) ma japplikawx ukoll awtomatikament għall-parnters f'koppji li jikko-abitaw? Meta hemm il-ħsieb li titneħħa diskriminazzjoni bħal din mill-postijiet tax-xogħol f'pajjiżna?
Response (GATT, AUSTIN)
Minkejja li m'iniex il-Viċi Prim Ministru, nista' ninforma lill-Onor. Interpellant illi din il-kwistjoni hija prezentament pendenti quddiem it-Tribunal Industrijali. Għalhekk mhux prudenti li jsiru kummenti fuq il-kwistjoni sakemm it-Tribunal jagħti d-deċizjoni tiegħu.